<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-559/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0559</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:667">EU:C:2019:667</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190905">5.9.2019</DATE> – Kawża C‑559/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">TDK-Lambda Germany</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2658/87</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali u tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT></KEYWORD><KEYWORD>Konvertituri statiċi –Kriterji ta’ klassifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Użu essenzjali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑559/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Baden‑Württemberg (il-Qorti tal-Finanzi tal-Land ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">TDK-Lambda Germany GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Lörrach,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. Toader, President ta’ Awla, A. Rosas (Relatur) u L. Bay Larsen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal TDK‑Lambda Germany GmbH, minn U. Reimer u R. Welzel, Steuerberater,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.‑R. Killmann u A. Caeiros, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstemgħet l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tas-subintestatura tariffarja <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382, u r-Rettifiki), fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad‑<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 304, p. 1</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal‑<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="290" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 290, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-Rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="100" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 100, p. 13</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn TDK‑Lambda Germany GmbH u l-Hauptzollamt Lörrach (l-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Lörrach, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>awtorità doganali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja ta’ konvertituri statiċi elettriċi importati minn TDK-Lambda Germany.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-GATT tal-1994 u l-FTI</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ tas-sena 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 91, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>GATT tal‑1994<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u, b’mod partikolari, il-Memorandum ta’ Ftehim dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu II:1(b) tal-GATT tal‑1994 jagħmlu parti mill-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakesh fil‑<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE> u approvat permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat‑<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE> dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Ftehim dwar kummerċ fi prodotti tat-teknoloġija tal-informatika, ikkostitwit mid-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar kummerċ fi prodotti tat-teknoloġija tal-informatika adottat fit‑<DATE ISO="19961213">13 ta’ Diċembru 1996</DATE> waqt l-ewwel konferenza tal-WTO f’Singapor kif ukoll l-annessi u l-appendiċi tagħha (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>FTI<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kif ukoll il-komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu ġew approvati, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/359/KE tal‑<DATE ISO="19970324">24 ta’ Marzu 1997</DATE> li tirrigwarda l-eliminazzjoni ta’ dazji minn fuq prodotti tekonoloġiċi ta’ l-informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 3).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-FTI jippreċiża, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-qasam kummerċjali ta’ kull parti kontraenti għandu jevolvi b’mod li jitjiebu l-possibbiltajiet ta’ aċċess għas-suq għall-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-paragrafu 2 tal-FTI, kull parti kontraenti għandha tikkonsolida u tneħħi d-dazji doganali u d-dazji u ħlasijiet l-oħra ta’ kull natura, fis-sens tal-Artikolu II(1)(b) tal-GATT tal‑1994 għal ċerti prodotti fosthom il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[k]onvertituri statiċi għal magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom u għal apparati ta’ telekomunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2658/87 jipprevedi li l-Kummissjoni Ewropea tadotta kull sena regolament li jinkludi l-verżjoni sħiħa tan-NM u tar-rati awtonomi u konvenzjonali tad-dazji tat-tariffa doganali komuni marbuta magħha, hekk kif tirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-regolament għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux iktar tard mill‑31 ta’ Ottubru u għandu japplika mill‑1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-verżjonijiet tan-NM applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali huma dawk relatati mas-snin 2013 u 2014, maħruġa, rispettivament mir-Regolamenti Nru 927/2012 u Nru 1001/2013. Id-dispożizzjonijiet tan-NM applikabbli għall-kawża prinċipali huma madankollu identiċi f’dawn iż-żewġ verżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-ewwel parti tan-NM, dwar id-dispożizzjonijiet preliminari, tinkludi t-Titolu I, li jirrigwarda r-regoli ġenerali, li t-Taqsima A tiegħu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tipprovdi b’mod partikolari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-intestaturi tat-taqsimiet, tal-kapitoli u tas-subkapitoli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skont it-termini tal-intestaturi u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitolu relattiv u, sakemm dawn l-intestaturi jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subintestaturi ta’ intestatura għandha tkun deċiża skont it-termini ta’ dawk is-subintestaturi u kwalunkwe noti tas-subintestaturi relatati u, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skont ir-regoli ta’ hawn fuq, skont il-kundizzjoni li s-subintestaturi fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitolu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Skeda ta’ dazji tad-dwana<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, tinkludi, t-Taqsima XVI, il-Kapitolu 85 ta’ din in-nomenklatura, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Makkinarju u tagħmir elettriku u partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Dan il-kapitolu jinkludi l-intestatura 8504 tan-NM intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Transformers tal-elettriku, converters statiċi (pereżempju, rectifiers) u inductors<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Is-subintestatura <FT TYPE="CN">850440</FT>, li taqa’ taħt din l-intestatura tan-NM, hija redatta kif ġej:</TXT><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="2"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">850440</FT></CELL><CELL COL="2">– Converters statiċi</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85044030</FT></CELL><CELL COL="2">– – Ta’ tip użat ma’ apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom……………</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– – Oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85044055</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Chargers ta’ akkumulaturi</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– – – Oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85044082</FT></CELL><CELL COL="2">– – – – Rectifiers…………………….</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– – – – Inverters:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85044084</FT></CELL><CELL COL="2">– – – – – B’kapaċità ta’ mmaniġġar ta’ enerġija mhux aktar minn 7,5 kVA……………………………….</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85044088</FT></CELL><CELL COL="2">– – – – – B’kapaċità ta’ mmaniġġar ta’ enerġija aktar minn 7,5 kVA………………………………...</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85044090</FT></CELL><CELL COL="2">– – – – Oħrajn…………………………...</CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bl-eċċezzjoni tal-oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT>, li huma eżentati mid-dazji fuq l-importazzjoni, l-oġġetti kklassifikati fis-subintestaturi l-oħra tal-imsemmija intestatura tan-NM huma suġġetti għar-rati kuntrattwali tad-dazju fuq l-importazzjoni li skont is-subintestatura jvarjaw bejn 3.3 % u 3.7 %.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-noti ta’ spjega għan-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega għan-NM (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="137" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 137, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendati permezz ta’ komunikazzjoni ppubblikata fid‑<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="369" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 369, p. 7</REF.DOC.OJ>), (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>noti ta’ spjega għan-NM<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), kienu jippreċiżaw, fir-rigward tas-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[din l-intestatura tinkludi] konvertituri statiċi għal apparat ta’ telekomunikazzjoni jew għal magni għal proċessar ta’ data awtomatiċi u unitajiet tagħhom, li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ġeneralment ikollhom ċirkuwiti li jistabilizzaw;</P></ITEM><ITEM><P>ikollhom vultaġġ output tipiku ta’, pereżempju, 3,3, 5, 12, 24, 48 jew 60 V.</P></ITEM></LIST></P><P>Konvertituri statiċi jintużaw ma’ apparat tat-telekomunikazzjoni jew ma’ magni awtomatiċi li jipproċessaw id-dejta u ma’ unitajiet tagħhom sabiex jikkonvertu, pereżempju, l-kurrent alternanti (alternating current – AC) li jittieħed mill-provvista tad-elettriku (mains supply) għall-kurrent dirett (direct current – DC) mixtieq.</P><P>Użat ma’ magni ta’ proċessar ta’ data awtomatiċi, hekk imsejjaħ Uninterruptible Power Supply (UPS) jiżgura <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>back-up<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> ta’ enerġija (b’sinjal ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>saħħa tajba<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>) fil-każ ta’ qtugħ ta’ enerġija, b’hekk jippreveni telf ta’ data.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tirrigwarda l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ unitajiet għall-provvista ta’ elettriku stabilizzati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, TDK‑Lambda Germany, hija sussidjarja tal-kumpannija Ġappuniża TDK‑Lambda Corporation, stabbilita f’Tokjo (il-Ġappun). Din il-kumpannija għandha bħala attività l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u s-servizz ta’ wara l-bejgħ ta’ apparati u ta’ komponenti elettroniċi fosthom, b’mod partikolari, dispożittivi ta’ provvista ta’ elettriku. Bejn it‑<DATE ISO="20130402">2 ta’ April 2013</DATE> u l‑<DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali importat f’75 okkażjoni unitajiet għall-provvista ta’ elettriku stabilizzati (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>konvertituri inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) tas-serje HFE, FPS u RFE fl-Unjoni. Fid-dikjarazzjonijiet doganali, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali indikat li l-konvertituri inkwistjoni kellhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM, inkwantu oġġetti provenjenti minn pajjiżi terzi, eżentati mid-dazji doganali. Konformement ma’ dawn id-dikjarazzjonijiet, qabel kollox ma nġabar ebda dazju doganali fuq l-imsemmija importazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-karatteristiċi tekniċi prinċipali rispettivi tal-konvertituri inkwistjoni tas-serje HFE, FPS u RFE huma simili: il-mudell HFE huwa biss l-iktar prodott reċenti u l-iktar żviluppat tas-serje FPS; filwaqt li l-mudell RFE huwa varjant inkorporat, mhux konnettibbli, tas-serje FPS jew HFE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, it-tliet tipi ta’ konvertituri inkwistjoni jittrasformaw il-kurrent alternattiv jew il-kurrent kontinwu ta’ vultaġġi differenti, jiġifieri l-vultaġġ input, f’kurrent kontinwu ta’ vultaġġ ta’ 12‑il volt, ta’ 24 volt, 32 volt jew ta’ 48 volt, jew il-vultaġġ output. Dan l-apparat ikun jiggarantixxi vultaġġ output stabilizzat, inkwantu dan ivarja biss b’mod minimu li jitkejjel bil-millivolt. Barra minn hekk, il-konvertituri inkwistjoni jkunu jippermettu li, anki fil-każ ta’ qtugħ ta’ enerġija – jiġifieri meta jonqos il-vultaġġ input –, vultaġġ output jibqa’ disponibbli għal ċertu żmien. Din hija funzjonalità msemmija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>sinjal ta’ saħħa tajba<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li tippermetti funzjonament imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>back-up<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-konvertituri inkwistjoni forniti mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali lil konsumaturi finali jintużaw, fost affarijiet oħra, fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u tal-ipproċessar tad-data, iżda wkoll fis-setturi tal-kostruzzjoni mekkanika u tat-teknika medika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kontroll doganali magħmul matul is-sena 2015, l-awtorità doganali qieset, fuq il-bażi ta’ informazzjoni f’dan is-sens li tirriżulta mill-Bildungs- und Wissenschaftszentrum der Bundesfinanzverwaltung (iċ-Ċentru ta’ Taħriġ u ta’ Studji Xjentifiċi tal-Amministrazzjoni Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja), li l-konvertituri inkwistjoni, inkwantu unitajiet għall-provvista ta’ elettriku stabilizzat, kienu konvertituri statiċi li ma jistgħux jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[t]a’ tip użat ma’ apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM, b’tali mod li ma jistgħux jitqiesu bħala oġġetti provenjenti minn pajjiżi terzi, eżenti mid-dazji doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-awtorità doganali qieset b’mod partikolari li l-konvertituri inkwistjoni tas-serje HFE li kienu suġġetti għal kontroll kienu intiżi li jintużaw f’apparati użati f’oqsma differenti ta’ applikazzjoni u mhux, prinċipalment, fl-apparati ta’ telekomunikazzjoni u tal-magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni kif ukoll l-unitajiet tagħhom. Għalhekk l-imsemmija awtorità qieset li l-konvertituri inkwistjoni ma kinux jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM, jiġifieri oġġetti provenjenti minn pajjiżi terzi eżenti mid-dazji doganali, iżda mis-subintestatura <FT TYPE="CN">85044090</FT> ta’ din in-nomenklatura, jiġifieri oġġetti provenjenti minn pajjiżi terzi suġġetti għat-tariffa doganali ta’ 3.3 %. L-istess jgħodd għall-konvertituri inkwistjoni fis-serje FPS u RFE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-konstatazzjonijiet magħmula waqt dan il-kontroll, l-awtorità doganali ħarġet, fl‑<DATE ISO="20160210">10 ta’ Frar 2016</DATE>, avviż ta’ rkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ dazji fuq l-importazzjoni għal ammont ta’ EUR 18 935.51 kontra r-rikorrenti fil-kawża prinċipali u, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20160830">30 ta’ Awwissu 2016</DATE>, ċaħdet bħala infondat l-ilment imressaq minn din tal-aħħar kontra dan l-avviż ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara din id-deċiżjoni ta’ ċaħda, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat, fit‑<DATE ISO="20160923">23 ta’ Settembru 2016</DATE>, rikors quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Qorti tal-Finanzi tal-Land ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja), fejn ikkontestat b’mod partikolari l-klassifikazzjoni tariffarja tal-konvertituri inkwistjoni fis-subintestatura <FT TYPE="CN">85044090</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Baden-Württemberg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[In-NM] għandu jiġi interpretat fis-sens li konvertituri statiċi bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ ma għandhomx jiġu kklassifikati fis-subintestatura 8504 4030 [tan-NM] ħlief meta jintużaw prinċipalment ma’ apparati ta’ telekomunikazzjoni jew magni awtomatiċi ta’ pproċessar ta’ data u l-unitajiet tagħhom jew huwa biżżejjed sabiex tiġi ssodisfatta l-karatteristika <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tat-tip użat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> li l-konvertituri statiċi jkunu jistgħu, fid-dawl tal-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, jintużaw, minbarra f’oqsma oħra ta’ użu, ukoll ma’ apparati ta’ telekomunikazzjoni jew magni awtomatiċi ta’ pproċessar ta’ data u l-unitajiet tagħhom?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li, sabiex taqa’ taħtha, ikun biżżejjed li l-konvertituri statiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikunu, minħabba l-karatteristiċi tekniċi u proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kompatibbli ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens ta’ din is-subintestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jeħtieġ li jitfakkar li l-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġetti għandu jinsab, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u fil-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, hekk kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Invamed Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:362">EU:C:2016:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan ir-rigward, in-noti ta’ spjega tan-NM jistgħu jikkostitwixxu għodda importanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-intestaturi tariffarji differenti, mingħajr b’daqshekk ma jkunu ġuridikament vinkolanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>2M‑Locatel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:746">EU:C:2018:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-użu intenzjonat tal-prodott jista’ wkoll jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni bil-kundizzjoni li dan ikun inerenti għall-prodott imsemmi, fejn din in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata fuq il-bażi tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Invamed Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:362">EU:C:2016:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Madankollu, l-użu intenzjonat tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju rilevanti biss sa fejn il-klassifikazzjoni tkun tista’ ssir fuq is-sempliċi bażi tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi ta’ dan il-prodott (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Oniors Bio</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑233/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:305">EU:C:2016:305</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-prodotti taħt intestatura relatata ma’ użu, jiġifieri intestatura li jkollha kriterju ta’ klassifikazzjoni bbażat fuq użu partikolari tal-oġġetti kkonċernati, ma huwiex neċessarju li l-prodott li għandu jiġi kklassifikat ikun unikament u esklużivament intiż għal dan l-użu. Huwa biżżejjed li l-użu msemmi fl-intestatura inkwistjoni jikkostitwixxi l-użu intenzjonat essenzjali ta’ dan il-prodott (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sysmex Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2097">EU:C:2014:2097</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM, jeħtieġ li jiġi osservat li la l-formulazzjoni tagħha u lanqas in-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu ma jispeċifikaw jekk huwiex meħtieġ, sabiex jitqies li konvertitur statiku huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[t]a’ tip użat ma’ apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens ta’ din is-subintestatura, li tali konvertitur jista’, fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, jintuża ma’ prodotti tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok li jiġi enfasizzat li l-formulazzjoni tas-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM tagħmel riferiment ċar għal użu partikolari tal-konvertituri statiċi msemmija fiha, jiġifieri użu mal-apparati ta’ telekomunikazzjoni, il-magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega tan-NM dwar is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> ta’ din in-nomenklatura jikkonfermaw, barra minn hekk, li din tirrigwarda intestatura li għandha kriterju ta’ klassifikazzjoni bbażat fuq użu partikolari tal-oġġetti kkonċernati. Fil-fatt, dawn in-noti jippreċiżaw b’mod partikolari li l-konvertituri statiċi li jaqgħu taħt din is-subintestatura huma intiżi għall-apparati ta’ telekomunikazzjoni jew għall-magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ċertament, dawn in-noti jsemmu wkoll, bħala eżempju, karatteristiċi tekniċi li għandhom ikollhom il-konvertituri statiċi sabiex ikunu jistgħu jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM. Madankollu l-fatt li l-konvertituri jkollhom tali karatteristiċi ġenerali, karattersitiċi li jidhru li għandhom numru kbir ta’ konvertituri statiċi li jaqgħu taħt l-intestatura <FT TYPE="CN">850440</FT> tan-NM, b’ebda mod ma jeskludi l-klassifikazzjoni ta’ tali konvertituri f’subintestatura oħra tas-subintestatura <FT TYPE="CN">850440</FT> ta’ din in-nomenklatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ġie kkonstatat fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, meta l-intestatura tariffarja inkwistjoni tapplika kriterju ta’ klassifikazzjoni bbażat fuq użu partikolari tal-oġġetti kkonċernati, dan il-kriterju jkun ta’ natura determinanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ dawn l-oġġetti f’tali intestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’hekk, fir-rigward ta’ konvertituri statiċi li jistgħu jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM, bħall-konvertituri inkwistjoni, is-sempliċi fatt li dawn ikunu kompatibbli mal-apparati msemmija f’din is-subintestatura jkun suffiċjenti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ dawn il-konvertituri fiha biss jekk l-użu intenzjonat essenzjali ta’ dawn l-aħħar ikun konformi mal-użu msemmi fl-imsemmija subintestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Taħt din il-perspettiva, il-fatt, imsemmi mill-qorti tar-rinviju, li s-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM ma tagħmilx riferiment għall-użu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>esklużiv<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ta’ oġġett mal-apparati ta’ telekomunikazzjoni, il-magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom, huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn naħa, jeħtieġ li jiġi osservat li, fi ħdan l-intestatura <FT TYPE="CN">850440</FT> tan-NM, is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tindika, b’differenza għas-subintestaturi l-oħra ta’ din l-intestatura, konvertituri statiċi intiżi għal użu speċifiku, jiġifieri użu b’apparati ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi dedott mill-assenza ta’ spjegazzjoni dwar l-użu esklużiv jew prinċipali mal-prodotti msemmija fis-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> li kull konvertitur, bħala prinċipju kompatibbli ma’ tali prodotti, ikun jista’ jaqa’ taħt l-imsemmija subintestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hemm lok li jitfakkar li t-testi tad-dritt idderivat, bħan-NM, għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, konformement mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>2M‑Locatel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:746">EU:C:2018:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għal dak li jikkonċerna s-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM, din tirrifletti, hekk kif osservat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, l-impenji sottoskritti mill-Unjoni fl-FTI. B’hekk, l-imsemmija subintestatura għandha tiġi interpretata konformement ma’ dan il-ftehim, u<?PAGE NO="8"?> bl-għan tiegħu li jitjiebu l-possibbiltajiet ta’ aċċess għas-swieq għall-prodotti tat-teknoloġiji tal-informatika. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-paragrafu 2 tal-FTI jipprevedi li kull parti kontraenti għandha tikkonsolida u telimina d-dazji doganali u d-dazji u ħlasijiet l-oħra ta’ kull natura għal ċerti prodotti fosthom il-konvertituri statiċi għal magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom kif ukoll l-apparati ta’ telekomunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kuntest partikolari li fih tidħol is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM, l-interpretazzjoni li din għandha tinftiehem li tinkludi biss il-konvertituri statiċi li l-użu intenzjonat essenzjali tagħhom huwa għal ma’ apparati ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom hija kompatibbli mal-għanijiet li l-FTI jixtieq jikseb.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-konvertituri inkwistjoni huma konvertituri statiċi li, skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom jistgħu jintużaw kemm f’apparati ta’ telekomunikazzjoni jew magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom kif ukoll f’apparati elettriċi oħra, b’mod partikolari stampaturi u apparat mediku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Filwaqt li, b’mod definittiv, hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-klassifikazzjoni tariffarja tal-konvertituri inkwistjoni, mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-imsemmija konvertituri ma jidhrux li għandhom karatteristiċi li jippermettu li jitqies li l-użu intenzjonat essenzjali tagħhom huwa għal ma’ apparati ta’ telekomunikazzjoni jew magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom. Għall-kuntrarju, minn dan il-proċess jirriżulta li l-konvertituri inkwistjoni huma kkonċepiti b’mod li jintużaw f’numru kbir ta’ magni differenti, b’tali mod li l-klassifikazzjoni tagħhom fis-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM, tidher li hija, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, eskluża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li s-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li l-konvertituri statiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jiġu kklassifikati taħt l-imsemmija subintestatura biss jekk l-użu intenzjonat essenzjali tagħhom ikun għal ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens ta’ din is-subintestatura, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Is-subintestatura <FT TYPE="CN">85044030</FT> ta-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat <DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad‑<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE>, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal‑<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-konvertituri statiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jiġu kklassifikati taħt l-imsemmija subintestatura biss jekk l-użu intenzjonat essenzjali tagħhom ikun għal ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens ta’ din is-subintestatura, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>