<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-128/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0128</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1062">EU:C:2020:1062</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Tanchev – Kawża C‑128/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Azienda Sanitaria Provinciale di Catania</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑128/19</HT></P><P>Azienda Sanitaria Provinciale di Catania</P><P>vs</P><P>Assessorato della Salute della Regione Siciliana,</P><P>fil-preżenza ta:</P><P>AU</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>għajnuna ġdida<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 702/2014</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għall-ispejjeż tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali u għall-kumpens tad-dannu kkawżat minn tali mard</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1408/2013</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża ineżami tirriżulta minn miżura leġiżlattiva adottata fl-1989 mir-Reġjun ta’ Sicilia, li kienet tipprevedi l-ħlas ta’ kumpens lill-proprjetarji ta’ annimali maqtula minħabba li kienu affettwati minn ċertu mard. Matul is-snin, dan il-kumpens kien iffinanzjat diversi drabi permezz ta’ leġiżlazzjoni adottata mir-Reġjun ta’ Sicilia. AU, bidwi Sqalli li jrabbi l-annimali, talab il-ħlas ta’ dan il-kumpens quddiem il-qrati nazzjonali fuq il-bażi tal-liġi reġjonali tal-2005, li hija l-miżura l-iktar reċenti li kienet tiffinanzja dan il-kumpens. Il-kwistjoni mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hija dwar jekk dan il-kumpens huwiex għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u, jekk dan ikun il-każ, jekk dan il-kumpens kienx implimentat bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-diffikultà tinsab fil-fatt li, għalkemm il-leġiżlazzjoni inizjali tal-1989 u diversi liġijiet ta’ finanzjament kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, dan ma kienx il-każ fir-rigward tal-liġi tal-2005. Tqum għalhekk il-kwistjoni dwar jekk din il-liġi msemmija l-aħħar hijiex koperta mill-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni preċedenti ta’ finanzjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għalhekk, din il-kawża tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tipprovdi gwida dwar il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>għajnuna ġdida<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, li, bħala tali, għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel ma tiġi implimentata, u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, li ma hijiex suġġetta għal dan ir-rekwiżit jew għaliex kienet diġà ġiet awtorizzata jew (<HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>) għaliex temenda, b’mod limitat, għajnuna diġà awtorizzata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni Ewropea</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.</P></NOTE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandha tfisser:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>għajnuna awtorizzata, li tfisser, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li kienu awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>għajnuna ġdida<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandha tfisser kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali, li m’hijiex għajnuna eżistenti, li jinkludu tibdil lill-għajnuna eżistenti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Legge Regione Sicila <DATE ISO="19890605">5 giugno 1989</DATE>, n. 12 — Interventi per favorire il risanamento e il reintegro degli allevamenti zootecnici colpiti dalla tubercolosi, dalla brucellosi e da altre malattie infettive e diffusive e contributi alle associazioni degli allevatori (il-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia tal-<DATE ISO="19890605">5 ta’ Ġunju 1989</DATE>, Nru 12, li tistabbilixxi miżuri intiżi sabiex jiffaċilitaw is-sanitazzjoni u r-reintegrazzjoni ta’ rziezet li jrabbu l-annimali milquta mit-tuberkulożi, mill-bruċellożi u minn mard infettiv ieħor mifrux ħafna u li tipprovdi għal kontribuzzjonijiet lill-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa li jrabbu l-annimali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</P></NOTE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għas-sanitazzjoni ta’ rziezet li jrabbu annimali bovini affettwati mit-tuberkulożi, mill-bruċellożi u mil-lewkożi, u ta’ rziezet li jrabbu annimali ovini jew kaprini affettwati mill-bruċellożi, konformement mal-Liġi tad-<DATE ISO="19640609">9 ta’ Ġunju 1964</DATE>, Nru 615, mal-Liġi tat-<DATE ISO="19680123">23 ta’ Jannar 1968</DATE>, Nru 33, u mal-Liġi tat-<DATE ISO="19680123">23 ta’ Jannar 1968</DATE>, Nru 34, kif sussegwentement emendati u ssupplimentati, għandu jingħata kumpens lill-proprjetarji ta’ annimali bovini maqtula u/jew meqruda minħabba li kienu affettwati mit-tuberkulożi, mill-bruċellożi jew mil-lewkożi, u ta’ annimali ovini jew kaprini affettwati mill-bruċellożi, flimkien mal-kumpens previst fid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, u dan sal-ammont indikat fit-tabella annessa ma’ din il-liġi.</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-istess għanijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafi preċedenti u sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq ta’ miżuri ta’ sanitazzjoni fl-irziezet li jrabbu l-annimali, għandu jitħallas onorarju ta’ ITL <FT TYPE="NUMBER">2000</FT>, flimkien ma’ dak previst fid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, lill-professjonisti veterinarji awtorizzati li jwettqu l-operazzjonijiet imsemmija fid-Digrieti Ministerjali tal-<DATE ISO="19680601">1 ta’ Ġunju 1968</DATE> u tat-<DATE ISO="19680603">3 ta’ Ġunju 1968</DATE>, għal kull annimal bovin eżaminat. Fi kwalunkwe każ, il-kumpens totali ma jistax jaqbeż ITL <FT TYPE="NUMBER">3000</FT>.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="001.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi awtorizzat infiq ta’ ITL <FT TYPE="NUMBER">7000</FT> miljun għas-sena finanzjarja kurrenti u ITL <FT TYPE="NUMBER">6000</FT> miljun għal kull waħda mis-snin finanzjarji 1990 u 1991.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Legge Regione Sicilia <DATE ISO="20051222">22 dicembre 2005</DATE>, n. 19 — Misure finanziarie urgenti e variazioni al bilancio della Regione per l’esercizio finanziario 2005. Disposizioni varie (il-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia tat-<DATE ISO="20051222">22 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Nru 19, li tistabbilixxi miżuri finanzjarji urġenti u li temenda l-baġit tar-Reġjun għas-sena finanzjarja 2005. Dispożizzjonijiet varji) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</P></NOTE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Għat-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989], u konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 134 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 32 tat-<DATE ISO="20001223">23 ta’ Diċembru 2000</DATE>, qiegħed jiġi allokat ammont ta’ EUR 20 miljun għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-awtoritajiet tas-sanità lokali ta’ Sicilia lill-proprjetarji tal-annimali li nqatlu għaliex infettati b’mard infettiv mifrux matul il-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2006, kif ukoll għall-ħlas, għall-istess snin, tal-onorarji dovuti lill-veterinarji li jaħdmu għal rashom li pparteċipaw fil-miżuri ta’ sanitazzjoni. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-ammont allokat għas-sena finanzjarja 2005 jammonta għal EUR 10 miljun (Unità Provviżorja Bażika (UPB) 10.3.1.3.2., Kapitolu 417702). Għas-snin finanzjarji sussegwenti, id-dispożizzjonijiet applikabbli huma dawk tal-Artikolu 3(2)(i) tal-Liġi Reġjonali Nru 10 tas-<DATE ISO="19990427">27 ta’ April 1999</DATE>, kif emendata u kkompletata.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>AU, bidwi li jrabbi l-annimali, talab il-ħlas tal-kumpens previst, inizjalment, mill-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989 u sussegwentement mill-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 għal operaturi fis-settur tat-trobbija tal-annimali li kienu mġiegħla joqtlu l-annimali infettati bil-bruċellożi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>AU talab lill-Giudice unico del Tribunale di Catania (l-Imħallef Uniku tal-Qorti Distrettwali ta’ Catania, l-Italja) sabiex jordna lill-Azienda Sanitaria Provinciale di Catania (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ASPC<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) tħallas EUR 11 930.08 bħala kumpens għall-qatla ta’ annimali affettwati minn mard infettiv. Permezz tal-ordni bin-numru 81/08, il-Giudice unico del Tribunale di Catania (l-Imħallef Uniku tal-Qorti Distrettwali ta’ Catania) laqa’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080421">21 ta’ April 2008</DATE>, l-ASPC talbet lill-Giudice unico del Tribunale di Catania (l-Imħallef Uniku tal-Qorti Distrettwali ta’ Catania) jannulla l-ordni Nru 81/08. Permezz tas-sentenza Nru 2141/2011 tat-3/<DATE ISO="20110608">8 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-Giudice unico del Tribunale di Catania (l-Imħallef Uniku tal-Qorti Distrettwali ta’ Catania) laqa’ din it-talba u annulla l-ordni Nru 81/08.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120723">23 ta’ Lulju 2012</DATE>, AU appella quddiem il-Corte d’appello di Catania (il-Qorti tal-Appell ta’ Catania, l-Italja), u talab li s-sentenza Nru 2141/2011 tiġi annullata. Permezz tas-sentenza Nru 1469/2013 tal-<DATE ISO="20130724">24 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Corte d’appello di Catania (il-Qorti tal-Appell ta’ Catania) laqgħet l-appell u rrevediet is-sentenza Nru 2141/2011, filwaqt li ċaħdet it-talba ta’ ASPC għall-annullament tal-ordni Nru 81/08.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Quddiem il-Corte d’appello di Catania (il-Qorti tal-Appell ta’ Catania), l-ASPC argumentat, b’mod partikolari, li l-kumpens previst fl-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li ma setgħetx tiġi implimentata qabel ma l-Kummissjoni tkun iddikjarat din l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, u hija ma kinitx għamlet dan. Il-Corte d’appello di Catania (il-Qorti tal-Appell ta’ Catania) ċaħdet dan l-argument għar-raġuni, l-ewwel, li b’deċiżjoni<?PAGE NO="4"?> tal-<DATE ISO="20021211">11 ta’ Diċembru 2002</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20021211">11 ta’ Diċembru 2002</DATE> dwar l-Għajnuna mill-Istat NN 37/98 (ex N 808/97) u NN 138/02 – L-Italja (Sicilia) – Għajnuna minħabba mard epiżootiku: Artikolu 11 tal-Liġi Reġjonali Nru 40/1997 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Bidliet fil-karta tal-bilanċ tar-Reġjun u fil-karta tal-bilanċ tal-Aġenzija Statali tal-Foresti għas-sena finanzjarja 1997 – Emenda tal-Artikolu 49 tal-Liġi Reġjonali Nru 30 tas-<DATE ISO="19970807">7 ta’ Awwissu 1997</DATE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (Għajnuna NN 37/98) u Artikolu 7 tal-Liġi Reġjonali Nru 22/1999 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Interventi urġenti għas-settur agrikolu<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (Għajnuna N 138/02) (C(2002) 4786) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>deċiżjoni tal-2002<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</P></NOTE>, il-Kummissjoni kienet evalwat il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-liġijiet reġjonali li, matul is-snin u sal-1997, kienu ffinanzjaw il-miżura prevista permezz tar-regola sostantiva stabbilita fl-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989, jiġifieri l-Artikolu 11 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Legge Regione Sicilia <DATE ISO="19971107">7 novembre 1997</DATE>, n. 40 — Variazioni al bilancio della Regione ed al bilancio dell’Azienda delle foreste demaniali della regione siciliana per l’anno finanziario 1997 — Assestamento. Modifica dell’articolo 49 della legge regionale <DATE ISO="19970807">7 agosto 1997</DATE>, n. 30 (il-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia tas-<DATE ISO="19971107">7 ta’ Novembru 1997</DATE>, Nru 40, li tipprevedi emendi fil-baġit reġjonali u fil-baġit tal-Aġenzija Reġjonali ta’ Sicilia għall-foresti pubbliċi, għas-sena finanzjarja 1997 – Emenda tal-Artikolu 49 tal-Liġi Reġjonali tas-<DATE ISO="19970807">7 ta’ Awwissu 1997</DATE>, Nru 30) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</P></NOTE> u l-Artikolu 7 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 22/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Legge Regione Sicilia <DATE ISO="19990928">28 settembre 1999</DATE>, n. 22 — Interventi urgenti per il settore agricolo (il-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia tat-<DATE ISO="19990928">28 ta’ Settembru 1999</DATE>, Nru 22, li tipprevedi interventi urġenti fis-settur agrikolu) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 22/1999<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</P></NOTE>, u, it-tieni, li l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, f’din id-deċiżjoni, li tali liġijiet reġjonali kienu kompatibbli mas-suq intern kienet estiża għall-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005, li wkoll kienet tiffinanzja l-miżura prevista mill-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140307">7 ta’ Marzu 2014</DATE>, l-ASPC appellat mis-sentenza tal-Corte d’appello di Catania (il-Qorti tal-Appell ta’ Catania) quddiem il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) issospendiet il-proċeduri u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>(1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-[Artikoli 107 u 108 TFUE], kif ukoll tal-[<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="232" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2000">ĠU 2000, C 232, p. 17</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(16) tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005], skont liema ‘għat-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989], u konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 134 tal-Liġi Reġjonali Nru 32 tat-<DATE ISO="20001223">23 ta’ Diċembru 2000</DATE>, qiegħed jiġi allokat ammont ta’ EUR 20 miljun għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-AUSL [Azienda Unità Sanitaria Locale, l-awtoritajiet tas-sanità lokali] ta’ Sqallija lill-proprjetarji tal-annimali li nqatlu għaliex infettati b’mard infettiv mifrux matul il-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2006, kif ukoll għall-ħlas, għall-istess snin, tal-onorarji dovuti lill-veterinarji li jaħdmu għal rashom li pparteċipaw fil-miżuri ta’ qtil [sanitazzjoni]. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-ammont allokat għas-sena finanzjarja 2005 jammonta għal EUR 10 miljun (Unità Provviżorja Bażika (UPB) 10.3.1.3.2., Kapitolu 417702). Għas-snin finanzjarji sussegwenti, id-dispożizzjonijiet applikabbli huma dawk tal-Artikolu 3(2)(i) tal-Liġi Reġjonali Nru 10 tas-<DATE ISO="19990427">27 ta’ April 1999</DATE> kif emendata u kkompletata’, jikkostitwixxu għajnuna mogħtija mill-Istat li toħloq jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produzzjonijiet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Għalkemm id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(16) tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005], skont liema ‘għat-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989], u konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 134 tal-Liġi Reġjonali Nru 32 tat-<DATE ISO="20001223">23 ta’ Diċembru 2000</DATE>, qiegħed jiġi allokat ammont ta’ EUR 20 miljun għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-AUSL [Azienda Unità Sanitaria Locale, l-awtoritajiet tas-sanità lokali] ta’ Sqallija lill-proprjetarji tal-annimali li nqatlu għaliex infettati b’mard infettiv mifrux matul il-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2006, kif ukoll għall-ħlas, għall-istess snin, tal-onorarji dovuti lill-veterinarji li jaħdmu għal rashom li pparteċipaw fil-miżuri ta’ qtil [sanitazzjoni]. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-ammont allokat għas-sena finanzjarja 2005 jammonta għal EUR 10 miljun (Unità Provviżorja Bażika (UPB) 10.3.1.3.2., Kapitolu 417702). Għas-snin finanzjarji sussegwenti, id-dispożizzjonijiet applikabbli huma dawk tal-Artikolu 3(2)(i) tal-Liġi Reġjonali Nru 10 tas-<?PAGE NO="5"?><DATE ISO="19990427">27 ta’ April 1999</DATE> kif emendata u kkompletata’, jistgħu jikkostitwixxu, bħala prinċipju, għajnuna mogħtija mill-Istat li, billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produzzjonijiet, toħloq jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, jista’ madankollu jitqies li dawn huma kompatibbli mal-[Artikoli 107 u 108 TFUE], fid-dawl tar-raġunijiet li wasslu lill-[Kummissjoni], fid-[Deċiżjoni tal-2002], tqis li, peress li l-kundizzjonijiet previsti mil-[Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura] huma ssodisfatti, id-dispożizzjonijiet simili tal-Artikolu 11 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997] u tal-Artikolu 7 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 22/1999] huma kompatibbli mal-[Artikoli 107 u 108 TFUE]?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-ASPC, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Is-seduta ppjanata għat-<DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE> tħassret minħabba l-pandemija Covid-19. Minflok, il-mistoqsijiet għal tweġiba orali li kienu ntbagħtu lill-partijiet qabel is-seduta tbiddlu f’mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub indirizzati lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 62(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Repubblika Taljana ntalbet tagħti tweġiba għal mistoqsijiet addizzjonali. L-ASPC, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni wieġbu għal dawn il-mistoqsijiet fit-termini stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, jekk il-kumpens previst fl-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989 favur il-proprjetarji ta’ annimali maqtula minħabba li kienu affettwati minn ċertu mard infettiv (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kumpens inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) u ffinanzjat mill-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005, jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 għandux jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kompatibbli mal-[Artikoli 107 u 108 TFUE], fid-dawl tar-raġunijiet li wasslu lill-[Kummissjoni], fid-[Deċiżjoni tal-2002], tqis li, […] dispożizzjonijiet simili tal-Artikolu 11 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997] u tal-Artikolu 7 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 22/1999] huma kompatibbli mal-[Artikoli 107 u 108 TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Nosserva li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005, li l-kompatibbiltà tiegħu mal-Artikoli 107 u 108 TFUE hija s-suġġett tal-ewwel u tat-tieni domanda magħmula, ma jiffinanzjax biss il-kumpens inkwistjoni, iżda wkoll l-onorarju mħallas lill-professjonisti veterinarji li jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ sanitazzjoni, li huwa previst fl-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989. Madankollu, it-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċerna biss il-kumpens inkwistjoni, li skont AU huwa dovut lilu. It-tilwima ma tikkonċernax il-ħlas tal-onorarju lill-professjonisti veterinarji. Jiena għalhekk ser neżamina l-kompatibbiltà tal-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 mal-Artikoli 107 u 108 TFUE sa fejn huwa kkonċernat biss il-ħlas lil AU tal-kumpens inkwistjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Kif mitlub mill-Qorti tal-Ġustizzja, f’dawn il-konklużjonijiet ser neżamina biss it-tieni domanda magħmula. Jiena għalhekk ser nassumi, għas-saħħa tal-argument, li l-kumpens inkwistjoni jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti risposta għat-tieni domanda magħmula</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni domanda magħmula hija inammissibbli għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ miżuri ta’ għajnuna mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Jiena nqis li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ skema ta’ għajnuna mas-suq intern, minħabba li tali evalwazzjoni taqa’ fi ħdan il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, bla ħsara għal stħarriġ mill-qrati tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Traghetti del Mediterraneo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑140/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:335">EU:C:2010:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>BVVG</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑39/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:470">EU:C:2015:470</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑385/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1121">EU:C:2019:1121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Madankollu, jien jidhirli li, permezz tat-tieni domanda tagħha, kif riprodotta fil-punt 16 iktar ’il fuq, il-qorti tar-rinviju ma hijiex qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-kumpens inkwistjoni huwiex kompatibbli mas-suq intern. Jiena nenfasizza li dik il-qorti tar-rinviju stess tinnota, fid-digriet tar-rinviju, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ma huwiex fil-kompetenza tal-qorti nazzjonali li tagħti deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà [tal-kumpens inkwistjoni] mas-suq intern, minħabba li dik l-evalwazzjoni […] taqa’ fi ħdan il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-riferiment, fit-tieni domanda, għad-deċiżjoni tal-2002, jidhirli li l-qorti tar-rinviju pjuttost qed tfittex li tivverifika jekk l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 huwiex kopert bid-deċiżjoni tal-2002, bil-konsegwenza li dik il-miżura ma kellhiex tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, u awtorizzata minnha, qabel ma ġiet implimentata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jiena ninnota li, fil-kuntest tas-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat, il-proċedura hija differenti skont jekk l-għajnuna tkunx għajnuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> — li, kif ser jiġi spjegat iktar ’il quddiem, ikun il-każ tal-kumpens inkwistjoni, jekk dan ikun meqjus bħala li huwa kopert mid-deċiżjoni tal-2002 — jew għajnuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ġdida<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Filwaqt li, skont l-Artikolu 108(3) TFUE, għajnuna ġdida għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni fiż-żmien stipulat u ma tistax tiġi implimentata qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni finali mill-Kummissjoni, għajnuna eżistenti tista’, skont l-Artikolu 108(1) TFUE, tkun legalment implimentata sakemm il-Kummissjoni ma tkun ikkonstatat ebda inkompatibbiltà. Għalhekk, fir-rigward tal-għajnuna eżistenti, b’differenza minn għajnuna ġdida, ma hemmx rekwiżit li hija tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>P</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑6/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:525">EU:C:2013:525</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>OTP Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑672/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:185">EU:C:2015:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>DEI vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑590/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:797">EU:C:2016:797</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑74/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:496">EU:C:2017:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Carrefour Hypermarchés <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑510/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:751">EU:C:2018:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>P</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑6/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:69">EU:C:2013:69</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fallimento Traghetti del Mediterraneo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:712">EU:C:2018:712</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jiena jidhirli li, permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi jekk, fid-dawl tal-fatt li dispożizzjonijiet simili ġew awtorizzati preċedentement bid-deċiżjoni tal-2002, l-Artikolu 15(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 jikkostitwixxix għajnuna eżistenti, fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Bil-kontra ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, skont il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tagħti lill-qorti tar-rinviju gwida dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sabiex tgħinha tiddetermina jekk miżura nazzjonali tikkostitwixxix għajnuna eżistenti jew ġdida<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Rittinger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑492/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1019">EU:C:2018:1019</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Jiena nikkonkludi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għat-tieni domanda magħmula.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni tat-tieni domanda magħmula</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Jiena ser neżamina iktar ’il quddiem, l-ewwel, jekk l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 jikkostitwixxix għajnuna eżistenti li, bħala tali, ma hijiex meħtieġa li tiġi nnotifikata qabel ma tiġi implimentata. It-tieni, billi, fil-fehma tiegħi, dan mhuwiex il-każ, jiena ser nivverifika jekk, bħalma jsostni l-Gvern Taljan, dik il-miżura tistax madankollu tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika<?PAGE NO="7"?> skont l-Artikolu 108(3) TFUE għar-raġuni li hija tibbenefika mill-eżenzjoni ġenerali prevista mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Regolament tal-<DATE ISO="20140625">25 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="193" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 193, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, jew jekk, bħalma tissuġġerixxi l-Kummissjoni, dan il-kumpens jistax jiġi eżentat mill-istess rekwiżit għaliex huwa jikkostitwixxi għajnuna <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Regolament tat-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2013">ĠU 2013 L 352, p. 9</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="246" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 246, p. 38</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="246" PAGE.FIRST="41" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 246, p. 41</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 jikkostitwixxi għajnuna eżistenti?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-ASPC issostni li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 ma huwiex kompatibbli mal-Artikoli 107 u 108 TFUE. Skont l-ASPC, dan huwa għaliex, l-ewwel, dik il-miżura ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni; it-tieni, fid-deċiżjoni tal-2002, il-Kummissjoni qieset li miżuri simili kienu ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE; u, it-tielet, id-deċiżjoni tal-2002 hija vinkolanti fuq il-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan isostni li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 għandu jitqies bħala kompatibbli mal-Artikolu 107 u 108 TFUE. Fil-fehma tal-Gvern Taljan, din il-leġiżlazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 702/2014 u għalhekk hija eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) TFUE. Dik il-leġiżlazzjoni għandha titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, fid-dawl tal-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tal-2002, li miżuri simili jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE. Din il-konstatazzjoni għandha tiġi kkonfermata fir-rigward tal-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma tagħmilx sottomissjonijiet rigward il-mertu tat-tieni domanda li hija tqis inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Jiena nqis li l-miżuri evalwati fid-deċiżjoni tal-2002 jikkostitwixxu għajnuna eżistenti iżda li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 huwa bidla f’dawk il-miżuri li ma hijiex ta’ natura purament formali jew amministrattiva, bir-riżultat li għandha titqies bħala għajnuna ġdida u, bħala tali, għandha tiġi nnotifikata qabel l-implimentazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Bħalma ssemma fil-punt 23 iktar ’il fuq, huwa stabbilit li l-klassifikazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat bħala għajnuna eżistenti jew ġdida għandha konsegwenzi importanti f’dak li huwa t-trattament proċedurali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 108(3) TFUE, għajnuna ġdid għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, u għandha tiġi awtorizzata minnha, qabel ma tiġi implimentata. Għajnuna ġdida mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni titqies bħala illegali. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk tali għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq intern u, f’każ li tikkonstata li ma hijiex, hija għandha tordna li din tiġi rkuprata sakemm dan ma jkunx imur kontra prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-Artikolu 1(f) u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999.</P></NOTE>. Il-qrati nazzjonali għandhom jiġbdu l-inferenzi kollha meħtieġa minn ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, b’konformità mal-liġi nazzjonali, kemm rigward il-validità tal-atti li wasslu għall-għoti tal-għajnuna kif ukoll rigward l-irkupru tal-għajnuna finanzjarja mogħtija b’nuqqas ta’ osservanza ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>KlausnerHolz Niedersachsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑505/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:742">EU:C:2015:742</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑385/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1121">EU:C:2019:1121</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Sa fejn jikkonċerna l-għajnuna eżistenti, mill-Artikolu 108(1) TFUE isegwi li, jekk il-Kummissjoni tqis li skema ta’ għajnuna eżistenti ma hijiex, jew ma għadhiex, kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa lill-Istat Membru kkonċernat, bħalma huwa tibdil ta’ din l-iskema jew it-tħassir tagħha. Jekk l-Istat Membru jaċċetta dawn il-proposti, ikun marbut li jimplimentahom. Jekk l-Istat Membru ma jaċċettax il-miżuri proposti, il-Kummissjoni tista’ tagħti bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-Artikoli 17 sa 19 tar-Regolament 659/1999.</P></NOTE>. Minn dan isegwi li għajnuna eżistenti ma teżiġix notifika u li tista’ tiġi implimentata legalment sakemm il-Kummissjoni ma tikkonstatax li hija inkompatibbli mas-suq intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għalkemm il-kunċett ta’ għajnuna eżistenti jissemma fl-Artikolu 108(1) TFUE, ma huwiex iddefinit hemmhekk. Għalhekk ikollha ssir referenza għad-definizzjonijiet li hemm fid-dritt sekondarju, u, b’mod partikolari, għar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 659/1999, għajnuna eżistenti tfisser, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>għajnuna awtorizzata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jiġifieri, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li kienu awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (il-punt (ii) ta’ din id-dispożizzjoni)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Fid-dawl tal-enfasi mill-qorti tar-rinviju fuq id-deċiżjoni tal-2002, jiena ser neżamina biss jekk l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 jikkostitwixxix għajnuna eżistenti fis-sens tal-punt (ii) tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 659/1999. Għaldaqstant, mhux ser neżamina jekk din il-leġiżlazzjoni taqax taħt il-punt (iv) ta’ din id-dispożizzjoni, li jipprovdi li għajnuna għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tinftiehem li hi għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> meta jiskadi t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 10 snin għall-irkupru tagħha mill-Kummissjoni, previst fl-Artikolu 15 tal-istess regolament. Fil-fatt, il-kwistjoni dwar jekk il-kumpens imħallas lil AU jistax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>jinftiehem li huwa għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ma ssemmietx fir-raġunijiet tat-talba għal deċiżjoni preliminari jew fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet. Barra minn hekk u irrispettivament mill-portata li għandha tingħata lill-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 659/1999 meta jiġi invokat quddiem il-qrati nazzjonali (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>ANGED,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑233/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:280">EU:C:2018:280</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Traghetti del Mediterraneo,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑387/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:51">EU:C:2019:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020430">30 ta’ April 2002</DATE>, <NAME.CASE>Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑195/01 u T‑207/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:111">EU:T:2002:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0130">130</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-informazzjoni li tinsab fil-proċess hija insuffiċjenti sabiex jiġi ddeterminat jekk dan il-perijodu skadiex jew le fil-kawża ineżami (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 49 iktar ’il quddiem).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament Nru 659/1999 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>għajnuna ġdida<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kull għajnuna […] li m’hijiex għajnuna eżistenti, li jinkludu tibdil lill-għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Bidliet fl-għajnuna eżistenti huma ddefiniti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Regolament tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3).</P></NOTE> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>xi bidla, minbarra modifikazzjonijiet ta’ natura purament formali jew amministrattiva li ma jistux jeffettwaw l-evalwazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura ta’ l-għajnuna mas-suq [intern]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>It-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 794/2004 jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>żieda fl-estimi [fil-baġit] oriġinali ta’ skema eżistenti ta’ għajnuna sa 20 % m’għandhiex titqies bħala alterazzjoni għall-għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Skont l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament, żidiet fl-estimi [fil-baġit] ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata li jaqbżu l-20 % jikkostitwixxu bidliet li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-miżuri li ġejjin għandhom jitqiesu bħala bidliet fl-għajnuna eżistenti li ma humiex ta’ natura purament formali jew amministrattiva, u li, għalhekk, jikkostitwixxu għajnuna ġdida: l-estensjoni (jew ir-restrizzjoni) tal-lista ta’ benefiċjarji ta’ skema ta’ għajnuna approvata; l-estensjoni tat-tul ta’ din l-iskema; jew (bla ħsara għal-limitu ta’ 20 % imsemmi fil-punt preċedenti) żidiet fil-baġit allokat għall-iskema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara wkoll, fir-rigward tal-ksur ta’ kundizzjoni marbuta mad-dikjarazzjoni ta’ kompatibbiltà tal-Kummissjoni (jiġifieri, ir-rekwiżit li l-applikazzjoni għal għajnuna għal proġett ta’ investiment tipproċedi l-bidu tax-xogħol), is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>HGA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑630/11 P sa C‑633/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:387">EU:C:2013:387</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Sa fejn huma kkonċernati l-benefiċjarji ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset bħala għajnuna ġdida: bidla fil-kriterji użati biex jiġu identifikati dawk eliġibbli għal tnaqqis fit-taxxa tal-enerġija (qabel kienu biss impriżi attivi fil-qasam tal-manifattura tal-merkanzija, imbagħad ukoll dawk li jipprovdu servizzi)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191114">14 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Dilly’s Wellnesshotel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:969">EU:C:2019:969</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>P</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑6/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:525">EU:C:2013:525</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; l-estensjoni għal impriżi f’Venezia u Ghioggia (l-Italja) ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti għall-ħelsien mill-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Mezzogiorno (l-Italja)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081128">28 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Hotel Cipriani <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑254/00, T‑270/00 u T‑277/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:537">EU:T:2008:537</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0361">361</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0362">362</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ikkonfermata fl-appell b’sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Comitato <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Venezia vuole vivere<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑71/09 P, C‑73/09 P u C‑76/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:368">EU:C:2011:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; u r-restrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tal-iskema tat-taxxa applikabbli għal għaqdiet sportivi professjonali (qabel miftuħa għal kwalunkwe għaqda sportiva bħal dawn, imbagħad ristretta biss għall-erba’ għaqdiet sportivi professjonali li kellhom bilanċ finanzjarju pożittiv matul is-sena finanzjarja preċedenti)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Athletic Club vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑679/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:112">EU:T:2019:112</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ir-raġuni għaliex din ir-restrizzjoni tal-portata <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti tqieset li kienet bidla li ma kinitx ta’ natura purament formali jew amministrattiva kienet għaliex hija introduċiet differenzazzjoni fiskali fi ħdan is-settur tal-isport professjonali. Din id-differenzazzjoni seta’ jkollha impatt fuq l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq intern, peress li kienet tipprekludi lill-Gvern Spanjol milli jinvoka b’mod konvinċenti l-għan li jiġu promoss l-isport.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Rigward estensjonijiet ta’ żmien għal skema ta’ għajnuna approvata, wieħed jista’ jirreferi, pereżempju, għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090909">9 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑227/01 sa T‑229/01, T‑265/01, T‑266/01 u T‑270/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:315">EU:T:2009:315</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0232">232</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0234">234</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ikkonfermata fl-appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Permezz ta’ sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Vizcaya <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑471/09 P sa C‑473/09 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:521">EU:C:2011:521</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li biha l-Qorti Ġenerali qieset li l-bidla, l-ewwel, fit-tul tal-krediti tat-taxxa eżistenti, it-tieni, fil-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà għalihom (u, għalhekk, fil-lista ta’ benefiċjarji), u, it-tielet, tal-bażi taxxabbli u tal-perċentwali ta’ dawn il-krediti, kienet tikkostitwixxi għajnuna ġdida. B’mod simili, il-<BR/>Qorti tal-Ġustizzja qieset bħala għajnuna ġdida l-estensjoni ta’ 14‑il xahar tal-applikazzjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku, li rriżultat minn ordni proviżorja ta’ qorti nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>DEI vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑590/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:797">EU:C:2016:797</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131204">4 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑111/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:785">EU:C:2013:785</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Rousse Industry vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑271/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:175">EU:C:2014:175</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Rigward żidiet fil-baġit ta’ skema ta’ għajnuna approvata, għandu jingħad li, skont il-ġurisprudenza, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>baġit ta’ skema ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 794/2004 ma huwiex limitat għall-ammont ta’ għajnuna fil-fatt allokata. Dan il-kunċett, għall-kuntrarju, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għal dispożizzjonijiet baġitarji, jiġifieri, l-ammonti disponibbli għall-korp responsabbli għall-għoti ta’ għajnuna għal dan l-iskop, kif innotifikata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat u approvata mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Carrefour Hypermarchés <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑510/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:751">EU:C:2018:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat dawn il-miżuri li ġejjin bħala li jikkostitwixxu bidliet li ma kinux ta’ natura purament formali jew amministrattiva: żieda fil-baġit allokat lil skema ta’ għajnuna awtorizzata f’ammont li jaqbeż il-50 % (flimkien ma’ estensjoni ta’ sentejn għal din l-iskema)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Todaro Nunziatina &amp; C</NAME.CASE>. (<NO.CASE>C‑138/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:291">EU:C:2010:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; żieda fil-baġit innotifikat għall-iskema ta’ għajnuna awtorizzata, li kien jammonta għal EUR 10 miljun, b’EUR 10 miljun oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110203">3 ta’ Frar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑584/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:26">EU:T:2011:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ikkonfermata fl-appell b’digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑167/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:164">EU:C:2012:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; u żieda fid-dħul mit-taxxi li jiffinanzjaw diversi skemi ta’ għajnuna, meta mqabbel mal-previżjonijiet innotifikati lill-Kummissjoni (ħlief fejn dik iż-żieda baqgħet taħt il-livell minimu ta’ 20 % previst fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 794/2004)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Carrefour Hypermarchés <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑510/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:751">EU:C:2018:751</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’kuntrast, il-bidla fis-sistema għall-finanzjament tax-xandir pubbliku ta’ Stat Membru li tikkonsisti fis-sostituzzjoni ta’ tariffa tax-xandir pagabbli abbażi tal-pussess ta’ apparat li jirċievi x-xandir<?PAGE NO="10"?> b’kontribuzzjoni għax-xandir pagabbli abbażi tal-okkupazzjoni ta’ dar jew ta’ uffiċċju tan-negozju nstabet li ma tikkostitwixxix bidla f’għajnuna eżistenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li s-sostituzzjoni tat-tariffa għax-xandir bil-kontribuzzjoni għax-xandir ma wasslitx għal żieda sostanzjali fil-kumpens rċevut mix-xandara pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Rittinger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑492/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1019">EU:C:2018:1019</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Rigward miżuri li ma ġewx meqjusa bħala għajnuna eżistenti, għandu jsir ukoll riferiment għas-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940809">9 ta’ Awwissu 1994</DATE>, <NAME.CASE>Namur - Les assurances du crédit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑44/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:311">EU:C:1994:311</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li kienet tikkonċerna l-estensjoni tal-qasam ta’ attività ta’ stabbiliment pubbliku li kien jirċievi għajnuna; u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990617">17 ta’ Ġunju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Piaggio</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑295/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:313">EU:C:1999:313</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-sempliċi fatt li l-Kummissjoni ma fetħitx investigazzjoni fir-rigward ta’ miżura tal-Istat għal perijodu relattivament twil ma setax minnu nnifsu jagħti lil din il-miżura n-natura oġġettiva ta’ għajnuna eżistenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, kif issemma fil-punt 11 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fid-deċiżjoni tal-2002, fir-rigward tal-Artikolu 11 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997 jew fir-rigward tal-Artikolu 7 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 22/1999 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>miżuri tal-1997 u tal-1999<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Jiena rrid nispjega li l-għan tal-miżuri tal-1997 u tal-1999 kien il-finanzjament tal-kumpens previst mill-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989. Dawn il-miżuri jagħmlu riferiment espliċitu għal dik id-dispożizzjoni. L-Artikolu 11 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997 awtorizza nfiq f’ammont ta’ 16-il biljun lira Taljana (ITL) għall-ħlas tal-kumpens dovut rigward l-annimali maqtula fl-1993, l-1994, l-1995, l-1996 u l-1997<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>L-Artikolu 11 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>għat-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, qiegħed jiġi awtorizzat infiq ta’ ITL 16-il biljun għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-awtoritajiet lokali tas-sanità f’Sicilia lill-proprjetarji tal-annimali li nqatlu minħabba li kienu infettati bit-tuberkulożi, bil-bruċellożi, bil-lewkożi jew b’mard infettiv ieħor fis-snin 1993, 1994, 1995, 1996 u 1997, kif ukoll għall-ħlas tal-onorarji dovuti lill-professjonisti veterinarji li pparteċipaw fl-attivitajiet ta’ sanitazzjoni matul dawk is-snin<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</P></NOTE>. L-Artikolu 7 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 22/1999 awtorizza nfiq addizzjonali f’ammont ta’ ITL 20 biljun għall-istess skop<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>L-Artikolu 7 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 22/1999 kien jawtorizza, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>għas-sena finanzjarja 1999, infiq ta’ ITL 20 biljun għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</P></NOTE>. Jien nenfasizza li — abbażi tad-dokumenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja — il-miżuri tal-1997 u tal-1999 ma jidhru li kellhom ebda impatt fuq id-dritt għal kumpens, jew fuq il-karatteristiċi ta’ dan il-kumpens, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tal-2002, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri tal-1997 u tal-1999 kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. L-għajnuna kienet, madankollu, kompatibbli mas-suq intern għaliex kienet tissodisfa l-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 11.4.2 sa 11.4.5 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. L-ewwel, skont id-deċiżjoni tal-2002, l-awtoritajiet Taljani sostnew li l-mard li kien is-suġġett tal-miżuri tal-1997 u tal-1999, jiġifieri t-tuberkulożi, il-bruċellożi u l-lewkożi, kienu ta’ tħassib għall-awtoritajiet pubbliċi u li kienu parti minn qafas regolatorju nazzjonali intiż biex jippreveni, jikkontrolla u jeqred tali mard. It-tieni, id-deċiżjoni tal-2002 tgħid li, skont l-awtoritajiet Taljani, il-miżuri tal-1997 u tal-1999 kellhom għanijiet kemm ta’ prevenzjoni kif ukoll ta’ kumpens. It-tielet, din id-deċiżjoni tindika li, dejjem skont l-awtoritajiet Taljani, il-miżuri tal-1997 u tal-1999 kienu kompatibbli mal-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tar-regoli veterinarji tal-Unjoni. Ir-raba’, skont id-deċiżjoni tal-2002, l-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li l-għajnuna mogħtija taħt il-miżuri tal-1997 u tal-1999 kienet se tkopri 50% tal-ħsara mġarrba mill-bdiewa li jrabbu l-annimali, filwaqt li 30 % addizzjonali (fil-każ ta’ annimali bovini) jew 50 % (fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini) kienu se jkunu koperti b’kumpens mogħti taħt miżuri nazzjonali, u mhux reġjonali; għaldaqstant, 80% tal-ħsara mġarrba mill-proprjetarji ta’ annimali bovini u 100% tal-ħsara mġarrba mill-proprjetarji ta’ annimali ovini u kaprini kienu ser ikunu koperti. Id-deċiżjoni tal-2002 tinnota wkoll li, fil-fehma tal-awtoritajiet Taljani, kwalunkwe riskju li jingħata kumpens żejjed seta’ jinqala’ biss fil-każ ta’ annimali ixjeħ ta’ valur ġenetiku baxx. Il-Kummissjoni nnotat, f’dan ir-rigward, li ċertu ammont ta’ kumpens żejjed kien aċċettabbli f’każijiet individwali, fejn dan il-kumpens żejjed kien jirriżulta mir-rekwiżiti tas-sempliċità fl-amministrazzjoni fejn kellhom jiġu pproċessati eluf ta’ applikazzjonijiet individwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Kummissjoni, filwaqt li ddispjaċiha li l-miżuri tal-1997 u tal-1999 ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>L-Artikolu 11 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997 ġie nnotifikat lill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tiegħu, iżda huwa daħal fis-seħħ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2002.</P></NOTE>, ikkonkludiet li dawn kienu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) u, għalhekk, kienu kompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Isegwi li l-miżuri tal-1997 u tal-1999 għandhom jiġu meqjusa bħala skema ta’ għajnuna awtorizzata, u, għalhekk, bħala għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 jikkostitwixxix bidla fil-miżuri tal-1997 u tal-1999 li ma hijiex ta’ natura purament formali jew amministrattiva fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament Nru 659/1999 u tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 794/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Wieħed għandu jiftakar li, skont il-ġurisprudenza, inkwantu derogi mill-prinċipju ġenerali ta’ inkompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern, kif stabbilit fl-Artikolu 107(1) TFUE, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jawtorizzaw skemi ta’ għajnuna għandhom jiġu interpretati b’mod strett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Carrefour Hypermarchés <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑510/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:751">EU:C:2018:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 jikkostitwixxi bidla fl-iskema ta’ għajnuna awtorizzata bid-deċiżjoni tal-2002 li ma hijiex ta’ natura purament formali jew amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Ir-raġuni għal dan hija li l-għan tal-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 huwa li jiġi ffinanzjat il-kumpens previst mill-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989, li għalih huwa jagħmel referenza espliċita. Għal dan il-għan, huwa jawtorizza n-nefqa ta’ EUR 20 miljun fir-rigward tal-annimali maqtula bejn l-2000 u l-2006. Suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju u b’mod simili għall-miżuri tal-1997 u tal-1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-punt 45 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 ma jidhirx li għandu xi impatt fuq id-dritt għall-kumpens inkwistjoni jew fuq kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Isegwi li l-għan tal-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 huwa, l-ewwel, li jipprovdi għal estensjoni tal-kumpens inkwistjoni (li huwa dovut lill-proprjetarji tal-annimali maqtula bejn l-2000 u l-2006; meta l-miżuri tal-1997 u tal-1999 kienu japplikaw biss fir-rigward tal-annimali maqtula bejn l-1993 u l-1997), u, t-tieni, li jżid il-baġit allokat għal dan il-kumpens (b’EUR 20 miljun; meta l-miżuri tal-1997 u tal-1999 awtorizzaw nefqa ta’ ITL 36 biljun, jiġifieri, bejn wieħed u ieħor EUR <FT TYPE="NUMBER">18592448</FT>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Il-konverżjoni f’euro hija skont il-kalkolu magħmul mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-2002 (ara l-p. 4 tagħha).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Iż-żieda fil-baġit allokat għall-iskema ta’ għajnuna, kif riprodotta fid-deċiżjoni tal-2002, tidher għalhekk ’il fuq sew mil-limitu ta’ 20% stabbilit bl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament Nru 794/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Dan huwa minnu anki jekk titqies il-possibbiltà, imsemmija fid-deċiżjoni tal-2002 (ara l-p. 4 tagħha), li tista’ tingħata għajnuna addizzjonali fl-ammonti ta’ ITL <FT TYPE="NUMBER">17637516000</FT> għall-1996 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">9109017</FT>) u ta’ ITL <FT TYPE="NUMBER">19898146000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">10276535</FT>) għall-1997.</P></NOTE>. Dan huwa, ovvjament, suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju. F’każ li din il-qorti kellha tikkonferma li ż żieda taqbeż il-limitu ta’ 20%, dan ikun jimplika li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 ma jikkostitwixxix bidla ta’ natura purament formali jew amministrattiva tal-iskema awtorizzata fid-deċiżjoni tal-2002. Dan ikun iktar u iktar minnu fid-dawl tal-fatt li ż-żieda fil-baġit allokat għall-iskema ta’ għajnuna eżistenti hija kkombinata ma’ estensjoni ta’ sitt snin ta’ din l-iskema. Dan isegwi wkoll mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 41 sa 43 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Barra minn dan, jiena ninnota li miżuri li jixbhu lill-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 u lill-miżuri tal-1997 u tal-1999, jiġifieri, miżuri li l-għan tagħhom kien li jiffinanzjaw il-kumpens stabbilit bl-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989, ġew innotifikati lill-Kummissjoni, li ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjoni fir-rigward tagħhom. Skont l-informazzjoni li hemm fid-deċiżjoni tal-2002<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara l-p. 3 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 tad-deċiżjoni tal-2002.</P></NOTE> – kif ikkonfermat mill-Gvern Taljan bi tweġiba għall-miżuri ta’ organizzazzjoni ta’ proċedura – dan kien il-każ, l-ewwel, tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 5/1993<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Legge Regione Sicilia <DATE ISO="19930105">5 gennaio 1993</DATE>, n. 5 — Rifinanziamento dell’articolo 1 della legge regionale <DATE ISO="19890605">5 giugno 1989</DATE>, n. 12 relativa a <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Interventi per favorire il risanamento ed il reintegro degli allevamenti zootecnici colpiti dalla tubercolosi, dalla brucellosi e da altre malattie infettive e diffusive e contributi alle associazioni degli allevatori<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/> (il-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia tal-<DATE ISO="19930105">5 ta’ Jannar 1993</DATE>, Nru 5, li tiffinanzja mill-ġdid l-Artikolu 1 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989]) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 5/1993<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>). L-Artikolu 1(1) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 5/1993 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>għat-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989], qiegħed jiġi awtorizzat infiq ta’ ITL 9 biljuni għas-sena finanzjarja 1992 u ta’ ITL 1 biljun għas-sena finanzjarja 1993 għall-għoti tal-kumpens li għandu jitħallas lill-proprjetarji tal-annimali li nqatlu fl-1990, fl-1991 u fl-1992 minħabba li ġew infettati bit-tuberkulożi, bil-bruċellożi, bil-lewkożi jew b’mard infettiv ieħor, kif ukoll għall-ħlas tal-onorarji dovuti lill-professjonisti veterinarji li pparteċipaw fl-attivitajiet ta’ sanitazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</P></NOTE>, li awtorizzat nefqa ta’ ITL 10 biljun (bejn wieħed u ieħor EUR 5 miljun), u kienet approvata b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="19930402">2 ta’ April 1993</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="19930402">2 ta’ April 1993</DATE> dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru 125/93 – L-Italja (Sicilia) – Emenda ta’ għajnuna eżistenti (Nru 149/89) permezz ta’ miżura ta’ finanzjament mill-ġdid. Diżinfezzjoni ta’ annimali tal-ifrat u ta’ nagħaġ morda (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="183" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="1993">ĠU 1993 C 183, p. 7</REF.DOC.OJ>). Ir-rata tal-konverżjoni f’euro hija meħuda minn din id-deċiżjoni.</P></NOTE>, u, it-tieni, tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 28/1995<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Legge Regione Sicilia <DATE ISO="19950404">4 aprile 1995</DATE>, n. 28 — Norme per favorire il risanamento e il reintegro degli allevamenti zootecnici colpiti da malattie infettive. Istituzione dell’anagrafe zootecnica. Norme per l’Ente di sviluppo agricolo e per il settore agricolo. Modificheallaleggeregionale <DATE ISO="19860325">25 marzo 1986</DATE>, n. 13 (il-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia tal-<DATE ISO="19950404">4 ta’ April 1995</DATE>, Nru 28, li tistabbilixxi miżuri li jiffaċilitaw is-sanitazzjoni u r-reintegrazzjoni ta’ rziezet li jrabbu l-annimali affettwati minn mard infettuż, li tistabbilixxi r-reġistru għall-popolazzjonijiet tal-annimali, li tistabbilixxi miżuri għall-benefiċċju tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Agrikolu u tas-settur agrikolu, u li temenda l-Liġi Reġjonali tal-<DATE ISO="19860325">25 ta’ Marzu 1986</DATE>, Nru 13) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 28/1995<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>). L-Artikolu 1(1) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 28/1995 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>għat-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-[Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989], qiegħed jiġi awtorizzat infiq ta’ ITL 16-il biljun għas-sena finanzjarja 1995 għall-għoti tal-kumpens li għandu jitħallas lill-proprjetarji tal-annimali li nqatlu fl-1993, fl-1994 u fl-1995 minħabba li ġew infettati bit-tuberkulożi, bil-bruċellożi, bil-lewkożi jew b’mard infettiv ieħor, kif ukoll għall-ħlas tal-onorarji dovuti lill-professjonisti veterinarji li pparteċipaw fl-attivitajiet ta’ sanitazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</P></NOTE>, li awtorizzat nefqa ta’ ITL 16-il biljun (bejn wieħed u ieħor EUR 9.7 miljun) u kienet approvata b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="19950915">15 ta’ Settembru 1995</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19950915">15 ta’ Settembru 1995</DATE> dwar l-Għajnuna mill- N485/A/95 — L-Italja (Sicilia) — Artikoli 1, 2 u 8 tal-Liġi Reġjonali Nru 28/95 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="216" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1997">ĠU 1997 C 216, p. 26</REF.DOC.OJ>). Ir-rata tal-konverżjoni f’euro hija meħuda minn din id-deċiżjoni.</P></NOTE>. Dan isostni l-konklużjoni tiegħi li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005, bħal miżuri oħra ta’ finanzjament, jikkostitwixxi għajnuna ġdida li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel ma tiġi implimentata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ninnota wkoll li l-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989, li jidher li huwa r-regola sostantiva li tipprevedi l-kumpens inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Kif intqal fil-punti 45 u 53 iktar ’il fuq, l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 u l-Artikolu 11 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 40/1997 jirreferu espliċitament għall-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989 iżda ma jibdlux id-dritt għal kumpens jew kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi ta’ dan il-kumpens (kif previst mill-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989).</P></NOTE>, kien huwa stess suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>deċiżjoni tal-1989<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19890714">14 ta’ Lulju 1989</DATE> dwar l-Għajnuna mill-Istat N 149/89 – L-Italja (Sicilia) – Miżuri sabiex jittejbu l-merħliet bit-tuberkulożi u bil-bruċellożi (ara d-Dsatax-il Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni, ippubblikat fl-1990, p. 297).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, jiena nenfasizza li l-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 għandux jitqies bħala bidla ta’ natura purament formali jew amministrattiva għal għajnuna eżistenti għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-deċiżjoni tal-2002, u mhux fid-dawl tad-deċiżjoni tal-1989. Dan għaliex il-bidla tikkonċerna, b’mod partikolari, il-baġit allokat għall-iskema ta’ għajnuna awtorizzata, li kien miżjud f’diversi okkażjonijiet, u l-aħħar żieda kienet is-suġġett tal-awtorizzazzjoni mogħtija bid-deċiżjoni tal-2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Jiena nikkonkludi li miżura nazzjonali, bħall-Artikolu 25(16) tal- Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005, li l-għan waħdieni tagħha huwa li żżid il-baġit allokat għal skema ta’ għajnuna awtorizzata u li tipprovdi għal estensjoni ta’ sitt snin ta’ din l-iskema, jikkostitwixxi bidla ta’ għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament Nru 659/1999, sakemm dik iż-żieda tibqa’ taħt il-limitu ta’ 20% stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 794/2004, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Isegwi li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 kellu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni, u awtorizzat minnha, qabel ma ġie implimentat, b’konformità mal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 ma ġiex innotifikat lill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, kif issemma fil-punt 27 iktar ’il fuq, l-Artikolu 25(6) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 xorta waħda kien ikun eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika kieku, kif isostni l-Gvern Taljan, kien ibbenefika mill-eżenzjoni ġenerali prevista bir-Regolament Nru 702/2014, jew kieku, kif tissuġġerixxi l-Kummissjoni, kien jikkostitwixxi għajnuna <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fis-sens tar-Regolament Nru 1408/2013. Issa ser neżamina jekk dan huwiex il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 huwa eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika skont ir-Regolament Nru 702/2014 jew skont ir-Regolament Nru 1408/2013?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Jiena ninnota li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Taljan sostna li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 702/2014. Fil-fehma tiegħu, dan ir-regolament huwa applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża preżenti abbażi tal-Artikolu 51 tiegħu, u, kif intqal fil-punt 29 iktar ’il fuq, l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 702/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Permezz ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja staqsiet lill-persuni interessati fis-sens tal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jekk ir-Regolament Nru 702/2014 kienx applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għal din il-kawża u jekk l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet, l-ASPC sostniet li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 702/2014, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tiegħu. Fi kwalunkwe każ, din il-leġiżlazzjoni reġjonali ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 702/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan tenna l-pożizzjoni tiegħu kif miġbura fil-qosor fil-punt 61 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni sostniet li r-Regolament Nru 702/2014 kien applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, iżda li ma kienx probabbli li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 kien jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fid-dawl tat-tagħrif limitat li jinsab fil-proċess, miniex f’pożizzjoni li niddetermina jekk il-kundizzjonijiet fir-Regolament Nru 702/2014 humiex issodisfatti f’din il-kawża. Madankollu, ser nipprova nipprovdi xi punti ta’ gwida lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif isostnu l-Gvern Taljan u l-Kummissjoni, ir-Regolament Nru 702/2014 jidher li huwa applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 702/2014 daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20140701">1 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 702/2014.</P></NOTE>, jiġifieri, probabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Mill-proċess ma joħroġx b’mod ċar meta eżattament tħallas il-kumpens inkwistjoni lil AU – jew saħansitra, kif tosserva l-Kummissjoni, jekk dan il-kumpens tħallasx. Madankollu, għas-saħħa tal-argument, ser nassumi li dan il-kumpens tħallas lil AU sa fejn, fl-assenza ta’ tali ħlas, ma jistax jingħad li AU ngħata għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Dan għaliex, skont il-ġurisprudenza, <HT TYPE="ITALIC">fil</HT>-<HT TYPE="ITALIC">każ ta’ skema multiannwali</HT> bħal dik prevista fl-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005, l-għajnuna titqies bħala li ma ngħatatx lill-benefiċjarju sad-data li fiha dan ikun effettivament irċieva l-għajnuna – b’kuntrast mad-data li fiha ġiet adottata l-iskema multiannwali (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>France Télécom vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:811">EU:C:2011:811</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Bizkaia vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑426/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:757">EU:C:2016:757</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>INAIL</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑608/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:865">EU:C:2020:865</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>ARFEA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑720/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:853">EU:T:2018:853</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0171">171</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0187">187</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> wara li l-kumpens inkwistjoni kien tħallas lil AU<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Jista’ jkun li l-kumpens inkwistjoni tħallas lil AU mhux iktar kmieni mill-2008, peress li, fl-2008, il-Giudice unico del Tribunale di Catania (l-Imħallef Uniku tal-Qorti Distrettwali ta’ Catania) laqa’ t-talba ta’ AU għal ordni intiża sabiex l-ASPC tħallas il-kumpens inkwistjoni (ara l-punt 8 iktar ’il fuq).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 702/2014 jgħid li huwa japplika għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, sakemm tali għajnuna individwali tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Għalhekk, sakemm jiġu ssodisfatti tali kundizzjonijiet, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, dan ir-regolament huwa applikabbli għall-kawża ineżami<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191114">14 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Dilly’s Wellnesshotel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:969">EU:C:2019:969</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din is-sentenza tikkonċerna l-Artikolu 58(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 187, p. 1</REF.DOC.OJ>), li, bħall-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 702/2014, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>[d]an ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament […]<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/></P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 702/2014, għajnuna individwali mogħtija taħt skemi ta’ għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern u hija eżenti mir-rekwiżit ta’ notifikazzjoni skont l-Artikolu 108(3) TFUE jekk tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategorija rilevanti ta’ għajnuna fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Rigward il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I tar-Regolament Nru 702/2014, jiena ninnota, b’mod partikolari, li l-ebda wieħed mil-limiti ta’ notifika elenkati fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament ma jidher li japplika; li l-kumpens inkwistjoni jissodisfa r-rekwiżit ta’ trasparenza għaliex jikkonsisti f’għotja (ara l-Artikolu 5(2)(a)); u li, sa fejn huwa intiż bħala kumpens għall-ħsara mġarrba mill-proprjetarji tal-annimali li nqatlu, ma hija meħtieġa ebda prova ta’ effett ta’ inċentiv (ara l-Artikolu 6(5)(d)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Rigward il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 702/2014, il-kategorija relevanti ta’ għajnuna hija dik iddefinita fl-Artikolu 26, li tikkonċerna fost l-oħrajn għajnuna għall-ispejjeż tal-prevenzjoni, kontroll u qerda tal-mard tal-annimali u biex tiġi rrimedjata l-ħsara kkawżata minn dan il-mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>L-ewwel, il-Gvern Taljan isostni, f’dan ir-rigward, li l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 jagħmel parti minn programm nazzjonali għall-prevenzjoni, kontroll jew qerda tal-mard tal-annimali kkonċernati, kif mitlub mill-Artikolu 26(2) tar-Regolament Nru 702/2014. Jiena ninnota li l-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989, id-deċiżjoni tal-2002 u t-tweġiba ta’ ASPC għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja jirreferu għal kumpens ieħor, li huwa previst minn leġiżlazzjoni nazzjonali – mhux reġjonali –, u li jikkumplementa l-kumpens inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>B’mod partikolari, l-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 12/1989 jirreferi għal-legge <DATE ISO="19640609">9 giugno 1964</DATE>, n. 615 — Bonifica sanitaria degli allevamenti dalla tuberculosis e dalla brucellosis (il-Liġi tad-<DATE ISO="19640609">9 ta’ Ġunju 1964</DATE>, Nru 615, dwar is-sanitazzjoni tal-merħliet affettwati mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi), li għaliha tirreferi wkoll l-ASPC.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>It-tieni, il-mard tal-annimali li għalih jingħata kumpens skont l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005, jiġifieri, it-tuberkulożi u l-lewkożi (fil-każ ta’ annimali bovini) u l-bruċellożi (fil-każ ta’ annimali bovini, ovini u kaprini), jissemma fil-lista ta’ mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Din il-lista hija disponibbli fuq is-sit internet tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali.</P></NOTE>, kif mitlub mill-Artikolu 26(4) tar-Regolament Nru 702/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>It-tielet, il-Kummissjoni ssostni li l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 26(6) tar-Regolament Nru 702/2014 li l-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin mid-data li fiha jkunu saru l-ispejjeż jew it-telf ikkawżati mill-mard tal-annimali ma hijiex issodisfatta fil-każ ineżami. F’dan ir-rigward, jiena ninnota li l-kumpens inkwistjoni probabbilment tħallas lil AU mhux iktar kmieni mill-2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 49 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, u li, skont l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-ASPC, kien jikkonċerna annimali maqtula mill-2003 ’l quddiem. Jekk jirriżulta li dan huwa minnu, jista’ jkun li tal-inqas parti mill-kumpens inkwistjoni tħallset lil AU bi ksur tal-Artikolu 26(6) tar-Regolament Nru 702/2014. Dan għandu, mill-ġdid, jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Ir-raba’, l-ASPC targumenta li l-kumpens inkwistjoni ma jissodisfax il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 26(7) u (8) tar-Regolament Nru 702/2014 għaliex, pjuttost milli jkopri spejjeż eliġibbli kif huma mniżżla f’dawn id-dispożizzjonijiet, huwa intiż biss biex jikkumpensa lil bdiewa li jrabbu l-annimali għal ħsara mġarrba. Barra minn dan, fil-fehma tal-ASPC, il-kalkolu tal-kumpens inkwistjoni b’referenza għall-ispeċi, il-ġeneru u l-età tal-annimali ma jissodisfax il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 26(9) tal-istess regolament, li jeżiġi li l-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq il-valur tas-suq tal-annimali maqtula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-argumentazzjoni tal-ASPC ma hijiex konvinċenti. Irrispettivament minn dak li jallega l-Gvern Taljan fis-sens li l-kumpens inkwistjoni jista’ jkun kemm preventiv kif ukoll kumpensatorju, jiena ninnota li l-għajnuna fis-sens tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 702/2014 jista’ jkollha bħala l-uniku għan tagħha l-kumpens lill-bdiewa li jrabbu l-annimali għall-annimali maqtula. Ir-raġuni hija li dik id-dispożizzjoni, skont l-ewwel paragrafu tagħha, tkopri mhux biss għajnuna lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>għall-ispejjeż tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tal-mard tal-annimali iżda wkoll għajnuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/><HT TYPE="ITALIC">bħala kumpens</HT> għal dawn l-impriżi għal telf ikkawżat minn dak il-mard tal-annimali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>. Barra minn hekk, jiena jidhirli li s-seba’, it-tmien u d-disa’ paragrafu tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 702/2014 japplikaw għal miżuri differenti. Filwaqt li l-Artikolu 26(7) jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>miżuri ta’ prevenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, l-Artikolu 26(8) jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>miżuri ta’ kontroll u qerda<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, u l-Artikolu 26(9) japplika għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>għajnuna bħala kumpens għal telf ikkawżat minn mard tal-annimali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Għalhekk, kieku l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 għandu bħala l-uniku għan tiegħu, kif targumenta l-ASPC, il-kumpens lill-bdiewa li jrabbu l-annimali għall-annimali maqtula, il-kumpens mogħti fuq dik il-bażi jkollu jiġi kkalkolat b’mod li jkun konsistenti mal-Artikolu 26(9) tar-Regolament Nru 702/2014, jiġifieri, b’referenza għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>valur tas-suq tal-annimali maqtula<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u għat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>t-telf ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> relatat. F’dan il-każ, l-ispejjeż eliġibbli elenkati fl-Artikolu 26(7) u (8) ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għaliex dawn il-paragrafi japplikaw għal tipi oħra ta’ miżuri ta’ għajnuna. Fl-aħħar nett, ma nistax nara għaliex, kif issostni l-ASPC, l-ispeċi, il-ġeneru u l-età tal-annimali maqtula ma għandhomx jitqiesu bħala fatturi rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur tas-suq tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-ħames, il-qorti tar-rinviju ser ikollha tivverifika jekk, bħalma ssostni l-ASPC, ma kien hemm ebda ammissjoni formali ta’ tifqigħa, kif jeżiġi l-Artikolu 26(10) tar-Regolament Nru 702/2014.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Is-sitta, jiena ninnota li, fid-deċiżjoni tal-2002, il-Kummissjoni wriet klemenza fir-rigward tar-rekwiżit, skont l-Artikolu 26(13) tar-Regolament Nru 702/2014<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Pjuttost, fir-rigward tar-rekwiżit simili li jinsab fil-punt 11.4.5 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 34 iktar ’il fuq), peress li r-Regolament Nru 702/2014 ma kienx ġie adottat meta ttieħdet id-deċiżjoni tal-2002.</P></NOTE>, li l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 26 u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>pagamenti oħrajn imħallsa lill-benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> ikunu limitati għal 100% tal-ispejjeż eliġibbli (f’dan il-każ, 100 % tal-valur tas-suq u telf ta’ dħul relatat). Kif intqal fil-punt 46 iktar ’il fuq, f’dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni aċċettat, għal raġunijiet ta’ sempliċità fl-amministrazzjoni, li jista’ jkun hemm ċertu livell ta’ kumpens żejjed f’każijiet individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk il-qorti tar-rinviju kellha tqis li l-kundizzjonijiet imniżżla fil-Kapitolu I u fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 702/2014 huma ssodisfatti f’din il-kawża, ikun isegwi li l-awtoritajiet Taljani ma kisrux l-Artikolu 108(3) TFUE meta naqsu li jinnotifikaw l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 qabel ma ġie implimentat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, jekk il-qorti tar-rinviju kellha tqis, b’mod partikolari fid-dawl tal-punt 76 iktar ’il fuq, li dawn il-kundizzjonijiet ma humiex issodisfatti, dik il-leġiżlazzjoni tkun ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. Madankollu, kif issemma fil-punt 60 iktar ’il fuq, l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sicilia Nru 19/2005 xorta waħda jkun ġie implimentat b’mod konsistenti ma’ din id-dispożizzjoni jekk, kif issuġġeriet il-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, huwa jikkostitwixxi għajnuna <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fis-sens tar-Regolament Nru 1408/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jiena ninnota li, għalkemm dan ir-regolament daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1408/2013.</P></NOTE>, madankollu jidher li huwa applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> bis-saħħa tal-Artikolu 7(1) tiegħu. Din id-dispożizzjoni, bħall-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 702/2014, tgħid li r-Regolament Nru 1408/2013 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>japplika għal għajnuna li tkun ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament, jekk l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati [fih]<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. F’dan ir-rigward, ir-raġunament użat fir-rigward tar-Regolament Nru 702/2014 jista’ jintuża wkoll fir-rigward tal-Artikolu Nru 1408/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara l-punti 67 sa 69 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/2013, il-miżuri ta’ għajnuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>jitqiesu li ma jissodisfawx il-kriterji fl-Artikolu 107(1) [TFUE] u għaldaqstant ikunu eżentati mill-ħtieġa tan-notifika fl-Artikolu 108(3) [TFUE], jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Il-kumpens mogħti lil AU, li jammonta għal EUR 11 930.08, ma jaqbiżx il-limitu massimu <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1408/2013 (jekk nassumu li, matul perijodu ta’ tliet snin fiskali, AU ma ngħatax għajnuna addizzjonali li, ikkombinata ma’ dik imsemmija hawn fuq, tkun taqbeż il-limitu massimu <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>). Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li l-ammont kumulattiv ta’ għajnuna <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> mogħtija lil impriżi agrikoli fl-Italja ma jaqbiżx il-massimu nazzjonali stabbilit fl-Artikolu 3(3) u fl-anness ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Jiena nikkonkludi li miżura nazzjonali bħalma huwa l-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali Nru 19/2005 jista’ jiġi eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) TFUE, sakemm tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I u fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 702/2014, b’mod partikolari, il-kundizzjoni taħt l-Artikolu 26(6) tiegħu li l-għajnuna titħallas fi żmien erba’ snin mid-data li fiha sar l-infiq jew it-telf ikkawżat mill-mard tal-annimali, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Tali miżura tista’, barra minn hekk, tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1408/2013, u dan ukoll għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti r-risposta segwenti għat-tieni domanda magħmula mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Miżura nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-uniku għan tagħha huwa li żżid il-baġit allokat għal skema ta’ għajnuna awtorizzata u li tipprovdi għal estensjoni ta’ sitt snin ta’ din l-iskema, tikkostitwixxi bidla ta’ għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE], sakemm din iż-żieda ma tibqax taħt il-livell minimu ta’ 20 % stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE], u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Tali miżura tista’ tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) TFUE, sakemm hija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I u fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-<DATE ISO="20140625">25 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 26(6) ta’ dan ir-regolament li l-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin mid-data li fiha sar l-infiq jew it-telf ikkawżat mill-mard tal-annimal, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Din il-miżura tista’, barra minn hekk, tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fis-settur tal-agrikoltura, u dan ukoll għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>