<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-151/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020TJ0151</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:281">EU:T:2022:281</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>29</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>29</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20220511">11.5.2022</DATE> – Kawża T‑151/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummisjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20220511">11 ta’ Mejju 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Riżorsi proprji tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà finanzjarja ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Dazji fuq l-importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas lill-Kummissjoni tal-ammonti li jikkorrispondu għal riżorsi proprji mhux irkuprati</KEYWORD><KEYWORD>Rikors ibbażat fuq arrikkiment indebitu tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi ta’ Stat Membru fil-qasam tar-riżorsi proprji</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ garanzija</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni milli jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ammonti li jikkorrispondu għad-dazji kkonstatati ddikjarati irrekuperabbli</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑151/20,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka</HT>, irrappreżentata minn M. Smolek, J. Vláčil u O. Serdula, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Belġju</HT>, irrappreżentata minn S. Baeyens u J.‑ C. Halleux, bħala aġenti,</P><P>u minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn B. Majczyna, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn T. Materne u P. Němečková, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u li titlob il-ħlas lura tas-somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">40482255</FT> koruna Ċeka (CZK) imħallsa bħala riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn A. Marcoulli, President, J. Schwarcz u R. Norkus (Relatur), imħallfin,</P><P>reġistratur: R. Ūkelytė, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20211112">12 ta’ Novembru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑fatti prinċipali mfakkrin</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Bejn it‑2 u s‑<DATE ISO="20071126">26 ta’ Novembru 2007</DATE>, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) wettaq missjoni Komunitarja ta’ kooperazzjoni u investigazzjoni amministrattivi fil-Laos, li fiha ħadet sehem rappreżentanta tal-awtoritajiet doganali Ċeki (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>missjoni ta’ spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). L-investigazzjoni kienet tirrigwarda verifiki li jikkonċernaw l-importazzjoni, f’diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, ta’ lajters tal-but taż-żnied li jaħdmu bil-gass mhux rikarikabbli (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>lajters tal-but<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) ġejjin mil-Laos, matul il-perijodu bejn l‑2004 u l‑2007. Dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>agreed joint minutes<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> ġie fformulat fil‑<DATE ISO="20071115">15 ta’ Novembru 2007</DATE>, li ġie iffirmat mill-membri kollha tal-missjoni kif ukoll mill-awtoritajiet Laosjani kompetenti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>minuti tal‑<DATE ISO="20071115">15 ta’ Novembru 2007</DATE><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20080530">30 ta’ Mejju 2008</DATE>, wara l-missjoni ta’ spezzjoni, l-OLAF adotta rapport ta’ tmiem il-missjoni (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ir-rapport tal-OLAF<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). Dan intbagħat lir-Repubblika Ċeka, fil-verżjoni tiegħu bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, fid‑<DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-rapport finali tal-investigazzjoni ġie adottat mill-OLAF fl‑<DATE ISO="20081210">10 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Mill-konklużjonijiet tar-rapport tal-OLAF jirriżulta li, matul il-perijodu kopert minn dan ir-rapport, Baide lighter Industry (LAO) Co., Ltd. (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kumpannija BAIDE<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) importat lajters tal-but li joriġinaw fiċ-Ċina, iżda ppreżentati lid-dwana bħala ġejjin mil-Laos, u b’hekk evitaw id-dazju antidumping applikabbli għal lajters tal-but ta’ oriġini Ċiniża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-rapport tal-OLAF iddikjara f’dan ir-rigward li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>l-evidenza ta’ oriġini Ċiniża stabbilita matul il-missjoni ta’ spezzjoni [kienet biżżejjed] biex l-Istati Membri jiftħu proċedura amministrattiva għal aġġustament fiskali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Skont dak ir-rapport, kien meħtieġ li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>l-Istati Membri [ikunu għamlu] verifiki ta’ segwitu u, fejn xieraq, investigazzjonijiet dwar l-importaturi kkonċernati u li [jkunu fetħu] b’urġenza proċedura ta’ rkupru, jekk dan ma kienx sar diġà<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet tar-rapport tal-OLAF kienu jirrigwardaw b’mod partikolari 28 każ ta’ importazzjoni mill-kumpannija BAIDE ta’ lajters tal-but fir-Repubblika Ċeka magħmula u rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni libera bejn is‑<DATE ISO="20050926">26 ta’ Settembru 2005</DATE> u l‑<DATE ISO="20070301">1 ta’ Marzu 2007</DATE> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>l-importazzjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-uffiċċji doganali kompetenti Ċeki ħadu passi biex iwettqu l-aġġustament u l-irkupru tat-taxxa f’dawn il-każijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Madankollu, ma kienx possibbli, fil-każijiet kollha msemmija, li jsir l-aġġustament u li jiġu rkuprati d-dazji kollha kkonstatati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Bejn it‑<DATE ISO="20080922">22 ta’ Settembru 2008</DATE> u t‑<DATE ISO="20090218">18 ta’ Frar 2009</DATE>, is-somom li jikkorrispondu għad-dazji kkonstatati, iżda li għadhom ma ġewx irkuprati, għall-importazzjonijiet kontenzjużi ddaħħlu fil-kontijiet previsti għal dan il-għan, magħrufa bħala Kont B, skont l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat‑<DATE ISO="20000522">22 ta’ Mejju 2000</DATE> li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Imbagħad, bejn Novembru 2013 u Novembru 2014, ir-Repubblika Ċeka, konformement mal-leġiżlazzjoni applikabbli, irreġistrat fis-sistema ta’ informazzjoni WOMIS (Write-Off Management and Information System) il-każijiet ta’ impossibbiltà li jiġi rkuprat l-ammont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea informat lir-Repubblika Ċeka, b’risposta għat-talba ta’ din tal-aħħar biex tiġi eżentata mill-obbligu li tqiegħed għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tal-Unjoni msemmija fil-punt 10 iktar ’il fuq, li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1150/2000 ma kienu ssodisfatti fl-ebda wieħed mill-każijiet inkwistjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Ċeki biex jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex il-kont ta’ din l-istituzzjoni jiġi kkreditat bl-ammont ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">53976340</FT>, mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara d-dsatax-il jum tat-tieni xahar wara x-xahar li fih intbagħtet din l-ittra. Il-Kummissjoni żiedet tgħid li kull dewmien jagħti lok għall-ħlas ta’ interessi skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE>, ir-Repubblika Ċeka ħallset 75 % tal-ammont imsemmi fil-punt 11 fil-kont tal-Kummissjoni pprovdut għal dan il-għan, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ ġbir li rrappreżentaw 25 % ta’ dan l-ammont, jiġifieri somma ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">40482255</FT> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>somma kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, ir-Repubblika Ċeka esprimiet xi riżervi, fejn indikat lill-Kummissjoni li dan kien ħlas kundizzjonali, suġġett għall-fondatezza tal-pretenzjonijiet ta’ din l-awtorità, sabiex tevita li tkun suġġetta għall-ħlas tal-interessi previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni wieġbet għall-ittra tas‑<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE> permezz ta’ ittri tal‑4 u tal‑<DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-ħlas imsemmi fil-punt 12 iktar ’il fuq ġie kkompletat bit-tieni wieħed, bid-data tat‑<DATE ISO="20161222">22 ta’ Diċembru 2016</DATE>, li jikkorrispondi għal 5 % tal-ammont inkwistjoni, jiġifieri s-somma ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">2698817</FT>, li tirrappreżenta d-differenza fl-ammont maħsub biex ikopri l-ispejjeż tal-ġbir marbuta mat-tnaqqis tar-rata minn 25 % għal 20 % wara emenda b’effett retroattiv tal-leġiżlazzjoni applikabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Proċedura kontenzjuża preċedenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20150330">30 ta’ Marzu 2015</DATE>, ir-Repubblika Ċeka għamlet azzjoni sabiex tannulla l-ittra tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑147/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:395">EU:T:2018:395</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-rikors ġie miċħud bħala inammissibbli, sa fejn kien dirett kontra att li ma kienx jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-appell mid-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑147/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:395">EU:T:2018:395</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ġie miċħud mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑575/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:530">EU:C:2020:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-punt 81 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[M]eta Stat Membru jkun qiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ammont ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni billi jifformula riżervi fir-rigward tal-fondatezza tal-pożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni u meta l-proċedura ta’ djalogu msemmija [li huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tagħmel ma’ dan l-Istat, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, sabiex jiġu ċċarati l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom u jiġu ddeterminati l-obbligi li għandu dan l-Istat Membru] ma tkunx ippermettiet li tintemm it-tilwima bejn dan l-Istat Membru u l-imsemmija istituzzjoni, huwa possibbli għall-imsemmi Stat Membru li jitlob kumpens minħabba arrikkiment indebitu tal-Unjoni u, jekk ikun il-każ, li jadixxi lill-Qorti Ġenerali b’rikors għal dan l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura u t‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20200316">16 ta’ Marzu 2020</DATE>, ir-Repubblika Ċeka bdiet din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20200907">7 ta’ Settembru 2020</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fit‑8 u fis‑<DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE> rispettivament, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju tal-Belġju talbu biex jintervjenu f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tar-Repubblika Ċeka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑<DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>, il-President tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali laqgħet dawn l-interventi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju tal-Belġju ppreżentaw nota ta’ intervent kull wieħed fit‑<DATE ISO="20201130">30 ta’ Novembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-partijiet ippreżentaw osservazzjonijiet dwar in-nota ta’ intervent tar-Renju tal-Belġju fit-termini mogħtija. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll osservazzjonijiet dwar in-nota ta’ intervent tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka ppreżentat ir-replika fis‑<DATE ISO="20201127">27 ta’ Novembru 2020</DATE> u l-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika fit‑<DATE ISO="20210118">18 ta’ Jannar 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20210315">15 ta’ Marzu 2021</DATE>, ir-rikorrenti resqet talba għal seduta għas-sottomissjonijiet orali skont l-Artikolu 106(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tas‑<DATE ISO="20210907">7 ta’ Settembru 2021</DATE>, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-Kummissjoni tipproduċi r-rapport finali ta’ investigazzjoni tal-OLAF adottat fl‑<DATE ISO="20081210">10 ta’ Diċembru 2008</DATE> u għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet prinċipali. Ir-Repubblika Ċeka u l-Kummissjoni wieġbu għal din it-talba fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka indikat, bi tweġiba għal waħda mill-mistoqsijiet li sarulha, li kienet qed tirtira t-talbiet tagħha għall-ħlas lura tas-somma ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">2698817</FT> imsemmija fil-punt 15 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20211001">1 ta’ Ottubru 2021</DATE>, ir-Renju tal-Belġju rrinunzja għall-parteċipazzjoni fis-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20211013">13 ta’ Ottubru 2021</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja rrinunzjat għall-parteċipazzjoni fis-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-partijiet prinċipali nstemgħu fis-sottomssjonijiet orali tagħhom u wieġbu għall-mistoqsijiet orali magħmula mill-Qorti Ġenerali fis-seduta tat‑<DATE ISO="20211112">12 ta’ Novembru 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Wara l-irtirar parzjali msemmi fil-punt 29 iktar ’il fuq, ir-Repubblika Ċeka titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsaha s-somma kontenzjuża minħabba l-arrikkiment indebitu tal-Unjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika tal-Polonja jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tilqa’ r-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑għan tar‑rikors u l‑kundizzjonijiet ta’ azzjoni bbażata fuq arrikkiment indebitu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka titlob li tirkupra s-somma kontenzjuża li hija tqis li tħallset indebitament bħala riżorsi proprji tal-Unjoni. Hija tinvoka, insostenn tat-talba tagħha, ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni fuq il-pjan tal-arrikkiment indebitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li r-Repubblika Ċeka qed tillimita l-argument tagħha biex tirribatti l-kontenut tal-ittra tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>. Issa, azzjoni bbażata fuq arrikkiment indebitu ma tistax tissostitwixxi rikors għal annullament ta’ din l-ittra. Għalhekk is-suġġett tat-tilwima ma jistax ikun il-kontenut tal-ittra tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>, iżda qiegħed fil-kwistjoni ta’ jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[is-somma kontenzjuża] tappartjenix lill-Unjoni bħala riżorsi proprji jew le<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka tirrispondi li l-ittra tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE> tikkostitwixxi l-qafas tat-tilwima li l-Kummissjoni ma tistax timmodifika billi tippreżenta, sabiex tikkontesta l-pretenzjonijiet tagħha, argumenti ġodda li ma sarux kontriha f’din l-ittra. Hija tqis li l-ittra imsemmija tipproduċi effetti legali u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>l-eżami tar-rikors għall-irkupru ta’ ħlas indebitu u tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ bażi legali valida għall-arrikkiment inkwistjoni għandu jirriżulta wkoll mill-argument tal-Kummissjoni espress fl-[ittra] tal-<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mistoqsija dwar dan il-punt waqt is-seduta, ir-Repubblika Ċeka kkonfermat il-pożizzjoni li ddifendiet fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Wara li tfakkru l-argumenti prinċipali tal-partijiet dwar is-suġġett tat-tilwima, għandu jiġi enfasizzat li r-rikors ibbażat fuq arrikkiment indebitu ma jaqax taħt ir-reġim tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali fis-sens strett, li l-attivazzjoni tiegħu tiddependi fuq li jitlaqqa’ sett ta’ kundizzjonijiet relatati mal-illegalità tal-imġiba kkritikata tal-Unjoni, mar-realtà tad-dannu u mal-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn dan l-aġir u d-dannu invokat. Huwa differenti mir-rikorsi ppreżentati taħt l-imsemmi reġim peress li ma tenħtieġx prova ta’ aġir illegali mill-konvenut, jew saħansitra l-eżistenza ta’ kwalunkwe aġir, iżda biss prova ta’ arrikkiment mingħajr bażi legali valida tal-konvenut u ta’ ftaqir tar-rikorrent marbut mal-arrikkiment imsemmi (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Masdar (UK) vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:726">EU:C:2008:726</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi speċifikat li, skont il-prinċipji komuni għad-drittijiet tal-Istati Membri, persuna li tkun sofriet telf li jtejjeb il-patrimonju ta’ persuna oħra mingħajr ma jkun hemm ebda bażi legali għal dan l-arrikkiment għandha, bħala regola ġenerali, id-dritt għall-ħlas lura sal-ammont ta’ dan it-telf, min-naħa tal-persuna arrikkita. Fil-fatt, għalkemm it-Trattat FUE ma jipprovdix espressament għal rimedju intiż għal dan it-tip ta’ azzjoni, interpretazzjoni tal-Artikolu 268 TFUE u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE li teskludi din il-possibbiltà twassal għal riżultat kuntrarju għall-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. L-azzjoni bbażata fuq l-arrikkiment indebitu tal-Unjoni, miġjuba taħt dawn l-artikoli, teħtieġ prova ta’ arrikkiment mingħajr bażi legali valida tal-konvenut kif ukoll dik ta’ ftaqir tar-rikorrent marbut mal-imsemmi arrikkiment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Masdar (UK) vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:726">EU:C:2008:726</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-eżami ta’ tali azzjoni, hija l-Qorti Ġenerali li għandha tevalwa, b’mod partikolari, jekk il-ftaqir tal-Istat Membru rikorrenti, li jikkorrispondi għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ta’ ammont ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni li dan l-Istat Membru jkun ikkontesta, u l-arrikkiment korrelattiv ta’ din l-istituzzjoni humiex iġġustifikati mill-obbligi imposti fuq dan l-Istat Membru bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji tal-Unjoni jew inkella, għall-kuntrarju, humiex neqsin minn tali ġustifikazzjoni (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑575/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:530">EU:C:2020:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Repubblika Ċeka ma tistax tistabbilixxi l-fondatezza tal-pretenzjonijiet tagħha, fil-kuntest ta’ azzjoni ibbażata fuq l-arrikkiment indebitu tal-Kummissjoni, billi sempliċement tikkonfuta l-argumenti li jinsabu fl-ittra tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>, iżda għandha turi, minn naħa, li l-arrikkiment tal-Kummissjoni, wara t-tqegħid għad-dispożizzjoni tas-somma kontenzjuża, ma huwiex iġġustifikat mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ riżorsi proprji u, min-naħa l-oħra, li l-ftaqir tagħha huwa marbut ma’ dan l-arrikkiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-obbligi tar-Repubblika Ċeka fil-qasam ta’ riżorsi proprji ma joħorġux mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>argument tal-Kummissjoni espress fl-[ittra] tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, iżda huma imposti direttament bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni applikabbli f’din il-materja, mingħajr ma l-Kummissjoni tkun mogħtija s-setgħa deċiżjonali li tippermettilha tordna lill-Istati Membri jistabbilixxu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha ammonti ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑575/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:530">EU:C:2020:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn naħa, isegwi li l-argumenti tar-Repubblika Ċeka li jikkonsistu fil-kontestazzjoni kemm tar-raġunijiet tal-ittra tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE> kif ukoll tal-aġir tal-Kummissjoni matul id-djalogu li sar magħha huma ineffettivi fil-kuntest ta’ din il-kawża, sa fejn dawn x’aktarx li ma jkunux relatati ma’ dak li r-Repubblika Ċeka għandu jirnexxilha turi (ara l-punt 43 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Ċeka, l-ittra tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE> lanqas ma tista tikkostitwixxi l-qafas tal-kawża sa fejn tillimita l-argumenti tal-Kummissjoni intiżi li jikkontestaw l-eżistenza ta’ arrikkiment indebitu għal dawk li jinsabu f’din l-ittra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-informazzjoni li tinsab fl-ittra tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE> ma tistax tikkostitwixxi informazzjoni preċiża, inkundizzjonata u konkordanti tali li tagħti lok għal aċċertazzjoni fir-rigward tar-Repubblika Ċeka dwar id-delimitazzjoni tat-tilwima li tista’ tinqala’ bejnha u l-Kummissjoni fil-kuntest ta’ azzjoni bbażata fuq l-arrikkiment indebitu ta’ din l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni setgħet tressaq fil-kawża kull element intiż li jikkontesta l-eżistenza ta’ arrikkiment indebitu, inklużi dawk li ma jidhrux fl-ittra tal‑<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>, mingħajr ma tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, jew id-dritt għall-amministrazzjoni tajba, kif iddefinit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, issa għandu jiġi eżaminat, fil-qafas iddefinit fil-punt 42 iktar ’il fuq, il-fondatezza ta’ dan ir-rikors fid-dawl tal-provi prodotti mir-Repubblika Ċeka u l-argumenti skambjati bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑fondatezza tar‑rikors u l‑eżistenza ta’ arrikkiment indebitu tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka ssostni, essenzjalment, li ma hijiex responsabbli tħallas is-somma kontenzjuża, peress li ma setgħetx tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirkupraha ħlief wara li ntbagħat ir-rapport tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Ċeka, il-kundizzjonijiet għall-konstatazzjoni tad-dazji doganali li jikkorrispondu għas-somma kontenzjuża ma setgħux jiġu ssodisfati ħlief qabel ma jintbagħat ir-rapport tal-OLAF, peress li l-kontenut tiegħu biss kien effettivament ippermetta lir-Repubblika Ċeka li tiddetermina b’ċertezza l-ammont tad-dazji li kellu jiġi rkuprat u d-debitur ta’ dawn id-dazji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, il-kumpannija BAIDE waqfet kull attività fit-territorju tar-Repubblika Ċeka minn Mejju 2008, jiġifieri qabel ma ntbagħat ir-rapport tal-OLAF, b’tali mod li, meta dan ir-rapport ġie adottat, ma kien jeżisti fir-Repubblika Ċeka ebda patrimonju ieħor li seta’ jinqabad ħlief dak li finalment inqabad mill-awtoritajiet doganali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>L-allegat dewmien tal-awtoritajiet doganali wara li rċevew ir-rapport imsemmi ma setax għalhekk, fi kwalunkwe każ, jagħmilha impossibbli li jiġi rkuprat id-dejn doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka żżid tgħid li, fi kwalunkwe każ, ebda dewmien ma huwa attribwibbli lilha fil-konstatazzjoni u l-irkupru tas-somma kontenzjuża wara li ntbagħat ir-rapport tal-OLAF. Hija tippreċiża li l-awtoritajiet doganali adottaw il-miżuri meħtieġa biex jevitaw l-esklużjoni tal-possibbiltà ta’ aġġustament fiskali fit-28 każ ta’ importazzjoni kkonċernati kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ rkupru tas-somma kontenzjuża ma humiex attribwibbli lir-Repubblika Ċeka u din tista’ tuża l-eżenzjoni milli tagħmel disponibbli riżorsi proprji prevista fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1150/2000.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-arrikkiment tal-Kummissjoni, wara l-ftaqir tar-Repubblika Ċeka li jirriżulta mit-tqegħid għad-dispożizzjoni tas-somma kontenzjuża, ma għandux bażi legali valida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-argumenti tar-Repubblika Ċeka kollha jiġu miċħuda u ssostni li din tal-aħħar ma pprovdietx prova ta’ arrikkiment indebitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, primarjament, li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1150/2000 ma humiex applikabbli għar-Repubblika Ċeka, peress li din tal-aħħar ma daħħlitx ir-riżorsi proprji mhux irkuprati fil-kontijiet separati previsti għal dan il-għan, il-Kont B, fl-osservanza tat-termini preskritti fl-Artikolu 6(3) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt jirriżulta mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:414">EU:C:2010:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu eżentati mill-obbligu tagħhom li jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għad-dazji kkonstatati teħtieġ mhux biss il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1150/2000, iżda wkoll li dawk id-dazji jkunu ġew debitament imdaħħla fil-Kont B.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka ma osservatx it-termini mogħtija u għalhekk ma ddaħħlux korrettament id-dazji li għandhom jiġu rkuprati fil-Kont B, peress li aġixxiet tard meta ma kkonstatatx id-dazji antidumping dovuti mill-kumpannija BAIDE fuq l-importazzjonijiet kontenzjużi mar-ritorn tal-missjoni ta’ spezzjoni, li ntemmet fis‑<DATE ISO="20071126">26 ta’ Novembru 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Anki jekk wieħed jassumi li l-ammonti li jikkorrispondu għad-dazji kkonstatati kienu ddaħħlu regolarment fil-Kont B, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Ċeka kellha tikkostitwixxi garanzija għall-irkupru tas-somma kontenzjuża qabel ma tpoġġi l-importazzjonijiet kkontestati f’ċirkulazzjoni libera, b’tali mod li l-waqfien tal-attività tal-kumpannija BAIDE, li seħħ sussegwentement, ma setax legalment ifixkel l-irkupru tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li s-soluzzjoni milħuqa fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑575/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:530">EU:C:2020:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija ta’ importanza kunsiderevoli għall-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-possibbiltà li jinstemgħu f’tilwim bejniethom u l-Kummissjoni dwar obbligi li jagħmlu disponibbli riżorsi proprji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li r-Repubblika Ċeka ma setgħetx tirkupra s-somom kontenzjużi għal raġuni li ma kinitx attribwibbli lilha, peress li d-debitur kien waqqaf l-attivitajiet tiegħu qabel id-data li fiha ġie adottat ir-rapport tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jqis li Stat Membru jista’ jinvoka l-eżenzjoni ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji prevista fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1150/2000 anki fil-każ li r-riżorsi proprji jiddaħħlu tard fil-Kont B, jekk tali riżorsi jissodisfaw il-kundizzjonijiet sostantivi għal tali dħul u dak l-Istat Membru juri li n-nuqqas ta’ rkupru ta’ ċerti riżorsi proprji huwa r-riżultat ta’ ċirkustanzi li ma huwiex responsabbli għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika Ċeka ma pproċedietx tard biex tirkupra s-somom ikkontestati sa fejn, essenzjalment, kien l-OLAF, jekk ikkunsidra li kien meħtieġ, li kellu jibgħat uffiċjalment u mar-ritorn tal-missjoni ta’ spezzjoni, l-elementi utli għall-irkupru tad-dejn doganali u mhux joqgħod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>passivament<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fuq ir-rappreżentanta tal-amministrazzjoni Ċeka preżenti waqt il-missjoni biex tagħmel dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li l-argumenti skambjati bejn il-partijiet, kif għadhom kif tfakkru, għandhom iwassluha biex teżamina, f’din l-ordni, l-erba’ punti li ġejjin: il-kundizzjonijiet sabiex tiġi applikata lir-Repubblika Ċeka l-possibbiltà li tiġi eżentata mill-obbligu tagħha li tagħmel disponibbli s-somma kontenzjuża; id-data li fiha kellhom jiġu kkonstatati d-dazji antidumping dovuti mill-kumpannija BAIDE li jikkorrispondu għas-somma kontenzjuża; il-konsegwenzi tal-waqfien tal-attività tal-kumpannija msemmija fuq l-obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tas-somma kontenzjuża, u l-obbligu għar-Repubblika Ċeka li tikkostitwixxi garanzija għall-irkupru tas-somma kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Dwar il‑kundizzjonijiet għall‑applikazzjoni għar-Repubblika Ċeka tal-possibbiltà li tiġi eżentata mill-obbligu tagħha li tagħmel disponibbli s-somma kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Kif tfakkar fil-punt 58 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Ċeka ma setgħetx tinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1150/2000, peress li ma stabbilixxietx li daħħlet fil-Kont B, fit-termini previsti fl-Artikolu 6(3)(b) tal-istess regolament, id-dazji mhux irkuprati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dispożizzjonijiet applikabbli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-perijodu kkonċernat mill-fatti li wasslu għall-kawża, żewġ deċiżjonijiet relatati mas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni applikaw suċċessivament, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad‑<DATE ISO="20000929">29 ta’ Settembru 2000</DATE> dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 200), imbagħad, mill‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas‑<DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE> dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="163" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 163, p. 17</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(b) tad-Deċiżjoni 2000/597, li l-kontenut tiegħu ġie riprodott, essenzjalment, fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2007/436, jikkostitwixxu riżorsi proprji mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni d-dħul minn, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Tariffi Doganali Komuni u dazji oħra stabbiliti jew li se jkunu stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-[Unjoni] rigward kummerċ ma’ pajjiżi li mhumiex membri<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjonijiet 2000/597 u 2007/436 jipprovdu, b’mod partikolari, minn naħa, li dawn ir-riżorsi proprji tal-Unjoni għandhom jinġabru mill-Istati Membri skond dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi nazzjonali li huma, fejn xieraq, adattati għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li l-Istati Membri jqiegħdu dawk ir-riżorsi disponibbli għall-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1150/2000 applikabbli għal din il-kawża huwa r-riżultat ta’ żewġ emendi mdaħħlin, matul il-perijodu kkonċernat mill-fatti li wasslu għall-kawża, rispettivament, b’effett mit‑<DATE ISO="20041128">28 ta’ Novembru 2004</DATE>, mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2028/2004 tas‑<DATE ISO="20041116">16 ta’ Novembru 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="162" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 153M, p. 162</REF.DOC.OJ>; rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 105, p. 64</REF.DOC.OJ>), u b’effett mill‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 105/2009 tas‑<DATE ISO="20090126">26 ta’ Jannar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="036" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 36, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1150/2000, dritt tal-Unjoni fuq ir-riżorsi proprji jiġi kkonstatat hekk kif jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni doganali dwar it-teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont tad-dazju u l-komunikazzjoni tiegħu lill-persuna<?PAGE NO="10"?> responsabbli għall-ħlas tiegħu. Id-data li għandha tintuża għall-konstatazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu 1 hija d-data tat-teħid inkunsiderazzjoni prevista fir-regolamenti doganali, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) u (3)(a) u(b) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kontijiet għar-riżorsi tagħha proprji għandhom jinżammu mit-Teżor ta’ kull Stat Membru jew minn korp maħtur minn kull Stat Membru u maqsum skond it-tipi ta’ riżorsi.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Intitolamenti stabbiliti bi qbil ma’ l-Artikolu 2 għandhom, bla ħsara għall-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, jiddaħlu fil-kontijiet [ġeneralment magħrufa bħala l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Kont A<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>] mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara d-19-il jum tat-tieni xhar tax-xahar ta’ wara li matulu l-intitolament ikun stabbilit.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Intitolamenti stabbiliti li ma jkunux imdaħħla fil-kontijiet msemmija fil-punt (a), għaliex ikunu għadhom ma ġewx irkuprati u l-ebda garanzija ma tkun ġiet ipprovduta għandhom jintwerew f’kontijiet separati [ġeneralment magħrufa bħala l-‘Kont B’] matul il-perijodu preskritt fil-punt (a). Stati Membri jistgħu jadottaw din il-proċedura meta l-intitolamenti stabbiliti li dwarhom garanzija tkun ġiet ipprovduta jkunu ġew sfidatati u jistgħu, mat-twettieq tal-kwistjonijiet li jkunu qamu, jkunu suġġetti għal tibdil.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 10, kull Stat Membru għandu jikkredita r-riżorsi tiegħu proprji fil-kont miftuħ f’isem il-Kummissjoni mat-Teżor tiegħu jew mal-korp li jkun ħatar.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Wara t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir taħt l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni [2007/436], id-dħul tar-riżorsi proprji msemmi fl-Artikolu 2(1)(a) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jsir mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara d-19-il jum tat-tieni xahar ta’ wara x-xahar li fih l-intitolament ikun ġie stabbilit taħt l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, għal intitolamenti murija f’kontijiet separati taħt l-Artikolu 6(3)(b) ta’ dan ir-Regolament, id-dħul għandu jsir mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara d-19-il jum tat-tieni xahar wara x-xahar li fih l-intitolamenti jkunu rkuprati.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1150/2000, kull dewmien fid-dħul fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament jagħti lok għall-ħlas, mill-Istat Membru kkonċernat, ta’ interessi moratorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 17(1) sa (4) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-ammont korrispondenti ta’ l-intitolament stabbilita permezz ta’ l-Artikolu 2 isir magħmul disponibbli lill-Kummissjoni kif speċifikat f’dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="11"?><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jinħelsu mill-obbligu li jpoġġu għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għal drittijiet stabbiliti li jirriżultaw irrekuperabbli minħabba:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>raġunijiet ta’ <HT TYPE="ITALIC">force majeure</HT>; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>raġunijiet oħra li ma jistgħux jiġu attribwiti lilhom.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-ammonti ta’ drittijiet stabbiliti għandhom jiġu dikjarati irrekuperabbli b’deċiżjoni ta’ l-awtorità amministrattiva kompetenti li ssib li ma jistgħux jiġu rkuprati.</P><P>L-ammonti ta’ drittijiet stabbiliti għandhom jiġu kkunsidrati bħala irrekuperabbli, sa mhux aktar tard, wara perijodu ta’ ħames snin mid-data li fiha l-ammont ikun ġie stabbilit skond l-Artikolu 2 jew, fil-każ ta’ appell amministrattiv jew ġudizzjarju, id-deċiżjoni finali tkun ġiet mogħtija, notifikata jew pubblikata.</P><P>[…]</P><P>L-ammonti dikjarati jew ikkunsidrati bħala irrekuperabbli għandhom jiġu mneħħija b’mod definittiv mill-kontijiet separati msemmija fl-Artikolu 6(3)(b). Għandhom jintwerew f’anness mad-dikjarazzjoni trimestrali msemmija fl-Artikolu 6(4)(b) u, fejn applikabbli, fid-dikjarazzjoni trimestrali msemmija fl-Artikolu 6(5).</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 2 jew skond il-limiti ta’ żmien imsemmija f’dak il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar dawk il-każijiet fejn il-paragrafu 2 ġie applikat sakemm id-drittijiet stabbiliti involuti jaqbżu l-€50 000.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Dan ir-rapport, li għandu jsir fuq formola li għandha tiġi provduta mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta l-kumitat imsemmi fl-Artikolu 20, għandu jinkludi l-fatti kollha meħtieġa għal eżami sħiħ tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b) li ostakolaw lill-Istat Membru konċernat milli jagħmel disponibbli l-ammonti in kwistjoni u l-miżuri ta’ rkupru li l-Istat Membru ħa fil-każ jew fil-każijiet in kwistjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha sitt xhur minn meta tirċievi r-rapport previst fil-paragrafu 3 biex tibgħat il-kummenti tagħha lill-Istat Membru konċernat.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjonijiet 2000/597 u 2007/436 jirriżulta li r-riżorsi proprji tal-Unjoni msemmija, rispettivament, fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 2000/597 u fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2007/436 huma miġbura mill-Istati Membri u li huma għandhom l-obbligu li jqiegħdu dawn ir-riżorsi għad-disponibbiltà tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:414">EU:C:2010:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Istati Membri huma obbligati, bis-saħħa tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1150/2000, jikkonstataw dritt tal-Unjoni fuq ir-riżorsi proprji hekk kif jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni doganali fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tal-ammont tad-dazju u l-komunikazzjoni tiegħu lill-persuna responsabbli biex tħallsu. L-Istati Membri huma għalhekk obbligati li jinkludu d-dazji stabbiliti skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament fil-kontijiet tar-riżorsi proprji tal-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:390">EU:C:2010:390</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, bis-saħħa tal-Artikolu 6(3)(b) tal-istess regolament, dazju kkonstatat li jkun għadu ma ġiex irkuprat u li għalih ma tkun ġiet ipprovduta ebda garanzija jiddaħħal f’kont separat, jiġifieri l-Kont B (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja (Riżorsi proprji – Irkupru ta’ dejn doganali)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑304/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:601">EU:C:2019:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom imbagħad iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji tal-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament Nru 1150/2000, billi jdaħħluhom, fit-termini stabbiliti, fil-kreditu tal-kont miftuħ għal dan il-għan f’isem din l-istituzzjoni. Skont l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament, kull dewmien fid-dħul f’dan il-kont jagħti lok għall-ħlas, mill-Istat Membru kkonċernat, ta’ interessi moratorji (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑575/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:530">EU:C:2020:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bis-saħħa tal-Artikolu 17(1) u (2) tar-Regolament Nru 1150/2000, l-Istati Membri huma obbligati jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ammonti li jikkorrispondu għad-dazji kkonstatati skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament isiru disponibbli għall-Kummissjoni. L-Istati Membri huma eżenti minn dan biss jekk l-irkupru ma jkunx jista’ jitwettaq għal raġunijiet ta’ forza maġġuri jew fejn jiġri li jkun definittivament impossibbli li jsir irkupru għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lilhom. L-ammonti ddikjarati jew meqjusa irrekuperabbli huma definittivament irtirati mill-kontijiet separati msemmija fl-Artikolu 6(3)(b) ta’ dan ir-regolament (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑575/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:530">EU:C:2020:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Id-dħul tar-riżorsi proprji fil-Kont B għalhekk jirrifletti sitwazzjoni eċċezzjonali kkaratterizzata mill-fatt li l-Istati Membri jiġu permessi jew ma jpoġġux dawn id-dazji għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni hekk kif jiġu kkonstatati minħabba li jkunu għadhom ma ġewx irkuprati, taħt l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament Nru 1150/2000, jew li jiġu eżenti milli jagħmlu dan jekk id-dazji imsemmija ma jkunux irkuprabbli għal raġunijiet ta’ forza maġġuri jew għal raġunijiet oħra li ma jkunux attribwibbli lilhom, fuq il-bażi tal-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-regolament (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:414">EU:C:2010:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Madankollu, il-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu eżenti mill-obbligu tagħhom li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għal dazji kkonstatati teħtieġ mhux biss l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1150/2000, iżda wkoll li dawn id-dazji jkunu ddaħħlu regolarment fil-Kont B (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:414">EU:C:2010:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għal dan il‑każ</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinvoka, kif ippreċiżat fil-punt 59 iktar ’il fuq, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:414">EU:C:2010:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif għadu kif tfakkar fil-punt 84 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li l-argument invokat mill-Kummissjoni, indipendentement mill-fondatezza tiegħu, huwa ineffettiv fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, li huwa bbażat fuq arrikkiment indebitu tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dan il-kuntest, kif tfakkar fil-punt 42 iktar ’il fuq, għandu jiġi vverifikat jekk ir-rikorrenti pprovdietx prova ta’ arrikkiment mingħajr bażi legali valida tal-Kummissjoni u tal-ftaqir tagħha marbut mal-imsemmi arrikkiment, jew jekk, fin-nuqqas ta’ tali prova, għandux jiġi konkluż li dan l-arrikkiment kien iġġustifikat mill-obbligi imposti mil-leġiżlazzjoni dwar ir-riżorsi proprji. Issa, fi kwalunkwe każ, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji ma huwiex iġġustifikat mill-obbligu li jiġu osservati t-termini previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1150/2000, li l-ksur tagħhom ma jwassal għall-ebda ħlas, lanqas dak ta’ interessi moratorji, li huwa suġġett għad-dewmien fid-dħul tal-kont miftuħ għal dan il-għan f’isem il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000 kif emendat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka għalhekk ma tistax tiġi obbligata, fil-kuntest tar-rikors tagħha bbażat fuq arrikkiment indebitu, li tistabbilixxi, kif essenzjalment issostni l-Kummissjoni, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-proċess kollu matul il-proċedura doganali, l-irkupru tad-dejn u l-operazzjonijiet relatati mar-riżorsi proprji twettaq skont ir-regoli kollha, b’mod korrett, fil-ħin u fl-osservanza tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] iżda li tistabbilixxi biss, minbarra l-ftaqir tagħha u l-arrikkiment korrelattiv, li dan kien nieqes minn kull ġustifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, mill-proċess jirriżulta li d-dazji inkwistjoni ddaħħlu fit-termini previsti fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1150/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Id-dħul fil-Kont B huwa operazzjoni purament kontabbli, b’tali mod li t-termini previsti għat-twettiq tagħha għandhom, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, jiġu kkalkolati mhux mid-data li fiha d-dazji inkwistjoni kellhom jiġu kkonstatati, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1150/2000, iżda mid-data li fiha dawn id-dazji ġew effettivament kkonstatati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Huwa stabbilit bejn il-partijiet, kif ikkonfermaw fit-tweġibiet tagħhom għall-mitoqsijiet bil-miktub, li d-dazji antidumping dovuti mill-kumpannija BAIDE fuq l-importazzjonijiet kontenzjużi ġew ikkonstatati u mdaħħla fil-Kont B fl-istess jum, jiġifieri bejn it‑<DATE ISO="20080922">22 ta’ Settembru 2008</DATE> u t‑<DATE ISO="20090218">18 ta’ Frar 2009</DATE>. Il-Kummissjoni barra minn hekk ammettiet, fil-kuntest tal-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura msemmija fil-punt 28, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>d-dħul fil-Kont B immedjatament wara l-kunsiderazzjoni prevista mir-regolamenti doganali [kien] aċċettabbli<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament Nru 1150/2000, id-dazji dovuti mill-kumpannija BAIDE, iżda li kienu għadhom ma nġabrux u għalhekk li ma kienet ipprovduta ebda garanzija, kienu ddaħħlu fil-Kont B, fi kwalunkwe każ, mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara d‑19 tat-tieni xahar wara dak li matulu dawn id-dazji ġew ikkonstatati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk is-somma kontenzjuża kinitx irrekuperabbli għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lir-Repubblika Ċeka, li jippermettulha ddaħħalhom f’kont separat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id‑data li fiha kellhom jiġu kkonstatati d‑dazji antidumping dovuti mill‑kumpannija BAIDE li jikkorrispondu għas-somma kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka ssostni, kif tfakkar fil-punt 51 iktar ’il fuq, li hija setgħet tikkonstata d-dazji antidumping dovuti mill-kumpannija BAIDE fuq l-importazzjonijiet kontenzjużi biss wara li ntbagħat ir-rapport tal-OLAF, għalkemm il-Kummissjoni ssostni li hija kellha tagħmel dan hekk kif il-missjoni ta’ spezzjoni ġiet lura, kif jirriżulta mill-punt 60 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka kienet, fil-fatt, konxja mill-minuti tal‑<DATE ISO="20071115">15 ta’ Novembru 2007</DATE>, kif ukoll mill-provi tal-oriġini Ċiniża tal-merkanzija inkwistjoni miksuba matul il-missjoni u annessi ma’ dan id-dokument, peress li dan tal-aħħar kien ġie ffirmat mir-rappreżentanta tal-amministrazzjoni doganali Ċeka, li kienet preżenti matul il-missjoni kollha u pparteċipat fil-laqgħat kollha kif ukoll fl-ispezzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Repubblika Ċeka kellha biżżejjed informazzjoni biex tipproċedi, hekk kif ir-rappreżentanta tagħha ġiet lura mill-missjoni, għall-konstatazzjoni tad-dejn doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mit-testi applikabbli, mfakkra fil-punti 68 sa 77 iktar ’il fuq, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri għandhom jikkonstataw dritt tal-Unjoni fuq ir-riżorsi proprji hekk kif jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet previsti mir-regolamenti doganali fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont tad-dazju u l-komunikazzjoni tiegħu lill-persuna responsabbli għall-ħlas tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 217(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), fil-verżjoni applikabbli għall-kawża, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[k]ull ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew dazju fuq l-esportazzjoni li jirriżulta minn dejn doganali […] għandu jiġi kalkolat mill-awtoritajiet doganali malli jkollhom id-dettalji neċessarji, u għandu jiddaħħal minn dawk l-awtoritajiet fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti (dħul fil-kontijiet)<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti jekk l-awtoritajiet doganali jkollhom l-informazzjoni meħtieġa u għalhekk ikunu jistgħu jikkalkolaw l-ammont ta’ dazji li jirriżultaw mid-dejn doganali u jiddeterminaw id-debitur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051115">15 ta’ Novembru 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Id‑Danimarka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑392/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:683">EU:C:2005:683</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li rappreżentanta tal-amministrazzjoni doganali Ċeka ħadet sehem fil-missjoni ta’ spezzjoni u li hija ffirmat il-minuti tal‑<DATE ISO="20071115">15 ta’ Novembru 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka ssostni li r-rappreżentanta tal-amministrazzjoni doganali tagħha ma rċevietx id-dokumenti annessi mal-minuti msemmija fi tmiem il-missjoni ta’ spezzjoni, b’tali mod li f’dik id-data ma kellhiex l-provi neċessarji sabiex tirkupra s-somma kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Kummissjoni kkonfermat li hija ma kinitx qed issostni li r-rappreżentanta tal-amministrazzjoni doganali Ċeka preżenti waqt il-missjoni ta’ spezzjoni kienet materjalment irċeviet id-dokumenti annessi mal-minuti, iżda li hija kienet neċessarjament taf bil-provi miġbura matul din il-missjoni, għax setgħet tikkonsultahom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Madankollu, wieħed ma jistax jaqbel mal-affermazzjoni tal-Kummissjoni li kien biżżejjed li r-rappreżentanta tal-amministrazzjoni doganali Ċeka <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>rat b’għajnejha dak li [kien] ġara<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> biex ir-Repubblika Ċeka, fuq il-bażi unika tax-xhieda tar-rappreżentant tagħha, tkun tista’ tikkonstata d-dazji dovuti mill-kumpannija BAIDE wara r-ritorn tal-missjoni ta’ spezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fil-fatt ma huwiex biżżejjed li wieħed ikun jaf bl-eżistenza ta’ prova sabiex joqgħod fuq din il-prova fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva. Sabiex ikunu jistgħu jqisu l-ammont ta’ dazji dovuti u biex jinformaw lill-persuna responsabbli biex tħallashom, l-awtoritajiet Ċeki kellhom ikunu f’pożizzjoni li jawtentikaw il-provi miġbura waqt il-missjoni ta’ spezzjoni, imbagħad jipproduċuhom fil-konfront tal-persuna responsabbli biex tħallas. Issa, kif għadu kif intqal, ma huwiex ikkontestat li tali informazzjoni ma ngħatatx lir-Repubblika Ċeka fi tmiem il-missjoni ta’ spezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, madankollu, li, sa fejn ir-Repubblika Ċeka, bil-minuti tal‑<DATE ISO="20071115">15 ta’ Novembru 2007</DATE>, kienet ġiet informata bil-lista ta’ provi miġbura, kellu jiġi minnha li tikseb din l-informazzjoni billi tressaq talba lill-OLAF jekk kienet tqis dan meħtieġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-Repubblika Ċeka ssostni li ma kien hemm ebda bażi legali li tippermetti lir-rappreżentanta tal-amministrazzjoni doganali tagħha tibgħat direttament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ missjoni mwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-OLAF, li tkun kunfidenzjali u ma tistax tintuża bħala prova fi proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ħlief wara li tkun intbagħtet mill-Kummissjoni u ċċekkjata mill-OLAF, l-uniċi destinatarji tad-dokumenti u tal-informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ missjoni tal-Unjoni f’pajjiż terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat‑<DATE ISO="19970313">13 ta’ Marzu 1997</DATE> dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 8, p. 217), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>jistabbilixxi l-metodi li bihom l-awtoritajiet amministrattivi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar materji doganali u agrikoli fl-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw konformità ma’ dik il-leġislazzjoni fil-qafas ta’ sistema tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 515/97, fil-verżjoni applikabbli għall-kawża, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Sejbiet, ċertifikati, informazzjoni, dokumenti, kopji awtentikati u xi tagħrif akkwistat mill-impjegati ta’ l-awtorità l-mitluba [jiġifieri l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li lilha hija indirizzata t-talba għall-assistenza] u kkomunikati lill-awtorità applikanti [jiġifieri l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tressaq talba għall-assistenza] waqt l-għajnuna li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikoli 4 sa 11 [relatati mal-modalitajiet għall-implimentazzjoni ta’ assistenza wara talba] jistgħu ikunu invokati bħala evidenza mill-korpi kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-awtorità applikanti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 515/97 jistabbilixxi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19, twettaq missjonijiet amministrattivi u ta’ koperazzjoni investigattiva tal-Komunità f’pajjiżi terzi b’kordinazzjoni u koperazzjoni mill-qrib ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="16"?><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-missjonijiet tal-Komunità lejn pajjiżi terzi riferuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu rregolati b’dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>huma jistgħu jitwettqu fuq l-inizjattiva tal-Kummisjoni, fejn xieraq fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Parlament Ewropew, jew fuq talba ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>huma għandhom jitwettqu minn uffiċjali tal-Kummissjoni maħtura għal dak l-iskop u minn uffiċjali maħtura għal dak l-iskop mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>huma jistgħu wkoll, bi ftehim mal-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati, jitwettqu f’isem il-Komunità minn uffiċjali ta’ Stat Membru, b’mod partikolari taħt ftehim ta’ għajnuna bilaterali ma’ pajjiż terz; f’dak il-każ il-Kummissjoni għandha tkun infurmata bir-riżultati tal-missjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>L-Artikolu 21, li huwa parti mit-Titolu IV <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, tar-Regolament Nru 515/97, fil-verżjoni applikabbli għall-kawża, jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sejbiet u l-informazzjoni akkwistata matul il-missjonijiet tal-Komunità riferuti fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dokumenti mwassla mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, għandhom ikunu ttrattati skond l-Artikolu 45 ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikolu 12 għandu jkun japplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għas-sejbiet u informazzjoni riferuti fil-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ l-użu tagħhom skond l-Artikolu 12, dokumenti oriġinali akkwistati jew kopji awtentikati tagħhom għandhom jitwasslu mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, jekk dawn jitolbu hekk.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 515/97, fil-verżjoni applikabbli għall-kawża, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Indipendentement mill-għamla, kull informazzjoni trasmessa skond dan ir-Regolament għandha tkun ta’ natura kunfidenzali, inkluża d-data maħżuna fis-[sistema ta’ informazzjoni doganali]. Għandha tkun koperta bl-obbligazzjonijiet ta’ segretezza professjonali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili kemm taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istati Membri li jirċevuha u taħt id-disposizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-awtoritajiet tal-Komunità.</ALINEA><ALINEA>B’mod partikolari, l-informazzjoni riferuta fl-ewwel subparagrafu ma tistax tintbagħat lil persuni apparti minn dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-funzjonijiet tagħhom ikunu jirrikjedu li jkunu jafuha jew jużawha. Lanqas ma tista’ tintuża għal skopijiet oħra apparti minn dawk li hemm ipprovdut għalihom f’dan ir-Regolament, sakemm l-Istat Membru, jew il-Kummissjoni, li jkunu fornewha jew daħħluha fis-[sistema ta’ informazzjoni doganali] ma jkunux espressament qablu, suġġett għal kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru jew mill-Kummissjoni u sa kemm komunikazzjoni jew użu bħal dak ma jkunx ipprojbit mid-disposizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih l-awtorità li tirċievi tkun ibbażata.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="17"?><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzji għad-disposizzjonijiet fit-Titolu V dwar is-[sistema ta’ informazzjoni doganali], informazzjoni li tikkonċerna persuni naturali u legali għandha tkun trasmessa taħt dan ir-Regolament biss meta jkun strettament neċessarju li jżommu, jinvestigaw jew jieħdu l-azzjonijiet rigward operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali jew agrikola.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx ifixklu l-użu ta’ l-informazzjoni akkwistata taħt dan ir-Regolament b’xi azzjoni jew proċeduri legali li jkunu sussegwentement mibdija f’dak li għandu x’jaqsam man-nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni doganali jew agrikola.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>L-Artikolu 9, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Ir-rapport ta’ l-investigazzjoni u l-azzjoni meħuda wara l-investigazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1073/1999 (KE) tal‑<DATE ISO="19990525">25 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 91), huwa fformulat hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Malli titlesta investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju, dan ta’ l-aħħar għandu jħejji rapport, taħt l-awtorità tad-Direttur, li jispeċifika l-fatti stabbiliti, it-telf finanzjarju, jekk ikun hemm, u s-sejbiet ta’ l-investigazzjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tad-Direttur ta’ l-Uffiċċju dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jiġu mħejjija dawn ir-rapporti, għandhom jiġu meqjusa r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru iinvolut Ir-rapporti preparati fuq dik il-bażi għandhom jikkostitwixxu prova ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ l-Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li huwa meħtieġ, bl-istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet bħar-rapporti amministrattivi mħejjija minn spetturi amministrattivi nazzjonali. Għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta’ valutazzjoni bħal dawk applikabbli għar-rapporti amministrattivi mħejjija minn spetturi amministrattivi nazzjonali u huma ta’ valur identiku għal dawk ir-rapporti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Rapporti magħmula wara investigazzjoni esterna [li biha, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament, l-Uffiċċju jwettaq kontrolli u spezzjonijiet previsti mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u mir-regolamenti settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) tal-istess Regolament, fl-Istati Membri u, skont il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni fis-seħħ, f’pajjiżi terzi] u kull dokument relatat li jkun utli għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri in kwistjoni skond ir-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ investigazzjonijiet esterni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>L-Artikolu 17, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Missjonijiet investigattivi f’pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, tal-Linji Gwida dwar il-Proċeduri ta’ Investigazzjoni għall-Persunal tal-OLAF (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Linji gwida interni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) jippreċiża, fil-paragrafu 5 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>[m]embri tal-unità tal-investigazzjoni [li l-każ ġie assenjat lilha mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, skont l-Artikolu 6.1 tal-Linji gwida interni] li jkunu involuti li jagħmlu l-missjoni investigattiva jfasslu rapport tal-attivitajiet magħmula waqt il-missjoni, li kopja tiegħu tingħata lill-parteċipanti [jiġifieri, skont il-paragrafu 7, għal dak li jirrigwarda l-missjonijiet investigattivi dwar id-dwana jew ir-riżorsi proprji, lill-uffiċjali tal-Istati Membri kkonċernati li jipparteċipaw fil-missjoni investigattiva]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Wara li tfakkru d-dispożizzjonijiet applikabbli għal din il-kawża u invokati mill-partijiet, għandu jiġi rrilevat li mill-qafas regolatorju hekk iddefinit jirriżulta li l-kollaborazzjoni tal-Istati Membri mal-Kummissjoni hija kundizzjoni essenzjali għall-osservanza tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, missjonijiet Komunitarji ta’ kooperazzjoni u ta’ investigazzjoni amministrattiva huma mwettqa f’pajjiżi terzi, li fihom jieħdu sehem aġenti maħtura għal dan il-għan mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 515/97.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Għalkemm il-konstatazzjonijiet li saru u l-informazzjoni miksuba matul il-missjonijiet Komunitarji huma ta’ natura kunfidenzjali, is-segretezza professjonali li biha huma koperti, skont l-Artikolu 45(1) tar-Regolament Nru 515/97, ma tistax tipprekludi li jkunu kkomunikati lir-rappreżentanti maħtura mill-Istati Membri fi ħdan dawn il-missjonijiet, għax inkella jiġi miċħud l-effett utli tal-għan ta’ dan ir-regolament, kif iddefinit fil-punt 113 iktar ’il fuq, skont l-Artikolu 1 tar-regolament imsemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, dawn ir-rappreżentanti għandhom jitqiesu, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament Nru 515/97 bħala persuni li huma, fl-Istati Membri, minħabba l-funzjonijiet tagħhom, imsejħa biex ikunu jafuhom jew jużawhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-konstatazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ missjoni Komunitarja mwettqa f’pajjiż terz jistgħu jintużaw mill-uffiċjali nnominati mill-Istati Membri sabiex jipparteċipaw fiha għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 515/97.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 45(2) u (3) tal-istess regolament, it-tagħrif miksub fil-kuntest ta’ missjonijiet Komunitarji jista’ jintuża sabiex jippermetti t-twettiq ta’ operazzjonijiet kuntrarji għar-regolamenti doganali, kif ukoll fil-kuntest ta’ azzjonijiet ġudizzjarji jew prosekuzzjonijiet sussegwenti. Dan it-tagħrif jista’, b’mod partikolari, jiġi invokat bħala prova mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 515/97.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Ċeka, ir-rappreżentanta tal-amministrazzjoni doganali tagħha fi ħdan il-missjoni ta’ spezzjoni kellha s-setgħa sħiħa li titlob u tirċievi mingħand l-OLAF, kif fil-fatt issostni l-Kummissjoni, il-provi annessi mal-minuti tal‑<DATE ISO="20071115">15 ta’ Novembru 2007</DATE>, mingħajr dan ma jkun ta’ ostakolu għall-obbligu ta’ kunfidenzjalità previst fl-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 515/97. Kienet awtorizzata wkoll tikkomunikahom lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ċeka sabiex ikunu jistgħu jużaw dawn il-provi kontra l-kumpanija BAIDE fil-kuntest tal-proċedura għall-irkupru tad-dejn doganali dovut mill-kumpannija msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ċeka ssostni, madankollu, kif intqal fil-punt 105 iktar ’il fuq, li l-OLAF kien obbligat jevalwa l-konstatazzjonijiet li saru matul il-missjoni ta’ spezzjoni qabel ma jibgħathom fil-kuntest tar-rapport ta’ investigazzjoni tiegħu, skont il-punt 17.5 tal-Linji gwida interni u l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1073/1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Il-fatt li l-OLAF jivverifika l-provi qabel ma jibgħathom fil-kuntest tar-rapport tiegħu, għalkemm seta’ jittardja, jekk ikun il-każ, il-komunikazzjoni ta’ tali provi, fih innifsu ma jipprekludix, madankollu, li r-Repubblika Ċeka, kif issostni l-Kummissjoni, tressaq talba quddiemu hekk kif ir-rappreżentanta tagħha rritornat mill-missjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex ikkontestat li l-OLAF impenja ruħu li jikkomunika lir-Repubblika Ċeka l-provi miġbura matul il-missjoni ta’ spezzjoni mill-bidu tal-2008. Issa huwa stabbilit, kif il-Kummissjoni barra minn hekk irrikonoxxiet waqt is-seduta, li l-OLAF dam ma kkomunka r-rapport tiegħu, fejn kien hemm mehmuża dawn il-provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Repubblika Ċeka ma tistax tiġi kkritikata li stenniet il-komunikazzjoni tar-rapport tal-OLAF u li ma talbitx il-produzzjoni ta’ provi hekk kif irritornat il-missjoni ta’ spezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Ċeka setgħet, f’dan il-każ, tqis li huwa neċessarju li tistenna li tali provi jiġu analizzati u vverifikati mill-OLAF qabel ma tużahom fil-kuntest ta’ proċedura ta’ aġġustament fiskali. L-OLAF kien tabilħaqq fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq din il-verifika, peress li l-ġbir ta’ provi kien sar taħt ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Laos u fl-assenza ta’ ftehim bilaterali ta’ assistenza bejn dan il-pajjiż u r-Repubblika Ċeka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Repubblika Ċeka stabbilixxiet li hija ma setgħetx ikollha f’idejha l-provi meħtieġa sabiex jiġu kkonstatati d-dazji antidumping dovuti mill-kumpannija BAIDE fuq it-28 każ ta’ importazzjoni kontenzjużi hekk kif il-missjoni rritornat mill-ispezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka, meta ma stabbilixxietx, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, id-dazji inkwistjoni fil-jiem ta’ wara r-ritorn tal-missjoni ta’ spezzjoni, ma kisritx l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet imfakkra fil-punti 68 sa 77 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑konsegwenzi tal‑waqfien mill-attività tal‑kumpannija BAIDE fuq l‑obbligu li s‑somma kontenzjuża ssir disponibbli u l‑irkupru tagħha</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka ssostni, kif tfakkar fil-punt 52 iktar ’il fuq, li hija ma setgħetx tirkupra s-somma kontenzjuża peress li l-kumpannija BAIDE kienet waqfet kull attività fit-territorju nazzjonali minn Mejju 2008, b’tali mod li l-maġġoranza tal-patrimonju ta’ din il-kumpannija ma setax jinqabad meta r-rapport tal-OLAF intbagħtilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li r-rapport tal-OLAF kien effettivament jippermetta li jiġu kkonstatati d-dazji doganali dovuti mill-kumpannija BAIDE. Tali rapport jispeċifika, fil-fatt, li l-evidenza tal-oriġini Ċiniża tal-merkanzija kienet biżżejjed biex tinfetaħ proċedura ta’ aġġustament fiskali u jsemmi t-28 każ ta’ importazzjoni kontenzjużi li jikkonċernaw il-kumpannija BAIDE fir-Repubblika Ċeka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Lanqas ma huwa kkontestat li l-kumpannija BAIDE kienet waqfet l-attivitajiet tagħha fit-territorju tar-Repubblika Ċeka sa minn Mejju 2008, ħaġa li l-Kummissjoni rrikonoxxiet waqt is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Barra minn hekk jirriżulta mill-investigazzjoni, b’mod partikolari mill-investigazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet doganali Ċeki fost il-banek u s-servizzi muniċipali tal-belt ta’ Praga (ir-Repubblika Ċeka), u mill-estratt mir-reġistru kummerċjali, mir-risposta tal-awtoritajiet tat-taxxa mogħtija għat-talba tal-awtoritajiet doganali Ċeki għall-ħlas ta’ pagamenti żejda ta’ taxxa stabbiliti f’isem il-kumpannija BAIDE, mir-risposta għal talba għal informazzjoni fiskali u t-talba ta’ insolvenza tal-likwidatur tal-kumpannija BAIDE, mehmuża mar-rikors, rispettivament, fl-annessi, A.8, A.19, A.20 u A.21, li l-kumpannija BAIDE ma kellhiex iktar patrimonju li seta’ jinqabad fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, bl-eċċezzjoni tas-somom iddepożitati fi tliet kontijiet<?PAGE NO="20"?> miftuħa maċ-Československá obchodní banka, kif ukoll ħlas żejjed ta’ taxxa, għall-ammonti rispettivi ta’ CZK 16 047.67, 14.56 dollaru Amerikan (USD), EUR 51.60 u CZK <FT TYPE="NUMBER">82300</FT>, fejn dawn is-somom ġew finalment irkuprati mill-awtoritajiet doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma tikkontestax ir-riżultat tal-investigazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet doganali Ċeki dwar il-patrimonju tal-kumpannija BAIDE, u lanqas il-konklużjonijiet u d-data finanzjarja li jinsabu fid-dokumenti msemmija fil-punt 130 iktar ’il fuq. Lanqas ma tikkontesta l-fatt li l-konstatazzjoni tal-waqfien mill-attività tal-kumpannija BAIDE hija direttament marbuta mal-fatt li, minn dak iż-żmien, din il-kumpannija, apparti l-ammonti msemmija iktar ’il fuq, ma kellhiex patrimonju li seta’ jinqabad fir-Repubblika Ċeka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma tallegax li r-Repubblika Ċeka setgħet taqbad patrimonju ikbar minn dak li finalment qabdet wara li ntbagħat ir-rapport tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Għalkemm il-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika Ċeka li ma aġixxietx bid-diliġenza kollha meħtieġa fi tmiem il-missjoni ta’ spezzjoni, hija kkonfermat waqt is-seduta li ma riditx tallega li r-Repubblika Ċeka, indipendentement mill-miżuri implimentati wara li ntbagħat ir-rapport tal-OLAF, kellha tirkupra ammont ikbar minn dak li finalment ġie rkuprat wara li ntbagħat dan ir-rapport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sostniet waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija li saritilha dwar dan il-punt, li r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Repubblika Ċeka kienet obbligata li tikkonstata d-dazji doganali fiż-żmien meta [il-kumpannija BAIDE] kienet għadha preżenti fit-territorju Ċek, għalhekk fi żmien bejn l-aħħar ta’ Novembru 2007 […] u [l-]aħħar ta’ Frar 2008<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>[b’hekk] setgħet tirkupra iktar flus kieku kienet ikkonstatat id-dejn doganali qabel<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Issa, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kif ġie indikat fil-punti 123 u 124 iktar ’il fuq, ir-Repubblika Ċeka setgħet raġonevolment tistenna l-komunikazzjoni tar-rapport tal-OLAF imħabbra għall-bidu tal-2008 mingħajr ma titlob, qabel din id-data, il-provi miġbura matul il-missjoni ta’ spezzjoni. F’dan il-kuntest, u meta jitqies iż-żmien li kien ikun meħtieġ biex jinkisbu dawn id-dokumenti, għall-analiżi tagħhom mill-awtoritajiet Ċeki u għall-implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ aġġustament fiskali, il-Kummissjoni ma hijiex iġġustifikata li ssostni li r-Repubblika Ċeka setgħet irkuprat ammont ogħla ta’ dazji għar-riżorsi proprji kieku kienet ikkonstatathom qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, mill-investigazzjoni jirriżulta, filwaqt li jitqiesu l-elementi tal-fajl u l-argumenti skambjati bejn il-partijiet, li l-waqfien mill-attività tal-kumpannija BAIDE x’aktarx li kien jikkostitwixxi raġuni mhux attribwibbli lir-Repubblika Ċeka li setgħet teżenta legalment lil dan l-Istat Membru milli jagħmel is-somma kontenzjuża disponibbli għall-Unjoni Ewropea, abbażi tal-Artikolu 17(2)(b) tar-Regolament Nru 1150/2000, imfakkar fil-punt 77 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Peress li l-waqfien tal-attività tal-kumpannija BAIDE seħħ ukoll qabel ma ntbagħat ir-rapport tal-OLAF, il-fatt, anki jekk wieħed jassumi li huwa fondat, li r-Repubblika Ċeka aġixxiet tard wara li ntbagħat dan ir-rapport huwa, fi kwalunkwe każ, mingħajr rilevanza għall-evalwazzjoni tal-obbligu tar-Repubblika Ċeka li tagħmel disponibbli s-somma kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑obbligu li tiġi kkostitwita garanzija għall‑irkupru tas‑somma kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, madankollu, li r-Repubblika Ċeka kienet konxja tar-riskju ta’ frodi mill-kumpannija BAIDE matul il-kontrolli ta’ qabel ir-rilaxx tal-merkanzija inkwistjoni. Għalhekk kellha tikkostitwixxi, qabel ir-rilaxx għal ċirkulazzjoni ta’ din il-merkanzija, kif speċifikat fil-punt 61 iktar ’il fuq, garanzija suffiċjenti biex tkopri d-differenza li setgħet teżisti bejn l-ammont tad-dazji ddikjarati minn din il-kumpannija u l-ammonti li għalihom tali merkanzija setgħet fl-aħħar mill-aħħar tkun suġġetta għalihom, filwaqt li jitqiesu d-dubji serji eżistenti dwar l-oriġini tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq dan il-punt fuq l-Artikolu 248 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat‑<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE> li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3 iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Regolament li jimplimenta l-kodiċi doganali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka tikkontesta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni u ssostni li l-awtoritajiet doganali ma setgħux jeħtieġu garanzija fil-kuntest tal-kontrolli ta’ qabel ir-rilaxx tal-merkanzija inkwistjoni meta, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, ma kien hemm ebda prova ta’ dejn doganali inkors jew seta’ jiġi inkors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Insostenn tal-argument tagħha, ir-Repubblika Ċeka tinvoka l-Artikolu 190(1) tal-Kodiċi Doganali li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>[f]ejn il-legislazzjoni doganali tipprovdi li l-għoti ta’ garanzija ma jkunx obbligatorju, dik il-garanzija għandha tkun meħtieġa fid-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali sakemm iqisu li dejn doganali li ġie inkors jew li jista’ jiġi inkors mhux żgur li jitħallas fil-perjodu ta’ żmien preskritt<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Mistiedna tippreċiża l-argumenti tagħha fil-kuntest tal-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura msemmija fil-punt 28 iktar ’il fuq, ir-Repubblika Ċeka ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>l-ebda dispożizzjoni tar-regolamenti doganali fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti ma kienet tipprovdi li garanzija tista’ tkun meħtieġa taħt [l-Artikolu 190 tal-Kodiċi Doganali] wara kontrolli addizzjonali jew informazzjoni ġdida miksuba wara li l-merkanzija tkun ġiet irrilaxxata għaċ-ċirkulazzjoni libera<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Hija kkonkludiet li għalhekk kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>inkonċepibbli li l-awtoritajiet doganali Ċeki kienu jeħtieġu garanzija taħt din id-dispożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Issa għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni, kif ikkonfermat waqt is-seduta, ma tikkritikax lir-Repubblika Ċeka, sabiex tikkontesta l-azzjoni tagħha f’din il-kawża, talli ma kkostitwixxiet garanzija wara r-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera tal-lajters tal-but, iżda meta ngħata r-rilaxx biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>B’hekk, indipendentement mill-fondatezza tiegħu, l-argument tar-Repubblika Ċeka dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni f’dan il-każ tal-garanzija fakultattiva prevista mill-Artikolu 190 tal-Kodiċi Doganali huwa irrilevanti fir-rigward tal-eżami, f’din il-kawża, tal-obbligu ta’ garanzija invokata mill-Kummissjoni biex tirkupra s-somma kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ċeka ma tikkontestax li l-eżami tal-merkanzija inkwistjoni jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 248 tar-regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali, li jipprevedi l-kostituzzjoni, meta jingħata r-rilaxx tal-merkanzija, ta’ garanzija għall-awtorizzazzjoni tar-rilaxx tagħha għaċ-ċirkulazzjoni libera fil-każ li l-kontrolli mwettqa<?PAGE NO="22"?> jistgħu jwasslu għad-determinazzjoni ta’ ammont ta’ dazju ogħla minn dak li jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet doganali. Hija tikkontesta, min-naħa l-oħra, li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu huma ssodisfatti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Wara li ġie ppreċiżat dan, jista’ jitfakkar li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-ġestjoni tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni hija fdata f’idejn l-Istati Membri u hija l-unika responsabbiltà tagħhom (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑575/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:530">EU:C:2020:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-kuntest, l-Istati Membri huma obbligati li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-ammonti li jikkorrispondu għad-dazji kkonstatati, kif tfakkar fil-punt 77 iktar ’il fuq, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1150/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Għalhekk huma l-Istati Membri, skont l-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-regolament, li għandhom iwettqu verifiki u investigazzjonijiet dwar il-konstatazzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ riżorsi proprji li ġejjin, bħal f’dan il-każ, mid-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u dazji oħra stabbiliti mill-istituzzjonijiet dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi mhux membri tal-Unjoni, kif dawn id-dazji ġew iddefiniti fil-punt 69 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni tad-dazji ssir skont il-leġiżlazzjoni doganali dwar it-teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont tad-dazju u l-komunikazzjoni tiegħu lill-persuna responsabbli li tħallsu, skont l-Artikolu 2 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tal-Kodiċi Doganali tippreċiża li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>[f]ejn l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali toħloq dejn doganali, il-merkanzija koperta bid-dikjarazzjoni m’għandhiex tinħeles ħlief meta d-dejn doganali jkun ġie mħallas jew garantit<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>L-Artikolu 248 li jidher taħt it-Titolu VIII <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>L-Eżami tal-Merkanzija; il-Konklużjonijiet ta’ l Uffiċju Doganali u Miżuri oħra Meħuda mill-Uffiċju Doganali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tar-regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="248.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għoti tar-rilaxx għandu jikkawża l-iskrizzjoni fil-kontijiet tad-dazji ta’ l-importazzjoni determinati skond id-dettalji fid-dikjarazzjoni. Meta l-awtoritajiet doganali jikkonsidraw li mill-kontrolli li huma jkunu wettqu jirriżulta li jista’ jiġi stmat ammont ta’ dazju ta’ importazzjoni ogħla minn dak li jirriżulta mid-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni, għandhom jeħtieġu wkoll id-depożitu ta’ garanzija suffiċjenti biex tkopri d-differenza bejn l-ammont skond id-dettalji fid-dikjarazzjoni u l-ammont li jista’ finalment jitħallas fuq il-merkanzija. Madankollu, id-dikjarant jista’ jitlob l-iskrizzjoni immedjata fil-kontijiet ta’ l-ammont ta’ dazji li għalihom il-merkanzija tista’ finalment tkun soġġetta flok ma jiddepożita l-garanzija.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li, meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali, id-dazji applikabbli għandhom jew jitħallsu jew ikunu koperti minn garanzija qabel ma l-merkanzija tiġi rrilaxxata. Għalhekk, jekk l-awtoritajiet doganali jqisu li l-verifika tad-dikjarazzjoni doganali tista’ tagħti lok għal ammont pagabbli ta’ dazji fuq l-importazzjoni ogħla minn dak li jirriżulta mid-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali, ir-rilaxx tagħha jkun awtorizzat wara l-kostituzzjoni ta’ garanzija suffiċjenti li tkopri d-differenza f’dawn l-ammonti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm l-Artikolu 248(1) tar-regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali jipprovdi, minħabba l-użu tal-verb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>ikkunsidra<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, ċertu marġni ta’ diskrezzjoni għall-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri meta jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tintalab il-preżentazzjoni ta’ garanziji, dan il-marġni ta’ diskrezzjoni huwa limitat mill-prinċipju ta’ effettività, stabbilit fl-Artikolu 325(1) TFUE, li bis-saħħa tiegħu għandha tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra kwalunkwe frodi jew kwalunkwe attività illegali oħra li x’aktarx tagħmel ħsara lil dawn l-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Il-portata tal-prinċipju ta’ effettività, sa fejn dan japplika għall-obbligu speċifiku li jaqa’ fuq l-Istati Membri bis-saħħa tal-Artikolu 325(1) TFUE li jiġi ggarantit il-ġbir effettiv u sħiħ tar-riżorsi proprji tal-Unjoni li jikkostitwixxu d-dazji doganali, ma tistax tiġi ddeterminata b’mod astratt u statiku peress li tiddependi fuq il-karatteristiċi tal-frodi jew l-attività illegali kkonċernata, li barra minn hekk jistgħu jevolvu maż-żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sabiex issostni li r-Repubblika Ċeka kienet konxja mir-riskju ta’ frodi meta rrilaxxat il-merkanzija inkwistjoni, il-Kummissjoni essenzjalment issostni li l-Istat Membru rikorrent kien ġie informat li n-numru tas-serje b’ħames ċifri numri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>44001<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, miktub f’qiegħ il-lajters tal-but, seta’ jissuġġerixxi l-oriġini Ċiniża tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward u fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li din l-informazzjoni kienet tinsab f’dokumentazzjoni mfassla mill-OLAF u mqassma f’seminar organizzat fil‑31 ta’ Mejju u fl‑<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>dokumentazzjoni tal-OLAF tal‑2005<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>). Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li r-Repubblika Ċeka ma pparteċipatx f’dan is-seminar, iżda ssostni li kienet destinatarja ta’ din id-dokumentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka tikkontesta li rċeviet id-dokumentazzjoni tal-OLAF tal‑2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Kummissjoni indikat li hija ma kinitx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>[taf] eżattament<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> f’liema data r-Repubblika Ċeka suppost irċeviet id-dokumentazzjoni tal-OLAF tal‑2005. Hija ċċarat li ma sabitx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>prova konkreta<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> li bagħtet din id-dokumentazzjoni lir-Repubblika Ċeka. Lanqas ma jirriżulta mill-fajl li tali dokumentazzjoni, kuntrarjament għal dak li sostniet il-Kummissjoni fis-seduta, intbagħtet lir-Repubblika Ċeka bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Ġunju u l-aħħar tas-sena [2005]<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni fil-kontroreplika, lanqas mill-komunikazzjoni WOMIS/CZ/2014/5, mehmuża bħala Anness D.3 u ddatata t‑<DATE ISO="20161003">3 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ma jirriżulta li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>fuq il-bażi tad-[dokumentazzjoni tal-OLAF tal‑2005], l-awtoritajiet Ċeki stabbilixxew profil tar-riskju fit‑<DATE ISO="20060322">22 ta’ Marzu 2006</DATE><QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> [traduzzjoni mhux ufiċċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm ir-Repubblika Ċeka rrikoxxiet waqt is-seduta li, kif issemma espressament hemmhekk ukoll, il-profil tar-riskju li hija kienet stabbilixxiet fit‑<DATE ISO="20060322">22 ta’ Marzu 2006</DATE> kien fil-fatt imfassal fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-OLAF, hija ppreċiżat li tali informazzjoni kienet ġiet ikkomunikata lilha f’laqgħa li saret bejn l‑20 u t‑<DATE ISO="20060322">22 ta’ Marzu 2006</DATE> mar-rappreżentanti tal-OLAF, mingħajr ma l-Kummissjoni kkummentat dwar din l-affermazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex stabbilit li r-Repubblika Ċeka rċeviet id-dokumentazzjoni tal-OLAF tal‑2005 bejn Ġunju u tmiem is-sena 2005.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax issostni li r-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha dwar ir-riżorsi proprji talli ma kkonstitwixxiet sa mis-sena 2005, fuq il-bażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>informazzjoni suffiċjentement preċiża dwar ir-riskji<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ta’ frodi li tinsab f’din id-dokumentazzjoni, garanzija fuq il-dazji antidumping li x’aktarx kienu dovuti mill-kumpanija BAIDE, qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera tal-lajters tal-but.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li l-informazzjoni dwar in-numru tas-serje <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>44001<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, li kienet tindika l-oriġini Ċiniża tal-lajters tal-but, dehret ukoll fil-profil tar-riskju li r-Repubblika Ċeka kienet stabbilixxiet fit‑<DATE ISO="20060322">22 ta’ Marzu 2006</DATE> u li hija kienet aġġornat f’Novembru ta’ wara (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>profil tar-riskju<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Mill-proċess jirriżulta li l-profil tar-riskju, kif tallega espressament ir-Repubblika Ċeka, ġie adottat biex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>jiġbed l-attenzjoni tad-diversi uffiċċji doganali dwar ir-riskji identifikati u […] jobbliga lil dawn tal-aħħar iwettqu kontrolli fil-fond tal-merkanzija wara li jitqiesu dawn ir-riskji<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. Il-profil tar-riskju jenfasizza, kif targumenta l-Kummissjoni, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>l-kodiċi numeriku b’ħames ċifri f’qiegħ il-lajters jindika li jistgħu jkunu lajters li joriġinaw miċ-Ċina<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-Repubblika Ċeka ssostni li l-kontrolli mwettqa fuq il-bażi tal-profil tar-riskju madankollu ma ppermettewx li jiġi pprovat li l-lajters tal-but kellhom oriġini differenti minn dik iddikjarata mill-kumpannija BAIDE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ċeka tirreferi, fil-punti 43 u 44 tar-replika, għall-Annessi C.1a sa C.1f, C.1h sa C.1l u C.2.a sa C.2.n. Hija tidentifika, b’mod iktar speċifiku, kif jirriżulta mill-punt 22 tat-tweġibiet tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub magħmula fil-kuntest tal-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura msemmija fil-punt 28 iktar ’il fuq, l-annessi C.1h u C.2.a sa C.2.n, b’mod partikolari l-minuti li dawn fihom, kif inhuma relatati ma’ importazzjonijiet imwettqa wara l-adozzjoni tal-profil tar-riskju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Madankollu, ir-Repubblika Ċeka ma tidentifikax fi ħdan dawn l-annessi, li jippreżentaw għażla ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>dokumenti relatati mal-kontrolli doganali<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, hekk kif huma identifikati fl-iskeda mehmuża mar-replika, li tirrigwarda 24 mit-28 importazzjoni inkwistjoni, li essenzjalment tikkonsisti mill-minuti tal-kontrolli mwettqa, il-fatturi mħejjija mill-kumpannija BAIDE kif ukoll ċertu numru ta’ ritratti tat-tagħbijiet u tal-merkanzija kkonċernata, l-elementi li fuqhom hija bbażat ruħha biex tafferma li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>l-ebda minn dawn il-kontrolli [ma] wrew elementi li jissuġġerixxu li l-oriġini reali tal-merkanzija kienet differenti mill-oriġini ddikjarata<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Anki jekk wieħed jassumi li tali elementi kienu ġew identifikati bi preċiżjoni suffiċjenti sabiex il-Qorti Ġenerali tkun tista’ tevalwa l-fondatezza tagħhom, in-natura frammentata u mhux kompleta ta’ tali dokumentazzjoni, ippreżentata espressament b’mod selettiv, ma tistax, fi kwalunkwe każ, tippermetti l-konklużjoni li l-ebda element ma seta’ jħalli lil dak li jkun jippreżumi l-oriġini Ċiniża tal-merkanzija inkwistjoni. Barra minn hekk, kif osservat il-Kummissjoni fil-punt 66 tal-kontroreplika, l-ebda ritratt tal-lajters tal-but ma kien mehmuż mad-dokumenti magħżula fl-Annessi C.1b, C.1f, C.1h sa C.1l, C.2a sa C.2n.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Mistoqsija dwar dan il-punt fil-kuntest tal-miżura ta’ organizzazzjoni msemmija fil-punt 28 iktar ’il fuq, ir-Repubblika Ċeka sempliċement bbażat ruħha fuq żewġ ritratti addizzjonali sabiex tafferma li l-awtoritajiet doganali Ċeki ma kinux sabu n-numru tas-serje <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>44001<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, indikat mill-OLAF, miktub fuq qiegħ il-lajters tal-but, iżda kodiċi differenti, li jikkonsisti fi tliet ittri u żewġ ċifri, jew saħansitra ebda kodiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Is-sempliċi produzzjoni ta’ żewġ ritratti insostenn ta’ tali argument ma tistax, madankollu, tkun biżżejjed biex turi, kif issostni r-Repubblika Ċeka, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>ir-ritratti meħuda waqt il-kontrolli doganali<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> jippermettu li jiġi konkluż li n-numru tas-serje <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>44001<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> ma deherx fuq l-importazzjonijiet kontenzjużi. Barra minn hekk, għalkemm ir-ritratti mehmuża fl-Anness F.3 tabilħaqq juru, fil-qiegħ ta’ żewġ lajters, kodiċi differenti minn dak indikat mill-OLAF, xejn f’dawn ir-ritratti ma jippermetti li jiġi identifikat l-importatur ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Peress li l-importazzjonijiet kontenzjużi jinvolvu diversi miljuni ta’ lajters, l-assenza, jekk nippreżumu li ġiet stabbilita, tan-numru tas-serje identifikat mill-OLAF fil-qiegħ ta’ tużżana lajters importati minn BAIDE, kif jidhru fuq ir-ritratti mehmuża mal-annessi ċċitati fil-punt 165 iktar ’il fuq, ma jistgħux għalhekk jitqiesu biżżejjed biex jiġi stabbilit li r-Repubblika Ċeka ma setgħetx ikollha dubji dwar l-oriġini Ċiniża tal-lajters tal-but.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Ċeka ma tistax tistrieħ b’mod utli, sabiex tistabbilixxi li l-miżuri meħuda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>ma wrew xejn li kien juri li l-merkanzija kellha oriġini differenti minn dik iddikjarata<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, fuq il-minuti mehmuża fl-Annessi C, peress li dawn id-dokumenti jiċċertifikaw biss ir-riżultati tal-kontrolli kif fil-fatt kienu saru, fuq il-bażi tal-elementi kkunsidrati biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll, f’dan ir-rigward, li l-punt 6.1 tal-Komunikazzjoni AM 2007/019 tal-Kummissjoni, tat‑<DATE ISO="20070430">30 ta’ April 2007</DATE>, mibgħuta lill-Istati Membri fil-kuntest ta’ kooperazzjoni reċiproka, jippreċiża dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>[…]</P><P>Għall-perijodu mill-aħħar tal‑2004 sa Lulju 2006, il-kwantità ta’ lajters importati fil-Komunità mil-Laos laħqet iktar minn 80 miljun biċċa.</P><P>[…]</P><P>Waqt il-kontrolli, żewġ Stati Membri (id-dwana Ċeka u Belġjana) sabu, fil-qiegħ tal-kontenituri tal-lajters iddikjarati li joriġinaw mil-Laos, il-kodiċi b’5 ċifri assenjat mill-awtoritajiet Ċiniżi lill-produtturi tal-lajters Ċiniżi. F’dan il-każ, dan kien il-kodiċi 44001, il-kodiċi mogħti mill-awtoritajiet Ċiniżi lill-produttur Ċiniż imsemmi fil-punt 7.1.2 [jiġifieri l-kumpanija BAIDE]<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Il-punt 12 tal-istess komunikazzjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>Ġie aċċertat li l-produttur Ċiniż imsemmi fil-punt 7.1.2 stabbilixxa ċ-ċentru Ewropew tad-distribuzzjoni tiegħu fi Praga, ir-Repubblika Ċeka. Id-dwana Ċeka vverifikat is-sitwazzjoni tal-importazzjoni tal-importatur imsemmi fil-punt 7.2 u marbut mal-esportatur.</P><P>L-importatur marbut mal-esportatur mexxa immedjatament l-iżdoganar minn uffiċċju doganali għal ieħor sabiex jevita kontroll sħiħ tal-kunsinni tal-lajters iddikjarati li joriġinaw mil-Laos.</P><P>Sussegwentement, il-merkanzija ġiet irrilaxxata għaċ-ċirkulazzjoni libera fis-Slovakkja. Id-dwana Slovakka ġiet informata bit-trasport tal-lajters mid-dwana Ċeka f’Lulju 2006 u, bl-għajnuna tal-OLAF, l-importazzjonijiet ta’ żewġ kunsinni twaqqfu f’Awwissu 2006. Meta d-dwana Slovakka talbet għall-garanziji li jkopru d-dazji antidumping fuq il-lajters, il-kunsinni ġew irritornati f’maħżen doganali fi Praga.</P><?PAGE NO="26"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Mistiedna espressament, bħala parti mill-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura msemmija fil-punt 28 iktar ’il fuq, biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-informazzjoni li tinsab fil-punti 6.1 u 12 tal-komunikazzjoni msemmija fil-punti 172 u 173 iktar ’il fuq, ir-Repubblika Ċeka sostniet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>l-informazzjoni dwar it-tifsira tal-kodiċi ta’ ħames figuri li tinsab fil-komunikazzjoni msemmija [kienet] frammentarja u vaga ħafna<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>. Madankollu, hija ma kkontestatx il-fatt, imsemmi fil-punt 6.1 ta’ din il-komunikazzjoni, li d-dwana Ċeka kienet sabet, indipendentement mis-sinjifikat eżatt tagħha, tali numru tas-serje f’qiegħ il-lajters importati mill-kumpannija BAIDE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Għalkemm ir-Repubblika Ċeka sostniet ukoll li tali komunikazzjoni kienet irrilevanti għal din il-kawża sa fejn kienet tfasslet wara r-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera tal-importazzjonijiet inkwistjoni, dan il-fatt lanqas ma jista’, waħdu, jinvalida l-informazzjoni li tinsab f’din il-komunikazzjoni li tgħid li d-dwana Ċeka kienet sabet f’qiegħ il-lajters in-numru tas-serje <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>44001<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li din il-komunikazzjoni, kif tenfasizza r-Repubblika Ċeka, ntbagħtet biss wara li l-merkanzija kienet ġiet irrilaxxata għaċ-ċirkulazzjoni libera, il-fatt li l-OLAF ma rrakkomandax il-kostituzzjoni ta’ garanzija fil-komunikazzjoni inkwistjoni ma jistax jiġi validament ikkunsidrat sabiex jiġi evalwat l-obbligu għar-Repubblika Ċeka li tistabbilixxi tali garanzija waqt ir-rilaxx tal-istess merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Mistiedna mill-ġdid waqt is-seduta sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-informazzjoni li tinsab fil-punti 6.1 u 12 tal-Komunikazzjoni AM/2007/019, ir-Repubblika Ċeka madankollu ma pprovdiet ebda prova konkreta ta’ natura li tinvalidahom. Barra minn hekk, hija ma kkontestatx li avżat lid-dwana Slovakka bl-eżistenza ta’ importazzjonijiet frawdolenti, kif jirriżulta mill-punt 12 tal-Komunikazzjoni AM/2007/019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Ċeka, għalkemm mistiedna bil-miktub sabiex tagħti kjarifiki dwar l-informazzjoni li tinsab fil-punti 6.1 u 12 tal-Komunikazzjoni AM/2007/019, ma kinitx f’pożizzjoni tippreżenta elementi suffiċjentement preċiżi u rilevanti biex tiċħadhom. Għalhekk, hija ma tistax issostni li ma skoprietx in-numru tas-serje rapportat mill-OLAF meta hi kienet li informat lill-awtoritajiet Slovakki bl-eżistenza ta’ importazzjonijiet frawdolenti, iddikjarati li ġejjin mil-Laos u preċedentement introdotti fit-territorju tagħha mill-kumpannija BAIDE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>Għalkemm ir-Repubblika Ċeka tipprova tikkontesta r-rilevanza tal-informazzjoni mibgħuta mill-OLAF sabiex tevalwa l-oriġini tal-prodotti inkwistjoni, billi targumenta, kif intqal fil-punt 174 iktar ’il fuq, li n-natura mhux kompluta tagħha ma kinitx tippermettilha, essenzjalment, li tkun ċerta mis-sinjifikat tagħha, huwa stabbilit, kif ikkonfermat waqt is-seduta, li ma staqsietx lill-OLAF dwar l-eżattezza tal-informazzjoni hekk mibgħuta, minkejja li rripproduċietha kif inhi fil-profil tar-riskju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li huma l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tad-dritt doganali tal-Unjoni u, b’mod partikolari, li jwettqu kontrolli doganali xierqa sabiex jipproteġu b’mod effettiv, l-interessi finanzjarji tagħha. It-twettiq ta’ missjoni bħal din teħtieġ ħidma kontinwa, koerenti u sistemika min-naħa ta’ dawn l-awtoritajiet.<?PAGE NO="27"?> Għalkemm l-azzjonijiet ta’ kontroll doganali meħuda fil-livell tal-Unjoni huma intiżi biex jappoġġjaw lill-Istati Membri, dawn ma jistgħux, fi kwalunkwe każ, jissostitwixxu l-azzjoni ta’ kontroll u ta’ protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li huma responsabbli għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Ċeka, il-kostituzzjoni ta’ garanzija għall-irkupru tas-somma kontenzjuża ma kinitx teħtieġ, meta l-merkanzija inkwistjoni ġiet rilaxxata, ċertezza li l-oriġini tagħhom kienet differenti minn dik iddikjarata, iżda biss il-preżenza ta’ indizji li jistgħu jwasslu, waqt l-ispezzjoni ta’ din il-merkanzija, għad-determinazzjoni ta’ ammont ta’ dazji ogħla minn dak li jirriżulta mid-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ċeka ma tistax issa ssostni li seta’ biss ikollha suspetti vagi dwar in-natura frawdolenti tal-importazzjonijiet ikkontestati, meta hija stess irrikonoxxiet fil-profil tar-riskju li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>kien hemm suspett raġonevoli ta’ evażjoni tal-leġiżlazzjoni doganali<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, speċifikat li l-għan tal-kontroll intern kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jipprevjenu l-evitar ta’ dazji antidumping, permezz ta’ klassifikazzjoni tariffarja differenti jew ta’ dikjarazzjoni ta’ oriġini differenti tal-merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> u indikat li kien irrakkomandat, jekk ikun il-każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>li jsir qbid sal-ammont tad-dazju antidumping<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Ċeka, kif ġie indikat fil-punt 178 iktar ’il fuq, avżat lid-dwana Slovakka bl-eżistenza ta’ importazzjonijiet frawdolenti. Hija implimentat ukoll għadd ta’ miżuri wara l-adozzjoni tal-profil tar-riskju, li jiżvelaw, tal-inqas, li kienet konxja mir-riskju ta’ frodi hekk kif dan il-profil ġie stabbilit. Ir-Repubblika Ċeka ma tikkontestax, kif irrilevat il-Kummissjoni fil-punt 15 tar-risposta, li hija bagħtet ittra lill-OLAF fit‑<DATE ISO="20060413">13 ta’ April 2006</DATE> fuq suspetti ta’ frodi mill-kumpannija BAIDE u fetħet investigazzjoni fuq din il-kumpannija fit‑<DATE ISO="20060828">28 ta’ Awwissu 2006</DATE>. Lanqas ma tikkontesta li bagħtet lill-OLAF, qabel il-missjoni ta’ spezzjoni tiegħu, il-lista ta’ importazzjonijiet kontenzjużi li l-oriġini tagħhom kellha tiġi vverifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>Madankollu, u fit-tieni lok, ir-Repubblika Ċeka ssostni li, anki jekk wieħed jassumi li kellha, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni mingħand l-OLAF, tikkostitwixxi garanzija għall-irkupru tas-somma kontenzjuża, hija kellha tirrilaxxha peress li l-awtoritajiet Laosjani kienu kkonfermaw l-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-oriġini tal-merkanzija inkwistjoni u li ma kien hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>l-ebda prova li wriet il-kuntrarju<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt, madankollu u indipendentement mill-portata legali li tista’ tingħata fil-kuntest tal-kawża lid-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet Laosjani, li huma kkonfermaw l-awtentiċità taċ-ċertifikati ta’ oriġini mehmuża mill-kumpannija BAIDE fi 2 mit-28 każ tal-importazzjonijiet kontenzjużi ma setgħux, fi kwalunkwe każ, ikunu biżżejjed biex iwarrbu d-dubji li r-Repubblika Ċeka nnifisha kellha fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-OLAF fir-rigward tal-importazzjonijiet kollha tal-kumpannija li BAIDE għamlet mil-Laos.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>L-iktar li jista’ jingħad hu li ċ-ċertifikati prodotti mill-kumpannija Baide setgħu servew bħala indizji tal-oriġini mil-Laos tal-lajters tal-but biss peress li tali oriġini kienet ġiet ikkorroborata, u mhux, bħal fil-każ preżenti, invalidata, mill-elementi l-oħra fil-pussess tar-Repubblika Ċeka waqt ir-rilaxx tal-merkanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal preċedentement, ir-Repubblika Ċeka kienet obbligata, abbażi tal-Artikolu 248(1) tar-regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali, tikkostitwixxi garanzija għall-irkupru tad-dazji antidumping li x’aktarx kienu dovuti mill-kumpannija BAIDE mill-adozzjoni tal-profil tar-riskju, jiġifieri mit‑<DATE ISO="20060322">22 ta’ Marzu 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="28"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni ġenerali fuq l‑eżistenza ta’ arrikkiment indebitu tal‑Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 123 u 124 iktar ’il fuq, ir-Repubblika Ċeka setgħet tikkonstata d-dazji doganali dovuti mill-kumpannija BAIDE fuq l-importazzjonijiet kontenzjużi minn meta ntbagħat ir-rapport tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189</NO.P><TXT>Kif ġie kkonstatat fil-punt 129 iktar ’il fuq, ir-rapport tal-OLAF ntbagħat, madankollu, wara l-waqfien tal-attività tal-kumpannija BAIDE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0190"><NO.P>190</NO.P><TXT>Skont il-konklużjoni tal-punt 136, il-waqfien tal-attività tal-kumpannija BAIDE, qabel ma ntbagħat ir-rapport tal-OLAF, seta’ jikkostitwixxi raġuni mhux attribwibbli lir-Repubblika Ċeka, fis-sens tal-Artikolu 17(2)(b) tar-Regolament Nru 1150/2000, li jista’ legalment jeżentaha milli tagħmel is-somma kontenzjuża għad-dispożizzjoni tal-Unjoni, peress li l-ebda patrimonju ma seta’ mbagħad jinqabad fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0191"><NO.P>191</NO.P><TXT>Madankollu, ġie konkluż, fil-punt 187 iktar ’il fuq, li r-Repubblika Ċeka kienet obbligata, abbażi tal-Artikolu 248(1) tar-regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali, tikkostitwixxi garanzija għas-somom li kellhom jiġu rkuprati fir-rigward ta’ dazji antidumping dovuti mill-kumpannija BAIDE mit‑<DATE ISO="20060322">22 ta’ Marzu 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0192"><NO.P>192</NO.P><TXT>Huwa stabbilit bejn il-partijiet li l-importazzjonijiet kontenzjużi, kif ikkonfermaw waqt is-seduta, seħħew bejn is‑<DATE ISO="20050926">26 ta’ Settembru 2005</DATE> u l‑<DATE ISO="20070301">1 ta’ Marzu 2007</DATE>. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonfermat waqt is-seduta li l-obbligu ta’ garanzija kellu jkopri l-importazzjonijiet kontenzjużi kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0193"><NO.P>193</NO.P><TXT>Jirriżulta mid-dokument fl-anness F.1, kif ukoll mit-tabella fl-anness B.7, li, mit‑<DATE ISO="20060322">22 ta’ Marzu 2006</DATE>, twettqu sittax-il importazzjoni, l-ewwel waħda fil‑<DATE ISO="20060411">11 ta’ April 2006</DATE>, l-aħħar waħda fl‑<DATE ISO="20070301">1 ta’ Marzu 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0194"><NO.P>194</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, għandu jiġi konkluż li kien hemm arrikkiment indebitu tal-Unjoni fl-ammont tas-somma kontenzjuża li tikkorrispondi għad-dazji antidumping dovuti mill-kumpannija BAIDE fuq l-ewwel tnax-il importazzjoni ta’ lajters tal-but, magħmula bejn is‑<DATE ISO="20050926">26 ta’ Settembru 2005</DATE>, għal tal-ewwel, u l‑<DATE ISO="20060220">20 ta’ Frar 2006</DATE>, għal tal-aħħar, jiġifieri s‑26 ta’ Settembru, is‑7, il‑15, is‑27, id‑29, it‑<DATE ISO="20051130">30 ta’ Novembru 2005</DATE>, it‑3, l‑10, is‑16, is‑17, is‑27 ta’ Jannar u l‑<DATE ISO="20060220">20 ta’ Frar 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0195"><NO.P>195</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors għandu jintlaqa’ sa fejn huwa intiż għar-rimbors lir-Repubblika Ċeka tas-somma msemmija fil-punt 194 iktar ’il fuq, jiġifieri, b’kunsiderazzjoni tad-data finanzjarja prodotta fl-Anness F.1 u mhux ikkontestata mill-Kummissjoni, is-somma ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">17828</FT> 399.66 imħallsa bħala riżorsi proprji tal-Unjoni fil-kont tal-Kummissjoni previst għal dak il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0196"><NO.P>196</NO.P><TXT>Il-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0197"><NO.P>197</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura, kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="29"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0198"><NO.P>198</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li r-Repubblika Ċeka u l-Kummissjoni tilfu parzjalment fit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tiġi ordnata tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0199"><NO.P>199</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors tar-Repubblika Ċeka huwa milqugħ sa fejn huwa intiż li l-Kummissjoni Ewropea tħallas lura s-somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">17828</FT> 399.66 koruna Ċeka (CZK) imħallsa bħala riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Marcoulli</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Schwarcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Norkus</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil‑<DATE ISO="20220511">11 ta’ Mejju 2022</DATE></P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>