<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1201333101.case.xml"><NO.CASE>C-409/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0409</NO.CELEX><NO.SEQ>0021.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-13354</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-13376</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20111215">15.12.2011</DATE> — KAWŻA C-409/10</LEFT><RIGHT>AFASIA KNITS DEUTSCHLAND</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-409/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20100816">16 ta’ Awwissu 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Hamburg-Hafen</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Afasia Knits Deutschland GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President ta’ Awla, M. Safjan, M. Ilešič (Relatur), E. Levits u M. Berger, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-13355"?><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Afasia Knits Deutschland GmbH, minn H. von Zanthier u M. Stawska-Höbel, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Albenzio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Bordes u B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal- <DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-13356"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Protokoll I tal-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-<DATE ISO="20000623">23 ta’ Ġunju 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 35, p. 3), u approvat f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/159/KE, tad-<DATE ISO="20021219">19 ta’ Diċembru 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 46, p. 121, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ftehim ta’ Cotonou<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll l-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol 4, p. 307) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20001116">16 ta’ Novembru 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ talba bejn il-Hauptzollamt Hamburg-Hafen (uffiċċju prinċipali tad-dwana tal-port ta’ Hamburg, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Hauptzollamt<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Afasia Knits Deutschland GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Afasia<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar dazji fuq l-importazzjoni mħallsa <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> minn din il-kumpannija minħabba l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ tessuti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-13357"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim ta’ Cotonou</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Ftehim ta’ Cotonou daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20030401">1 ta’ April 2003</DATE>. Madankollu, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE Nru 1/2000, tas-<DATE ISO="20000727">27 ta’ Lulju 2000</DATE>, dwar miżuri tranżitorji applikabbli mit-<DATE ISO="20000802">2 ta’ Awwissu 2000</DATE> sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2000">ĠU L 195, p. 46</REF.DOC.OJ>), tal-<DATE ISO="20020531">31 ta’ Mejju 2002</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="150" PAGE.FIRST="55" DATE.PUB="2002">ĠU L 150, p. 55</REF.DOC.OJ>), dan il-ftehim huwa s-suġġett ta’ applikazzjoni minn qabel mit-<DATE ISO="20000802">2 ta’ Awwissu 2000</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Ftehim li jemenda ġie iffirmat fil-Lussemburg fil-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE> u daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, Fl-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/648/UE, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda, għat-tieni darba, l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-<DATE ISO="20000623">23 ta’ Ġunju 2000</DATE>, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU L 287, p. 1</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti tal-kawża prinċipli, din tal-aħħar tibqa’ rregolata bir-regoli stabbiliti fil-verżjoni inizjali tal-Ftehim ta’ Cotonou.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 100 tal-Ftehim ta’ Cotonou, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[i]l-Protokolli u l-Annessi mehmuża ma’ dan il-Ftehim għandhom jagħmlu parti integrali minnu. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness V tal-Ftehim ta’ Cotonou, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ir-Reġim tal-Kummerċ applikabbli matul il-perjodu preparatorju referut fl-Artikolu 37(1)<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jistabbilixxi fl-Artikolu 1 tiegħu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[p]rodotti li joriġinaw mill-Istati AKP għandhom ikunu mportati fil-Komunità ħielsa mid-dazji doganali u mill-imposti li jkollhom effett ekwivalenti.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP><?PAGE NO="I-13358"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Protokoll 1 tal-imsemmi Anness V, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>prodotti oriġinanti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u għall-metodu ta’ kooperazzjoni amministrattiva (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Protokoll 1<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), jipprovdi fl-Artikolu 2(1):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet [...] ta’ l-ANNESS V, il-prodotti li ġejjin għandhom ikunu meqjusa bħala oriġinanti fl-Istati AKP:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prodotti akkwistati totalment fl-Istati AKP fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-prodotti akkwistati fl-Istati AKP li jkun fihom materjali li ma jkunux totalment akkwistati hemmhekk, basta li l-imsemmija materjali jkun għaddew minn xogħol u proċessar suffiċjenti fl-Istati AKP fil-qofol [fis-sens] tat-tifsira ta’ l-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>It-Titolu IV tal-Protokoll I, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Prova ta’ l-oriġini<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jinkludi b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Prodotti oriġinanti fl-Istati AKP għandhom, ma’ l-importazzjoni fil-Komunità jibbenefikaw mill-Anness V mal-preżentazzjoni tagħhom ta’ jew:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ċertifikat ta’ moviment EUR. 1” [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-13359"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-imsemmi protokoll jipprovdi li ċ-ċertifikat EUR. 1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istat tal-esportazzjoni. Skont il-paragrafu 3 tal-istess artikolu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[l]-esportatur li japplika għall-ħruġ ta’ [ċertifikat EUR. 1] għandu jkun ippreprat li fi kwalunkwe waqt jippreżenta, mat-talba ta’ l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni ta’ minn fejn iċ-ċertifikat [...] ikun maħruġ, d-dokumenti xierqa kollha sabiex jagħti prova ta’ l-istatus ta’ l-oriġini tal-prodotti kkonċernati […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28(1) tal-istess protokoll, l-imsemmi esportatur għandu jżomm għal tliet snin id-dokumenti msemmija fl-imsemmi Artikolu 15(3).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>It-Titolu V tal-Protokoll I, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Arranġamenti għall-kooperazzjoni amminstrattiva<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jinkludi b’mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 ta’ dan il-protokoll, bit-titoli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Għajnuna reċiproka<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-verifika tal-prova ta’ l-oriġini<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-imsemmi Artikolu 31 jipprovdi fl-ewwel subparagrafu tal-paragarafi 1 u 2:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati AKP għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri użati, flimkien ma’ l-indirizzi ta’ l-awtoritajiet doganali kompetenti li joħroġu ċ-[ċertifikati EUR. 1], sabiex iwettqu l-verifika sussegwenti taċ-[ċertifikati EUR. 1] u tad-dikjarazzjonijiet tal-fattura.</P><P>Iċ-[ċertifikati EUR. 1] u d-dikjarazzjonijiet tal-fattura għandhom ikunu aċċettati għall-iskopijiet li jkun applikat it-trattament preferenzjali mid-data ta’ meta l-informazzjoni tkun waslet għand il-Kummissjoni.</P><?PAGE NO="I-13360"?><P>Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan il-Protokoll, il-Komunità [...] u l-Istati AKP għandhom jgħinu ’l xulxin, permezz ta’ l-amministrazzjonijiet doganali kompetenti, fil-verifika ta’ l-awtentiċità taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR. 1, tad-dikjarazzjonijiet tal-fattura jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur u dwar il-korrettezza ta’ l-informazzjoni mogħtija f’dawn id-dokumenti..<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tal-Protokoll 1 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-verifika sussegwenti [<HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>] tal-provi ta’ l-oriġini għandhom ikunu mwettqa b’għażla każwali jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ l-importazzjoni jkollu dubbji serji dwar l-awtentiċità ta’ tali dokumenti, l-istatus ta’ l-oriġini tal-prodotti ikkonċernati jew tat-twettieq tal-ħtiġiet l-oħrajn ta’ dan il-Protokoll.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ l-importazzjoni għandhom jibgħatu lura iċ-ċertifikat ta’ moviment EUR. 1, u tal-fattura, jekk din tkun ġiet ippreżentata, id-dikjarazzjoni tal-fattura, jew ta’ kopja ta’ dawn id-dokumenti, lejn l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni li jagħti, meta xieraq, ir-raġunijiet għall-inkjesta. Kwalunkwe dokumenti u informazzjoni hekk akkwistati li tissuġġerixxi li l-informazzjoni mogħtija dwar il-prova [ta’] l-oriġini ma tkunx korretta għandhom ikunu mgħoddija bħala appoġġ tat-talba għall-verifika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-verifika għandha tkun imwettqa mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni. Għal dan l-iskop, huma għandhom id-dritt li jitolbu għal kwalunkwe evidenza u li jwettqu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet ta’ l-esportatur jew kwalunkwe verifika oħra li huma jqisu li tkun xierqa.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="I-13361"?><PARAG IDENTIFIER="032.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali li jitolbu għall-verifika għandhom ikunu informati bir-riżultati ta’ din il-verifika malajr kemm jista’ jkun possibbli. Dawn ir-riżultati għandhom jindikaw kjarament jekk id-dokumenti humiex awtentiċi u jekk il-prodotti ikkonċernati jistgħux ikunu meqjusa bħala prodotti oriġinanti fl-Istati AKP [...] u li jkunu jwettqu il-ħtiġiet l-oħrajn ta’ dan il-Protokoll.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="032.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-proċedura tal-verifika jew xi informazzjoni oħra disponibbli tidher li tindika li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll ikunu ġew miksura, l-Istat AKP bl-inizjattiva tiegħu stess, jew mat-talba tal-Komunità, għandu jwettaq inkjesti xierqa jew jirranġa għal tali inkjesti li jkunu mwettqa bl-urġenza meħtieġa sabiex jidentifika u jipprevjeni tali kontravenzjonijiet u għal dan l-iskop l-Istat AKP ikkonċernat jista’ jistieden il-parteċipazzjoni tal-Komunità f’dawn l-inkjesti.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Doganali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kodiċi Doganali tħassar bir-Regolament (KE) Nru 450/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>), li ċerti dispożizzjonijiet tiegħu saru applikabbli mill-<DATE ISO="20080624">24 ta’ Ġunju 2008</DATE>. Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, din tal-aħħar tibqa’ rregolata bir-regoli stabbiliti fil-Kodiċi Doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-verżjoni applikabbli għall-kawża prinċipali, l-Artikolu 220(1) tal-Kodiċi Doganali jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[f]ejn l-ammont ta’ dazju li jirrizulta minn dejn doganali ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet [...] jew iddaħħal fil-kontijiet f’livell anqas mill-ammont legalment dovut, l-ammont ta’ dazju li għandu jiġi rkuprat jew li jibqa’ biex jiġi rkuprat għandu<?PAGE NO="I-13362"?> jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien jumejn mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jsiru jafu bis-sitwazzjoni u jkunu f’pożizzjoni li jikkalkolaw l-ammont legalment dovut u jistabbilixxu d-debitur (daħla sussegwenti fil-kontijiet) […]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Madankollu, l-paragrafu 2 tal-imsemmi Artikolu 220 jipprovdi għal eċċezzjonijiet għad-daħliet sussegwenti fil-kontijiet. Huwa miktub b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[…] daħliet sussegwenti fil-kontijiet m’għandhomx isiru fejn:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ammont ta’ dazju li ried jitħallas legalment ma ġiex imdaħħal fil-kontijiet minħabba żball min-naħa ta’ l-awtoritajiet tad-dwana li ma satax raġjonevolment jiġi notat mill-persuna resposabbli għall-pagament, u li din ta’ l-aħħar min-naħa tagħha tkun aġixxiet in <HT TYPE="ITALIC">bona fede</HT> u tkun ħarset id-dispożizzjonijiet kollha preskritti fil-liġijiet fis-seħħ fir-rigward ta’ dikjarazzjoni tad-dwana.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fejn l-istatus preferenzjali ta’ l-oġġetti huwa stabbilit fuq il-bażi ta’ koperazzjoni amministrattiva li tinvolvi lill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz, il-ħruġ ta’ ċertifikat minn dawn l-awtoritajiet, jekk jiġi pruvat li hu inkorrett, għandu jikkostitwixxi żball li ma satax raġjonevolment ikun notat fit-tifsira ta’ l-ewwel sotto-paragrafu.</P><?PAGE NO="I-13363"?><P>Il-ħruġ ta’ ċertifikat żbaljat ma għandux, iżda, jikkostitwixxi żball fejn iċ-ċertifikat ikun bażat fuq tagħrif inkorrett tal-fatti provvdut mill-esportatur, minbarra fejn, partikolarment, jidher biċ-ċar illi l-awtoritajiet tal-ħruġ kienu konxji jew kellhom ikunu konxji li l-oġġetti ma ssodisfawx il-kondizzjonijiet preskritti għad-dritt ta’ trattament preferenzjali.</P><P>Il-persuna responsabli għal dan tista’ ġġib il-<HT TYPE="ITALIC">bona fede</HT> tagħha bħala turija illi, matul il-perijodu taż-żmien ta’ l-operati msemmija tan-negozju tagħha, ħadet il-kura mistħoqqa sabiex tiżgura illi ġew imwettqa l-kondizzjonijiet kollha tat-trattament preferenzjali.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Afasia tifforma parti minn grupp ta’ kumpanniji li jikkummerċjalizzaw tessuti. Dan il-grupp għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f’Ħong Kong (iċ-Ċina) u, waqqaf b’mod partikolari impriżi fil-Ġamajka.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Matul is-sena 2002, Afasia talbet it-tqegħid għal-libera ċirkulazzjoni fl-Unjoni ta’ diversi kunsinni ta’ tessuti mill-kumpannija ARH Enterprises Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ARH<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), li hija waħda mill-impriżi Ġamajkani li tappartjeni għall-imsemmi grupp.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Afasia kisbet it-tqegħid għal-libera ċirkulazzjoni abbażi tad-dikjarazzjoni li l-pajjiż ta’ oriġini tal-imsemmija merkanzija kien il-Ġamajka u minħabba l-preżentazzjoni ta’ cerfikati EUR. 1 maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana Ġamajkani li jiċċertifikaw l-imsemmija oriġini.</TXT></NP><?PAGE NO="I-13364"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ missjoni mwettqa fil-Ġamajka matul ix-xahar ta’ Marzu 2005 mill-Kummissjoni, u iktar speċifikament mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), fuq stedina tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u tal-Kummerċ Internazzjonali, minħabba suspetti ta’ irregolaritajiet, iċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa matul il-perijodu mill-2002 sal-2004 ġew ivverifikati. Ir-riżultati ta’ din il-missjoni kienu formalment iddokumentati f’rapport datata t-<DATE ISO="20050323">23 ta’ Marzu 2005</DATE>, redatt fuq karti bit-timbru tal-Kummissjoni. Dan ir-rapport kien iffirmat mill-persuni li pparteċipaw għall-missjoni, kif ukoll, f’isem il-Ġamajka, mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u tal-Kummerċ Internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-imsemmi rapport jiċċertifika li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-esportaturi Ġamajkani, inkluża ARH, kienu kisru d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Cotonou, peress li l-parti l-kbira jew il-prodotti kollha esportati lejn l-Unjoni kienu mmanifatturati minn elementi kompleti miċ-Ċina jew kienu tessuti kompleti li joriġinaw miċ-Ċina;</P></ITEM><ITEM><P>madankollu huwa possibbli li ċerta merkanzija esportata tista’ tkun mill-Ġamajka, madankollu l-esportaturi kkonċernati ma kinux f’pożizzjoni li jipproduċu provi f’dan is-sens lill-investigaturi;</P></ITEM><ITEM><P>l-esportaturi Ġamajkani għamlu dikjarazzjonijiet foloz fuq l-oriġini tal-merkanzija fit-talba tagħha għal ħruġ ta’ ċertifikati EUR. 1. Kien diffiċli għall-awtoritajiet Ġamajkani li jiskopru n-natura falza tad-dikjarazzjonijiet minħabba l-mod professjonali li bih l-oriġini tal-merkanżija nħbiet. Dawn l-awtoritajiet aġixxew għaldaqstant, min-naħa tagħhom, b’mod diliġenti u <HT TYPE="ITALIC">in bona fide,</HT> u</P></ITEM><?PAGE NO="I-13365"?><ITEM><P>l-awtoritajiet doganali Ġamajkani kkonkludew li ċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa mill-2002 huma ineżatti u, konsegwentement, nulli.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, waqt l-investigazzjoni, min-naħa tal-proprjetarji ta’ ARH u tal-grupp Afasia u tal-fatt li ebda dokument ma seta’ jinstab waqt żjara fil-ħwienet tax-xogħol ta’ ARH, ir-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fil-punt preċedenti kienu bbażati, b’mod partikolari, fuq eżami tad-dokumenti ta’ trasport u tad-dokumenti fil-pussess tal-awtoritajiet Ġamajkani dwar il-kunsinni ta’ merkanzija esportata, kif ukoll fuq paragun ta’ data li tinsab f’dawn id-dokumenti ma’ dik li tinsab fid-dokumenti mibgħuta lill-investigaturi mill-awtoritajiet doganali Ċiniżi. Mill-imsemmi eżami u minn dan il-paragun jirriżulta li l-parti l-kbira tal-merkanzija li tappartjeni għall-imsemmija kunsinni ma setgħetx tkun immanifatturata fil-Ġamajka iżda kienet immontata minn elementi ta’ tessuti kompleti miċ-Ċina jew kienet tikkonsisti minn tessuti kompleti ta’ oriġini Ċiniża.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20050503">3 ta’ Mejju 2005</DATE>, il-Hauptzollamt ipproċeda għall-irkupru tad-dazji doganali fuq il-kunsinni ta’ tessuti kkonċernati għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">62323,45</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Afasia kkontestat din id-deċiżjoni billi sostniet li kien sar impossibli li jiġu prodotti provi tal-oriġini Ġamajkana tal-merkanzija minħabba l-qerda, minn uragan fl-2004, tal-ħwienet ta’ xogħol ta’ manifattura stabbiliti fil-Ġamajka. Barra minn hekk, iċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa inizjalment mill-awtoritajiet Ġamajkani jibqgħu dejjem validai, peress li ma kinux debitament annullati minn dawn l-awtoritajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li l-Hauptzollamt baqa’ jsostni d-deċiżjoni tiegħu, Afasia ressqet il-kawża quddiem il-Finanzgericht Hamburg (Tribunal Fiskali ta’ Hamburg). Dan tal-aħħar laqa’ l-appell, għar-raġuni li, kuntrarjament għar-rekwiżiti tal-Ftehim ta’ Cotonou,<?PAGE NO="I-13366"?> il-konstatazzjonijiet li waslu għall-irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dazji fuq l-importazzjoni ma kinux bbażati fuq talba għal verifika indirizzata lill-awtoritajiet doganali Ġamajkani jew fuq investigazzjoni mmexxija minnhom, iżda fuq investigazzjoni mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni. Iċ-ċertifikati EUR. 1 li jirrigwardaw il-kunsinni ta’ tessuti kkonċernati ma kinux, konsegwentement, validament annullati. Barra minn hekk, din il-qorti kkonstatat li Afasia kellha aspettativi leġittimi li l-importazzjoni tal-imsemmija kunsinna ta’ merkanzija kienet legali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Hauptzollamt appella fuq punt ta’ liġi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Revision<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) quddiem il-Bundesfinanzhof (Qorti Federali tal-Finanzi) li, peress li kellu dubji fuq il-fondatezza tal-evalwazzjonijiet tal-Finanzgericht Hamburg, issospenda l-proċeduri quddiemi u għamel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari lil ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1)</NO.P><TXT>Huwa kompatibbli mal-Artikolu 32 tal-[Protokoll 1] li l-Kummissjoni Ewropea essenzjalment tinkariga ruħha, anki jekk bis-sostenn tal-awtoritajiet lokali, li twettaq il-kontroll [verifika] <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-provi tal-oriġini li ngħataw fil-pajjiż ta’ esportazzjoni, u [jkun] jikkostitwixxi riżultat ta’ kontroll [verifika], fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jekk ir-riżultati ta’ kontroll tal-[verifika miksuba mill-]Kummissjoni hekk miksuba huma rreġistrati fi protokoll [rapport] iffirmat ukoll minn rappreżentant tal-gvern tal-pajjiż tal-esportazzjoni?</TXT><P>Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn iċ-[ċertifikati EUR. 1] maħruġa mill-pajjiż tal-esportazzjoni matul ċertu perijodu ġew annullati peress li l-oriġini tal-merkanzija ma setgħatx tiġi kkonfermata wara kontroll [verifika] <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> anki jekk madankollu ma jistax jiġi eskluż li ċerta merkanzija esportata tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-oriġini, il-persuna taxxabbli tista’, abbażi tat-tieni u t-tielet<?PAGE NO="I-13367"?> subparagrafi tal-Artikolu 220(2)(b) tal-[Kodiċi Doganali] tinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni ta[l-aspettattivi leġittimi] billi ssostni li ċ-[ċertifikati EUR. 1] li ġew ippreżentati fil-każ tagħha setgħu kienu korretti u li għalhekk kienu bbażati fuq preżentazzjoni korretta tal-fatti mill-esportatur?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 32 tal-Protokoll 1 għandux jiġi interpretat fis-sens li r-riżultati tal-verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> taċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa minn Stat AKP jorbtux lill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn il-merkanzija msemmija fiċ-ċertifikati ġiet importata, meta din il-verifika kienet, essenzjalment, ikkonsistiet f’investigazzjoni mmexxija f’dan l-Istat AKP, mill-Kummissjoni u li l-imsemmija riżultati ntbagħtu lill-imsemmija awtoritajiet permezz ta’ rapport iffirmat konġuntement minn rappreżentant tal-imsemmi Stat AKP.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva stabbilita minn protokoll li jistabbilixxi, f’anness ma’ ftehim konkluż bejn l-Unjoni u Stat terz, regoli li jikkonċernaw l-oriġini ta’ prodotti tibbaża fuq fiduċja f’xulxin bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri ta’ importazzjoni u dawk tal-Istat ta’ esportazzjoni (sentenzi tad-<DATE ISO="20060209">9 ta’ Frar 2006</DATE>, Sfakianakis, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-23/04+C-24/04+C-25/04" PAGE.ECR="I-1265" YEAR="2006">C-23/04 sa C-25/04, Ġabra p. I-1265</REF.DOC.ECR>, punt 21, u tal-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/08" PAGE.ECR="I-6457" YEAR="2010">C-442/08, Ġabra p. I-6457</REF.DOC.ECR>, punt 70).</TXT></NP><?PAGE NO="I-13368"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tal-verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> taċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa mill-Istat ta’ esportazzjoni, il-konklużjonijiet li waslu għalihom l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat jorbtu lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ importazzjoni. Fil-fatt, il-kooperazzjoni stabbilta minn protokoll dwar l-oriġini ta’ prodotti tista’ tiffunzjona biss jekk l-Istat ta’ importazzjoni jirrikonoxxi l-evalwazzjonijiet magħmula legalment dwar dan is-suġġett mill-Istat ta’ esportazzjoni (sentenzi tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, Pascoal &amp; Filhos, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-97/95" PAGE.ECR="I-4209" YEAR="1997">C-97/95, Ġabra p. I-4209</REF.DOC.ECR>, punt 33; Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq, punti 72 u 73, kif ukoll tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, Brita, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/08" PAGE.ECR="I-1289" YEAR="2010">C-386/08, Ġabra p. I-1289</REF.DOC.ECR>, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, ir-riżultati ta’ verifika mwettqa <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> jikkostitwixxux evalwazzjonijiet magħmula legalment mill-Istati ta’ esportazzjoni u għaldaqstant jorbtux lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ importazzjoni, għandu jiġi rrilevat l-ewwel nett li, kuntrarjament għal dak li ssostni Afasia, vertifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> taċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa minn Stat AKP tista’ titwettaq fin-nuqqas ta’ talba mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ importazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, minbarra r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 32(1) sa (6) tal-Protokoll 1, il-paragrafu 7 ta’ dan l-artikolu jipprovdi li l-Istat AKP ta’ esportazzjoni jwettaq, fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba tal-Unjoni, l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex jidentifika jew jipprevjeni ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-protokoll.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kif enfasizzaw fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom il-Gvern Ċek u dak Taljan kif ukoll il-Kummissjoni, u kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 23 tal-konklużjonijiet tiegħu, verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> għandha ssir mhux biss fuq talba tal-Istat ta’ importazzjoni imma wkoll, b’mod ġenerali, meta, skont wieħed mill-Istati parti mill-ftehim jew skont il-Kummissjoni, li, skont l-Artikolu 211 KE, għandha l-obbligu li tissorvelja l-applikazzjoni korretta tal-ftehim, jeżistu indizji ta’ natura li jqajmu dubju ta’ irregolarità dwar l-oriġini tal-merkanzija importata (ara, b’analoġija, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Sfakianakis, punti 30 u 31, kif ukoll Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, punt 82).</TXT></NP><?PAGE NO="I-13369"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 32(7) tal-Protokoll 1 jippermetti lill-Istat AKP ta’ esportazzjoni li jistieden lill-Unjoni sabiex tipparteċipa fl-investigazzjonijiet. F’din il-kawża, ma huwiex ikkontestat li l-missjoni ta’ investigazzjoni mmexxija minn OLAF twettqet, kif jiċċertifika r-rapport ta’ din il-missjoni, fuq stedina tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u tal-Kummerċ Internazzjonali Ġamajkan. F’dawn il-kundizzjonijiet, kuntrarjament għal dak li ssostni Afasia, l-investigazzjoni mmexxija minn OLAF fit-territorju tal-Ġamajka ma tistax titqies bħala interferenza fl-affarijiet interni tal-imsemmi Stat u ma tikkostitwixxix għaldaqstant ksur tas-sovranità ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-mod kif l-Unjoni għandha tipparteċipa fl-investigazzjonijiet fl-Istat AKP ta’ esportazzjoni ma huwiex speċifikat la fil-Protokoll 1 u lanqas f’atti oħrajn tal-Ftehim ta’ Cotonou. Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi u fid-dawl tal-għanijiet ta’ applikazzjoni korretta tal-imsemmi ftehim u ta’ kooperazzjoni amministrattiva tajba, għandu jitqies li l-Artikolu 32(7) ta’ dan il-protokoll jippermetti lill-Istat AKP, jekk huma jkun jixtiequ dan jew jaċċetaw proposta tal-Unjoni f’dan is-sens, li jibbenefikaw mir-riżorsi u mill-kompetenza tal-OLAF billi b’mod ewlieni jqabbdu lill-OLAF iwettaq l-investigazzjoni. Meta l-Istat AKP ta’ esportazzjoni jagħżel li jipproċedi b’dan il-mod, huwa biżżejjed, sabiex dan l-Istat jissodisfa debitament il-funzjoni tiegħu ta’ entità responsabbli mill-verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori,</HT> li jirrikonoxxi mingħajr ekwivoku u bil-miktub li huwa japprova r-riżultati tal-investigazzjoni mwettqa mill-OLAF.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 25 u 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan ir-rikonoxximent tar-riżultati tal-investigazzjoni għandu jkun datat u debitament iffirmat f’isem l-Istat AKP ta’ esportazzjoni, u l-fatt li dawn ir-riżultati jinsabu f’dokument b’timbru tal-OLAF huwa irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-Artikolu 32(7) tal-imsemmi protokoll lanqas jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-forma li fiha r-riżultati tal-investigazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-Istat Membru ta’ importazzjoni sabiex ikunu jistgħu jorbtu lill-awtoritajiet ta’ dan<?PAGE NO="I-13370"?> tal-aħħar, għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li jintbagħat, lil dawn l-awtoritajiet, ir-rapport tal-investigazzjoni tal-OLAF, debitament iffirmat f’isem l-Istat AKP ta’ esportazzjoni u li jikkonstata mingħajr ambigwità li ċ-ċertifikati EUR. 1 huma inkorretti, u, għaldaqstant, nulli għandu l-effett li jrendi tali riżultati vinkolanti għall-imsemmija awtoritajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal dak li jikkonċerna l-kwistjoni, imqajma wkoll minn Afasia, li jkun magħruf jekk il-persuna li ffirmat ir-rapport tal-investigazzjoni f’isem l-Istat AKP ta’ esportazzjoni kellhiex kompetenza sabiex tagħmel dan skont il-liġi ta’ dan l-Istat, għandu jiġi kkonstatat li, minn naħa, fin-nuqqas ta’ tali kompetenza, l-Istat AKP ikkonċernat ma jistax jitqies li approva r-riżultati tal-investigazzjoni, u min-naħa l-oħra, li l-fiduċja f’xulxin tikkaratterizza l-kooperazzjoni bejn l-Istati AKP ta’ esportazzjoni u l-Istati Membri ta’ importazzjoni timplika li dawn tal-aħħar ma għandhomx sistematikament jeżaminaw il-validità ta’ firem minn persuni li għandhom fl-apparenza s-setgħa li jorbtu l-Istat AKP fil-qasam tal-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa biss f’każ ta’ dubju fuq il-kompetenza tal-persuna li ffirmat f’isem l-Istat ta’ esportazzjoni li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ importazzjoni għandhom jivverifikaw mal-Istat AKP ikkonċernat jekk din il-persuna kinitx verament kompetenti sabiex torbot lil dan tal-aħħar f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’din il-kawża, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, fid-dawl tal-informazzjoni fir-rapport tal-investigazzjoni u tal-argumenti ppreżentati minn Afasi rigward l-allegata inkompetenza tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u tal-Kummerċ Internazzjoni sabiex jiffirma dan id-dokument f’isem il-Ġamajka, il-Hauptzollamt kellux jagħmel verifika ta’ din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 32 tal-Protokoll 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riżultati ta’ verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> li tirrigwarda l-eżattezza ta’ oriġini ta’ merkanzija indikata fiċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa minn Stat AKP u, kienet, għall-parti l-kbira, tikkonsisti<?PAGE NO="I-13371"?> f’investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni, u iktar speċifikament mill-OLAF, f’dan l-Istat u fuq stedina ta’ dan tal-aħħar, jorbtu l-awtoritajiet tal-Istat Membru minn fejn il-merkanzija ġiet importata, sakemm, u din hija kwistjoni li hija l-qorti tar-rinviku li għandha tevalwa, dawn l-awtoritajiet irċievew dokument li jirrikonoxxi mingħajr ekwivoku li dan l-Istat AKP japprova l-imsemmija riżultati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn iċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa għall-importazzjoni ta’ merkanzija fl-Unjoni huma annullati minħabba li l-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati kien ivvizzjat minn irregolaritajiet u li l-oriġini preferenzjali indikata fuqhom ma setgħatx tiġi kkonfermata waqt verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, l-importatur jistax joġġezzjona għal irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ dazji fuq l-importazzjoni billi jsostni li ma jistax jiġi eskluż li, fir-realtà, parti minn din il-merkanzija għandha l-imsemmija oriġini preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tistaqsi għaldaqstant fuq l-eventwali konsegwenzi legali tal-konstatazzjoni mwettqa mill-investigaturi, bħal dawk imsemmija fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, li jipprovdu li huwa possibbli li parti minn din il-merkanzija hija ta’ oriġini Ġamajkana, għalkemm, l-esportaturi ma pproduċewx provi f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar l-ewwel nett li l-għan tal-verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> huwa li tiġi vverifikata l-eżattezza tal-oriġini indikata fiċ-ċertifikat EUR. 1 (sentenza tad-<DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, Beemsterboer Coldstore Services, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-293/04" PAGE.ECR="I-2263" YEAR="2006">C-293/04, Ġabra p. I-2263</REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="I-13372"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod repetut f’dan il-kuntest, meta verifika a posteriori ma tippermettix li tiġi kkonfermata l-oriġini tal-merkanzija indikata f’ċertifikat EUR. 1, hemm lok li jiġi konkluż li din il-merkanzija hija ta’ oriġini mhux magħrufa u li, għaldaqstant, iċ-ċertifikat EUR. 1 u t-tariffa preferenzjali ngħataw bi żball (sentenzi tas-<DATE ISO="19931207">7 ta’ Diċembru 1993</DATE>, Huygen <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-12/92" PAGE.ECR="I-6381" YEAR="1993">C-12/92, Ġabra p. I-6381</REF.DOC.ECR>, punti 17 u 18; tal-<DATE ISO="19960514">14 ta’ Mejju 1996</DATE>, Faroe Seafood <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-153/94+C-204/94" PAGE.ECR="I-2465" YEAR="1996">C-153/94 u C-204/94, Ġabra p. I-2465</REF.DOC.ECR>, punt 16, kif ukoll Beemsterboer Coldstore Services, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza timpedixxi li l-importatur ikun jista, billi jinvoka l-oriġini mhux magħrufa tal-merkanizija u, għaldaqstant il-fatt li ma tistax tiġi eskluża ħlief ċerta merkanzija li għandha l-oriġini preferenzjali indikata fuq iċ-ċertifikati annullati, jaħrab mill-irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dazji doganali mhux imħallsa waqt l-importazzjoni huwa l-konsegwenza normali minħabba li l-verifika a posteriori ma tippermettix li tiġi kkonfermata l-oriġini tal-merkanzija kif indikata fiċ-ċertifikat EUR. 1 (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Huygen <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 19, u Faroe Seafood <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Sabiex l-importatur ikun jista’ validament jinvoka aspettativa leġittima skont l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali u b’hekk jibbenefika mill-eċċezzjoni għall-irkupru a posteriori prevista f’din id-dispożizzjoni, għandhom jiġu sodisfatti tliet kundizzjonijiet. Jeħtieġ, l-ewwel nett, li ħruġ irregolari taċ-ċertifikati EUR. 1 b’riżultat ta’ żball tal-awtoritajiet kompetenti nfushom, it-tieni nett, li l-iżball imwettaq minn dawn ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna suġġetta għad-dazju li taġixxi <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> u, fl-aħħar nett, li din tal-aħħar osservat id-dispożizzjonijiet kollha previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Faroe Seafood <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 83; tat-<DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, Biegi Nahrungsmittel u Commonfood vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-499/03 P" PAGE.ECR="I-1751" YEAR="2005">C-499/03 P, Ġabra p. I-1751</REF.DOC.ECR>, punt 46, kif ukoll tat-<DATE ISO="20071018">18 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Agrover, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-173/06" PAGE.ECR="I-8783" YEAR="2007">C-173/06, Ġabra p. I-8783</REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><?PAGE NO="I-13373"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Meta, bħal fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni ħarġu ċertifikati EUR. 1 inkorretti fil-kuntest ta’ sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva, dan il-ħruġ għandu, skont it-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 220(2), jitqies bħala żball imwettaq mill-imsemmija awtoritajiet, sakemm ma jirriżultax li l-imsemmija ċertifikati nħarġu abbażi ta’ preżentazzjoni inkorretta tal-fatti mill-esportatur. Jekk l-imsemmija ċertifikati nħarġu abbażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz tal-esportatur, l-ewwel mit-tliet kundizzjonijiet kumulattivi msemmija iktar ’il fuq ma hijiex sodisfatta u l-irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dazji fuq l-importazzjoni għandu konsegwentement isir, ħlief jekk, b’mod partikolari, huwa ċar li l-awtoritajiet ħarġu tali ċertifikati bl-għarfien jew kellhom ikunu jafu li l-merkanzija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tibbenefika mit-trattament preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Jekk, fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju ma tqiegħedx fid-dubju l-konstatazzjoni magħmul fir-rapport tal-verifika mwettqa, li tipprovdi li l-awtoritajiet Ġamajkani ma kinux jafu jew ma setgħux ikunu jafu li t-tessuti esportati minn ARH ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jitqiesu bħala ta’ oriġini Ġamajkana, hija tistaqsi, min-naħa l-oħra, jekk huwiex il-Hauptzollamnt li għandu jipprova li ċ-ċertifikati inkorretti nħarġux abbażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz min-naħa ta’ din il-kumpannija jew, għall-kuntrarju, hijiex Afasia li għandha tipprova li ARH ippreżentatx korrettament il-fatti lill-awtoritajiet Ġamajkani.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tistaqsi, b’mod partikolari, b’liema mod għandha tiġi trasposta, għal fatti bħala dawk fil-kawża prinċipali, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Beemsterboer Coldstore Services, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-imsemmi sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma jistax jiġi meħtieġ min-naħa tal-awtoritajiet doganali tal-Istat ta’ importazzjoni li jipprovaw li l-esportatur għamel dikjarazzjonijiet foloz meta jidher li dan tal-aħħar ma żammx, minkejja l-obbligu li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni applikabbli, id-dokumenti dwar il-merkanzija inkwistjoni għal tal-inqas tliet snin. Fil-fatt, f’tali kundizzjonijiet, l-imsemmija<?PAGE NO="I-13374"?> awtoritajiet huma mċaħħda mill-possibbiltà li jipprovaw li l-informazzjoni pprovduta mill-esportatur għall-ħruġ taċ-ċertifikati EUR. 1 kinitx korretta jew le (sentenza Beemsterboer Coldstore Services, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Afasia ssostni li din is-soluzzjoni li wasslet għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li tat lok għall-kawża Beemsterboer Coldstore Services, iċċitata iktar ’il fuq, ma tistax tiġi trasposta għall-kawża prinċipali peress li kien impossibbli għal ARH li tosserva l-obbligu tagħha, stabbilit fl-Artikolu 28 tal-Protokoll 1, li żżomm id-dokumenti rilevanti għal tal-inqas tliet xhur, peress li l-ħwienet ta’ xogħol tagħha nqerdu minn uragan qabel l-iskadenza ta’ dan il-perijodu. Dan element ta’ forza maġġuri għandu bħala konsegwenza li l-kwistjoni li jkun magħruf jekk iċ-ċertifikati EUR. 1 inħarġux abbażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz tal-esportatur tistax tiġi solvuta u li l-ħruġ ta’ ċertifikati EUR. 1 inkorretti għandux għaldaqstant jiġi kklassifikat bħala żball imwettaq mill-awtoritajiet Ġamajkani.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, tali argument imur kontra l-fatt li l-OLAF, fid-dawl tal-fatt li huwa ma setax jikseb kooperazzjoni min-naħa tal-proprjetarji tal-grupp Afasia, u fid-dawl tal-fatt li l-ħwienet ta’ xogħol u l-uffiċċji ta’ ARH ma kellhomx, waqt l-ispezzjoni infurzata mmexxija b’kooperazzjoni mill-awtoritajiet Ġamajkani, fil-pussess tagħhom dokumenti, iffoka l-investigazzoni tiegħu fuq id-dokumenti ta’ trasport u fuq id-dokumenti fil-pussess tal-awtoritajiet Ġamajkani dwar il-kunsinni ta’ merkanzija esportati u qabbel id-data f’dawn id-dokumenti ma’ dik mibgħuta lill-awtoritajiet doganali Ċiniżi. Abbażi ta’ dawn id-dokumenti u ta’ dan il-paragun ta’ data, ġie konkluż li d-dikjarazzonijiet dwar l-oriġini ta’ din il-merkanzija indirizzati minn ARH u mill-esportataturi l-oħra Ġamajkani lill-awtoritajiet Ġamajkani, jistgħu jkun biss foloz.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, kif ġustament osservaw il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni, meta l-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni ġew żgwidati mill-esportaturi, il-ħruġ ta’ ċertifikati EUR. 1 inkorretti ma jistax jitqies bħala żball imwettaq minn dawn l-awtoritajiet infushom. F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita sew jirriżulta li huma l-iżbalji li seħħew minħabba l-aġir pożittiv tal-awtoritajiet kompetenti biss u li ma setgħux raġonevolment jiġu skoperti mill-persuna taxxabbli li jagħtu lok għal<?PAGE NO="I-13375"?> nuqqas ta’ rkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>. Fin-nuqqas ta’ tali żball, l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali ma jippermettix lil persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa li tinvoka aspettativa leġittima (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Faroe Seafood <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 91 u 92, kif ukoll Agrover, punt 31). F’tali ċirkustanzi, l-argumenti ta’ Afasia bbażati fuq l-okkorrenza ta’ każ ta’ forza maġġuri jsiru ineffettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn iċ-ċertifikati EUR.1 maħruġa għall-importazzjoni ta’ merkanzija fl-Unjoni huma annullati minħabba li l-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati kien ivvizzjat minn irregolaritajiet u li l-oriġini preferenzjali indikata fuqhom ma setgħatx tiġi kkonfermata waqt verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, l-importatur ma jistax joġġezzjona rkupru <HT TYPE="ITALIC">a posterior</HT>i ta’ dazji fuq l-importazzjoni billi jsostni li ma jistax jiġi eskluż li, fir-realtà, parti minn din il-merkanzija għandha l-imsemmija oriġini preferenzjali</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-13376"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 32 tal-Protokoll 1 tal-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-<DATE ISO="20000623">23 ta’ Ġunju 2000</DATE>, u approvat f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/159/KE, tad-<DATE ISO="20021219">19 ta’ Diċembru 2002</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riżultati ta’ verifika a posteriori li tirrigwarda l-eżattezza ta’ oriġini ta’ merkanzija indikata fiċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa minn Stat AKP u, kienet, għall-parti l-kbira, tikkonsisti f’investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni, u iktar speċifikament mill-OLAF, f’dan l-Istat u fuq stedina ta’ dan tal-aħħar, jorbtu l-awtoritajiet tal-Istat Membru minn fejn il-merkanzija ġiet importata, sakemm, u din hija kwistjoni li hija l-qorti tar-rinviku li għandha tevalwa, dawn l-awtoritajiet irċevew dokument li jirrikonoxxi mingħajr ekwivoku li dan l-Istat AKP japprova l-imsemmija riżultati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20001116">16 ta’ Novembru 2000</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn iċ-ċertifikati EUR. 1 maħruġa għall-importazzjoni ta’ merkanzija fl-Unjoni huma annullati minħabba li l-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati kien ivvizzjat minn irregolaritajiet u li l-oriġini preferenzjali indikata fuqhom ma setgħatx tiġi kkonfermata waqt verifika a posteriori, l-importatur ma jistax joġġezzjona għal irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni billi jsostni li ma jistax jiġi eskluż li, fir-realtà, parti minn din il-merkanzija għandha l-imsemmija oriġini preferenzjali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>