Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 1 - L-Istituzzjonijiet - Sezzjoni 4 - Il-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 237
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0148 - 0148
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0128 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0274 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0063 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 237 Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fil-limiti indikati hawn aktar 'il quddiem, kompetenza f’ kawżi li jirrigwardaw: a) it-twettiq mill-Istati Membri ta' l-obbligi tagħhom taħt l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' Investiment. F’dan ir-rigward, il-Bord tad-Diretturi tal-Bank igawdi l-poteri mogħtija lill-Kummissjoni bl-Artikolu 226; b) miżuri adottati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment. F’dan ir-rigward, kull Stat Membru, il-Kummissjoni jew il-Bord tad-Diretturi tal-Bank jistgħu jippreżentaw rikorsi taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 230; ċ) mizuri adottati mill-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment. Ir-rikorsi kontra dawn il-miżuri jistgħu jinbdew biss minn Stati Membri jew mill-Kummissjoni, taħt il-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 230, u biss abbażi ta’ nonkonformità mal-proċedura indikata fl-Artikolu 21 (2), (5), (6) and (7) ta’ l-Istatut tal-Bank; d) it-twettiq minn banek ċentrali nazzjonali ta’ obligazzjonijiet taħt dan it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. F’dan ir-rigward il-poteri tal-Kunsill tal-BĊE, fir-rigward ta’ banek ċentrali nazzjonali, ikunu l-istess bħal dawk mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ Stati Membri bl-Artikolu 226. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li bank ċentrali nazzjonali ikun naqas milli jwettaq xi obbligazzjoni taħt dan it-Trattat, dak il-bank ikun mitlub jieħu il-miżuri neċessarji biex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. --------------------------------------------------