<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑270/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0270</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1358">EU:C:2014:1358</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WAHL — KAWŻA C‑270/13</P><P>HARALAMBIDIS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wahl</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑270/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Iraklis Haralambidis</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Calogero Casilli</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Funzjonijiet ta’ President ta’ Awtorità Portwali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45(4) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni relatata man-nazzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Setgħat mogħtija mid-dritt pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Funzjonijiet eżerċitati fl-interess ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat eżerċitati sporadikament jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali tagħmel parti mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> skont it-tifsira tal-Artikolu 45(4) TFUE u, bħala konsegwenza, Stati Membri jistgħu jillimitaw dik il-kariga għaċ-ċittadini tagħhom stess, b’deroga mir-regola dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema? Dik, fil-qofol, hija l-kwistjoni ewlenija mqajma mid-domandi preliminari magħmula mill-Consiglio di Stato (Kunsill tal-Istat) (l-Italja).</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ttrattat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> f’għadd ta’ kawżi mressqa quddiemha, kemm f’deċiżjonijiet preliminari, kif ukoll fi proċeduri ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Iżda għadd ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-iktar dawk tal-bidu, huma aktarx qosra u ma tantx jitfgħu dawl fuq aspetti li huma — fil-fehma tiegħi — kruċjali biex jiġi evalwat jekk kariga partikolari fl-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45(4) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dan il-każ, għalhekk, joffri opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tirfina u tagħmel iktar ċar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> — kunċett li l-portata u t-tifsira tiegħu jistgħu jiġu evalwati biss, kif ser nipprova nispjega f’dawn il-konklużjonijiet, billi nifli r-raġuni nfisha għall-eżistenza tal-Artikolu 45(4) TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti Taljani</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(1) u (2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165 tat-<DATE ISO="20010330">30 ta’ Marzu 2001</DATE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regoli ġenerali għall-organizzazzjoni tax-xogħol fl-amministrazzjoni pubblika<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Decreto Legislativo <DATE ISO="20010330">30 marzo 2001</DATE>, n. 165, Norme generali sull’ordinamento del lavoro alle dipendenze delle amministrazioni pubbliche (GURI Nru 106 tad-<DATE ISO="20010509">9 ta’ Mejju 2001</DATE>, Suppliment Ordinarju Nru 112.</P></NOTE>, fil-verżjoni fis-seħħ fiż-żmien rilevanti, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini tal-Istati Membri [tal-UE] għandu jkollhom aċċess għal karigi fl-amministrazzjoni pubblika li ma jinvolvux l-eżerċizzju dirett jew indirett ta’ setgħat pubbliċi, jew li ma jkollhomx rabta mal-ħarsien tal-interess nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri [...] għandu jiddetermina l-karigi u l-funzjonijiet li l-aċċess għalihom ikun ristrett għal ċittadini Taljani, kif ukoll il-kriterji mandatorji li jirregolaw l-aċċess għal karigi taċ-ċittadini msemmija fil-paragrafu 1<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Id-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri inkwistjoni ġie adottat fis-<DATE ISO="19940207">7 ta’ Frar 1994</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Regolament li jistabbilixxi r-regoli dwar aċċess minn ċittadini tal-Istati Membri tal-UE għal karigi fl-amministrazzjoni pubblika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (Decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri <DATE ISO="19940207">7 febbraio 1994</DATE>, n. 174, Regolamento recante norme sull’accesso dei cittadini degli Stati membri dell’Unione europea ai posti di lavoro presso le amministrazioni pubbliche) (GURI Nru 61 tal-<DATE ISO="19940315">15 ta’ Marzu 1994</DATE>).</P></NOTE>. L-Artikolu 1(1)(b) ta’ dak id-digriet jipprovdi li l-karigi fl-amministrazzjoni pubblika li għalihom ma jistax jinkiseb aċċess mingħajr ċittadinanza Taljana jinkludu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>l-ogħla karigi amministrattivi fl-istrutturi periferiċi tal-amministrazzjoni pubblika, inklużi l-amministrazzjonijiet awtonomi, fl-entitajiet pubbliċi li ma humiex ekonomiċi, fil-provinċji u muniċipalitajiet, kif ukoll fir-reġjuni, u fil-Bank tal-Italja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont id-digriet tar-rinviju, Awtoritajiet Portwali huma tip partikolari ta’ organu pubbliku, irregolati mil-Liġi Nru 84 tat-<DATE ISO="19940128">28 ta’ Jannar 1994</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam portwali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Liġi Nru 84/1994<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Legge <DATE ISO="19940128">28 gennaio 1994</DATE>, n. 84, Riordino della legislazione in materia portuale (GURI Nru 28 tal-<DATE ISO="19940204">4 ta’ Frar 1994</DATE>, Suppliment Ordinarju Nru 21).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-Liġi Nru 84/1994 jistabbilixxi Awtorità Portwali fil-port ta’ Brindisi, u bnadi oħra, u jafdalha l-funzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>a)</NO.P><TXT>Id-direzzjoni, l-ipprogrammar, il-koordinazzjoni, il-promozzjoni u l-kontroll ta’ operazzjonijiet portwali u attivitajiet kummerċjali u industrijali f’portijiet, b’setgħat ta’ regolamentazzjoni u ordni, inkluż fir-rigward ta’ sikurezza kontra riskji ta’ inċidenti relatati ma’ attivitajiet bħal dawn u l-kundizzjonijiet ta’ iġjene fuq ix-xogħol [...];</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-manutenzjoni ordinarja u straordinarja tal-partijiet komuni fiż-żona portwali [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>L-għoti u l-kontroll ta’ attivitajiet bil-għan li jiġu pprovduti, bi ħlas, servizzi ta’ interess ġenerali […] għall-utenti tal-port […] iddefiniti b’digriet tal-Ministru tal-Infrastruttura u tat-Trasport<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(2) sa (4) tal-Liġi Nru 84/1994, l-Awtorità Portwali hija persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku u għandha awtonomija amministrattiva, suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-istess liġi, kif ukoll awtonomija baġitarja u finanzjarja, sa ċerti limiti. Il-ġestjoni tal-assi u tal-finanzi tal-Awtorità Portwali hija rregolata b’regolament ta’ kontabbiltà approvat mill-Ministru tat-Trasport u tan-Navigazzjoni, bi qbil mal-Ministru tat-Teżor. Ir-rendikont tal-ġestjoni finanzjarja tal-Awtorità Portwali huwa suġġett għal stħarriġ mill-Qorti Taljana tal-Awdituri.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont Artikolu 7 tal-Liġi Nru 84/1994:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-korpi tal-Awtorità Portwali huma: (a) il-President; (b) il-Kumitat Portwali; (c) is-Segretarjat Ġenerali; d) il-Bord tal-Awdituri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-remunerazzjoni tal-President [u tal-membri l-oħra tal-korpi portwali] issir mill-baġit tal-Awtorità Portwali u hija ddeterminata mill-Kumitat Portwali fil-limiti massimi stabbiliti […] b’digriet tal-Ministru tat-Trasport u tan-Navigazzjoni […].<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-istess dispożizzjoni, fil-paragrafu 3 tagħha, tipprovdi li l-Ministru tat-Trasport u tan-Navigazzjoni jista’ jordna, permezz ta’ digriet, it-tneħħija mill-kariga tal-President u x-xoljiment tal-Kumitat Portwali f’ċerti ċirkustanzi.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) u (2) tal-Liġi Nru 84/1994 jipprovdi li l-President tal-Awtorità Portwali għandu jinħatar b’digriet tal-Ministru tat-Trasport u tan-Navigazzjoni, bi qbil mar-reġjun ikkonċernat, minn fost grupp ta’ tliet esperti kkwalifikati fl-oqsma tal-ekonomija tat-trasport u tal-portijiet indikati mill-korpi rilevanti tal-provinċja, tal-belt u tal-kamra tal-kummerċ inkwistjoni. Il-mandat tal-President huwa għal erba’ snin, li jista’ jiġġedded darba. Huwa jirrappreżenta lill-Awtorità Portwali.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont Artikolu 8(3) tal-istess liġi, il-President tal-Awtorità Portwali għandu l-kompiti li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(a)</NO.P><TXT>jippresjedi l-Kumitat Portwali;</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jissottometti lill-Kumitat Portwali l-pjan operattiv ta’ tliet snin biex jiġi adottat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jissottometti lill-Kumitat Portwali l-pjan regolatur portwali biex jiġi adottat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>jissottometti lill-Kumitat Portwali l-abbozzi ta’ deliberazzjonijiet dwar l-estimi tal-baġit u l-emendi għalihom, il-karta tal-bilanċ u r-remunerazzjoni tas-Segretarju Ġenerali, kif ukoll l-implementazzjoni tal-ftehimiet kuntrattwali għall-persunal tas-segretarjat tekniku u operattiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>jipproponi lill-Kumitat Portwali abbozzi ta’ deliberazzjonijiet dwar il-konċessjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(5);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>jiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet imwettqa fil-port mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll il-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet suġġetti għal liċenzja u konċessjoni, u ta’ servizzi portwali [...];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>jamministra ż-żoni u l-proprjetà marittima tal-Istat inklużi fid-distrett [territorjali li fih l-awtorità teżerċita l-kompetenzi tagħha], f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, billi jeżerċita, wara li jisma’ lill-Kumitat Portwali, il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 36 sa 55 u 68 tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni [Taljan] [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Dawn id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni Taljan jikkonċernaw konċessjonijiet jew użu ta’ żoni ta’ proprjetà marittima tal-Istat (Artikoli 36 sa 55) u s-superviżjoni tal-attivitajiet imwettqa f’portijiet (Artikolu 68).</P></NOTE>] u fir-regoli ta’ implementazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>jeżerċita s-setgħat mogħtija lill-Awtorità Portwali skont l-Artikoli 16 [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>L-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 84/1994 jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>operazzjonijiet portwali u servizzi portwali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</P></NOTE>] u 18 [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-Artikolu 18 tal-Liġi Nru 84/1994 jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>l-għoti ta’ konċessjonijiet għal żoni u baċiri [portwali]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></NOTE>] u jagħti, wara li jisma’ lill-Kumitat Portwali, l-awtorizzazzjonijiet u l-konċessjonijiet imsemmija f’dawn l-artikoli, meta jkunu għal żmien ta’ mhux iktar minn erba’ snin, u jiddetermina l-ammont tal-ħlasijiet korrispondenti […];</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(l)</NO.P><TXT>jippromwovi t-twaqqif ta’ sindakat għall-ħaddiema tal-port [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(m)</NO.P><TXT>jiżgura n-navigabbiltà fiż-żona portwali u x-xogħol ta’ skavi u manutenzjoni ta’ qiegħ il-baħar […], abbażi ta’ proġetti approvati mill-[amministrazzjoni pubblika rilevanti] u, fil-każ ta’ neċessità u urġenza immedjata, billi jadotta deċiżjonijiet ta’ natura vinkolanti [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT>jagħmel proposti dwar id-delimitazzjoni ta’ żoni ħielsa, wara li jisma’ lill-Awtorità Marittima u lill-amministrazzjonijiet lokali kkonċernati;</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(n‑bis)</NO.P><TXT>jeżerċita kull setgħa oħra li din il-liġi ma tafdax lill-korpi l-oħra tal-Awtorità Portwali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont Artikolu 12 tal-Liġi Nru 84/1994, l-Awtorità Portwali hija suġġetta għas-sorveljanza tal-Ministru tat-Trasport u tan-Navigazzjoni. B’mod partikolari d-deċiżjonijiet tal-President u tal-Kumitat Portwali huma suġġetti għall-approvazzjoni ta’ dak il-Ministru meta jkunu jikkonċernaw: (a) l-approvazzjoni tal-estimi tal-baġit, emendi li jista’ jkun hemm għalihom u l-karta tal-bilanċ; u (b) ir-reklutaġġ tal-persunal tekniku u operattiv tas-segretarjat. Barra dan, id-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq taħt l-ittra (a) jeħtieġu wkoll il-qbil tal-Ministru responsabbli mit-Teżor. Il-Qorti tal-Awdituri Taljana hija wkoll obbligata tissorvelja ċerti attivitajiet tal-Awtorità Portwali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Iraklis Haralambidis (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>I. Haralambidis<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), ċittadin Grieg, inħatar President tal-Awtorità Portwali ta’ Brindisi (l-Italja) mill-Ministru tal-Infrastruttura u tat-Trasport Taljan b’digriet tas-<DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, maħruġ wara proċedura ta’ ħatra rregolata mil-liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Sussegwentement, wieħed mill-kandidati l-oħra għall-kariga, Calogero Casilli (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>C. Casilli<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), ċittadin Taljan, ressaq azzjoni quddiem it-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia, Sede di Lecce (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>TAR Puglia<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Puglia, Sezzjoni ta’ Lecce) għall-annullament tad-digriet ministerjali. C. Casilli sostna li I. Haralambidis ma setax jinħatar President tal-Awtorità Portwali ta’ Brindisi, minħabba li ċ-ċittadinanza Taljana kienet rekwiżit mandatorju għal dik il-kariga pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>It-TAR Puglia laqgħet l-azzjoni ta’ C. Casilli u, b’sentenza tas-<DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, annullat id-digriet ministerjali li ħatar lil I. Haralambidis.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Is-sentenza tat-TAR Puglia ġiet appellata minn I. Haralambidis quddiem il-Consiglio di Stato. F’dak il-kuntest, I. Haralambidis argumenta li, jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti kellhom jiġu interpretati fis-sens li kienet meħtieġa n-nazzjonalità Taljana biex tinkiseb il-kariga inkwistjoni, dawk id-dispożizzjonijiet kienu jkunu inkompatibbli mal-Artikolu 45(4) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Billi kellu dubji dwar il-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet Taljani rilevanti mad-dritt tal-UE, il-Consiglio di Stato ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.P><TXT>B’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li, minn naħa, l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 45(4) TFUE hija irrilevanti f’dan il-każ [- li jikkonċerna l-ħatra ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea bħala President ta’ awtorità portwali Taljana, persuna ġuridika li tista’ tiġi kklassifikata bħala korp irregolat mid-dritt pubbliku -], sa fejn din tikkonċerna l-każijiet ta’ impjieg fl-amministrazzjoni pubblika (filwaqt li, fil-każ ineżami, [...] tali impjieg ma jeżistix), u tal-fatt li, min-naħa l-oħra — fi kwlaunkwe każ — il-funzjonijiet fdati lill-President tal-Autorità Portuale<?PAGE NO="5"?> jistgħu jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>attività ta’ xogħol’ f’sens wiesa’ —, [...] il-klawżola li tirriżerva t-twettiq ta’ dan l-inkarigu lill-persuni ta’ nazzjonalità Taljana biss tikkostitwixxi, jew le, diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, ipprojbita mill-imsemmi Artikolu 45?</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-funzjonijiet imwettqa bħala President ta’ awtorità portwali Taljana minn ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jistgħu, inkella, jitqiesu bħala li jaqgħu taħt id-dritt ta’ stabbiliment li jinsab fl-Artikoli 49 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> TFUE, u, f’dan il-każ, il-projbizzjoni stabbilita mid-dritt intern li dawn il-funzjonijiet jiġu fdati lil persuna li ma għandhiex in-nazzjonalità Taljana tikkostitwixxi, jew le, diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, jew dan il-fatt jista’ jitqies bħala eskluż permezz tal-Artikolu 51 TFUE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Sussidjarjament, fil-każ fejn l-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ President ta’ awtorità portwali Taljana miċ-ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jista’ jirrappreżenta provvista ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>servizz<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/>, fis-sens tad-Direttiva 2006/123/KE [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar is-servizzi fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2006">ĠU L 376, p. 36</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> ], l-esklużjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għas-servizzi portwali hija rilevanti, jew le, għall-finijiet ikkonċernati u — jekk dan ma jkunx il-każ — il-projbizzjoni prevista fid-dritt intern li jiġu eżerċitati tali funzjonijiet tikkostitwixxi, jew le, diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Iktar sussidjarjament, [...] l-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ President ta’ awtorità portwali Taljana miċ-ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, jekk dan jitqies li ma jaqax taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, jista’ xorta waħda jitqies, b’mod iktar ġenerali, skont l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħala prerogattiva li taqa’ taħt id-dritt irrikonoxxut liċ-ċittadin Komunitarju <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/><HT TYPE="ITALIC">li jaħdem, li jeżerċita d-dritt ta’ stabbiliment u li jagħti servizzi</HT><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>, anki irrispettivament mid-dispożizzjonijiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/><HT TYPE="ITALIC">settorjali</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> li jinsabu fl-Artikoli 45 u 49 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> TFUE, kif ukoll fid-[Direttiva 2006/123] dwar is-servizzi fis-suq intern, u, konsegwentement, il-projbizzjoni stabbilita fid-dritt intern li jiġu eżerċitati dawn il-funzjonijiet tmur kontra — jew le — il-projbizzjoni, daqstant ieħor ġenerali, tad-diskriminazzjonijiet minħabba n-nazzjonalità prevista fl-Artikolu 21(2) tal-imsemmija Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub f’dawn il-proċeduri ġew ippreżentati minn I. Haralambidis, minn C. Casilli, mill-Autorità Portuale di Brindisi, mill-Gvernijiet Taljan, Spanjol u tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja talbet ċerti kjarifiki mingħand il-Gvern Taljan dwar it-tifsira ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Taljana u, fl-istess waqt, talbet lill-partijiet li kienu qed jieħdu sehem fis-seduta biex jikkonċentraw is-sottomissjonijiet orali tagħhom fuq l-ewwel żewġ domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju. Il-Gvern Taljan wieġeb għat-talba għal kjarifika fis-<DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni ppreżentaw sottomissjonijiet orali waqt is-seduta tas-<DATE ISO="20140326">26 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Riformulazzjoni tad-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz tal-erba’ domandi tagħha l-qorti tar-rinviju essenzjalment qed titlob gwida dwar il-kwistjoni jekk regola domestika li tirrestrinġi l-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali għal ċittadini nazzjonali hijiex kompatibbli mad-dritt tal-UE.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Qabel ma nibda l-analiżi legali tiegħi, naħseb li huwa importanti li dan il-każ jitqiegħed fil-kuntest legali korrett biex id-domandi preliminari jiġu rriformulati b’mod xieraq. Għal dan l-għan noffri erba’ osservazzjonijiet preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fl-<HT TYPE="ITALIC">ewwel</HT> lok, il-kliem tat-talba għal deċiżjoni preliminari jagħmel riferiment għal diversi dispożizzjonijiet tal-liġi primarja tal-UE (l-Artikoli 45 u 49 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tat-TFUE, kif ukoll l-Artikoli 15 u 21(2) tal-Karta) u ta’ leġiżlazzjoni sekondarja (id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123), bħala dispożizzjonijiet li jistgħu jkunu inkompatibbli mar-regola nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Madankollu, kif imsemmi fl-introduzzjoni għal dawn il-konklużjonijiet, huwa ċar għalija li d-dispożizzjoni ewlenija tal-liġi tal-UE f’dan il-każ hija l-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Minkejja d-dubji li ġew espressi, minn naħa, mill-qorti tar-rinviju u, min-naħa l-oħra, mill-Gvern Taljan, jiena tal-fehma li l-President ta’ Awtorità Portwali jista’ jiġi ddefinit bħala ħaddiem skont it-tifsira tal-Artikoli 45 sa 48 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Kif stabbilixxiet konsistentement il-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ma jistax jiġi interpretat b’mod differenti skont ir-regoli jew il-prinċipji applikabbli fid-diversi Stati Membri, minħabba li għandu tifsira awtonoma fid-dritt tal-UE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, fost ħafna sentenzi, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (C‑542/09, Ġabra, punt 68), u s-sentenza Lawrie-Blum vs Land Baden-Wűrttemberg (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-66/85" PAGE.ECR="2121">C-66/85, Ġabra p. 2121</REF.DOC.ECR>, punt 16).</P></NOTE>. Barra minn hekk, kunċett bħal dan għandu jinftiehem b’mod wiesa’ biex jiġbor fih kull persuna li twettaq attivitajiet li jkunu veri u ġenwini, bl-esklużjoni ta’ attivitajiet fuq skala tant żgħira li għandhom jitqiesu bħala purament marġinali u anċillari. Il-karatteristika essenzjali ta’ relazzjoni ta’ impjieg hija li għal ċertu żmien persuna twettaq servizzi għal u taħt id-direzzjoni ta’ persuna oħra li għalihom hija tirċievi remunerazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza Petersen (C‑544/11, Ġabra, punt 30), u Lawrie-Blum, (punti 16 u 17).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Kif ġie argumentat mill-Gvern Spanjol u mill-Kummissjoni, il-President ta’ Awtorità Portwali jidher li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Tabilħaqq, il-persuna maħtura f’dik il-kariga tidħol f’relazzjoni kuntrattwali mal-Awtorità Portwali li, għax-xogħol mogħti minn dik il-persuna fuq bażi regolari tul perjodu fiss ta’ żmien (erba’ snin, li jistgħu jiġġeddu darba waħħa), tħallasha remunerazzjoni. L-ammont ta’ remunerazzjoni huwa ddeterminat minn qabel u jaqbel ma’ karigi komparabbli ta’ livell għoli fl-amministrazzjoni pubblika, fil-limiti stabbiliti mill-Ministri kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Minkejja li jkollu kariga eżekuttiva fl-entità li timpjegah, u b’hekk ikollu diskrezzjoni relattivament wiesgħa fir-rigward tat-twettiq attwali tal-funzjonijiet tiegħu, il-President ikun għadu suġġett għal sorveljanza. B’mod partikolari, il-Ministru tal-Infrastruttura u tat-Trasport (li jaġixxi, kultant, bi qbil mal-Ministru tat-Teżor jew ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra) iżomm setgħat ta’ direzzjoni, kontroll u, fejn ikun xieraq, sanzjoni fuq il-President ta’ Awtorità Portwali.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-President ta’ Awtorità Portwali mhux biss jinħatar mill-Ministru tal-Infrastruttura u tat-Trasport (bi qbil mal-awtorità reġjonali kompetenti), iżda jista’ wkoll jitkeċċa minn dak il-Ministru. Dan huwa possibbli meta jseħħu ċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 7(3) tal-Liġi Nru 84/1994 u, b’mod iktar ġenerali, meta t-tkeċċija tkun meħtieġa biex tkun żgurata l-ġestjoni tajba tal-Awtorità Portwali, bis-saħħa tas-setgħat impliċiti li għandu l-gvern f’din il-materja skont il-ġurisprudenza tal-qrati Taljani<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Consiglio di Stato tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE>, Sezione IV, Nru 2596, Ciani c. Ministero delle Infrastrutture e Trasporti, punt 4.4.1.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra dan, uħud mid-deċiżjonijiet ewlenin li l-President, jew il-Kumitat Portwali li huwa jippresjedi, ikollhom jieħdu huma wkoll suġġetti għall-approvazzjoni tal-gvern, kif stabbilit fl-Artikolu 12 tal-Liġi Nru 84/1994. Barra minn hekk, is-setgħat ta’ direzzjoni tal-Ministru kompetenti jidhru li jmorru saħansitra lil hinn minn hekk. Tabilħaqq, kif osserva l-Gvern Taljan, il-ġurisprudenza tal-Consiglio di<?PAGE NO="7"?> Stato ddeskriviet bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>inkonċepibbli<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> l-possibbiltà li President ta’ Awtorità Portwali seta’ deliberatament jinjora l-istruzzjonijiet mogħtija lilu ripetutament mill-Ministru kompetenti. Il-Consiglio di Stato enfasizza, f’dak il-kuntest, ir-relazzjoni ta’ fiduċja li għandha teżisti bejn il-President ta’ Awtorità Portwali u l-Ministru kompetenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., punt 4.6.</P></NOTE>. Għalhekk, għalkemm b’mod daqsxejn limitat, u prinċipalment fil-forma ta’ kontroll <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT>, is-subordinazzjoni tal-President ta’ Awtorità Portwali għall-Ministru kompetenti ma tistax tkun miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Bil-maqlub, il-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali hija manifestament nieqsa mill-karatteristiċi li huma tipikament assoċjati mal-idea ta’ fornitur ta’ servizzi indipendenti: iktar spazju f’termini ta’ għażla tat-tip ta’ xogħol u impenji li jkollhom jiġu eżegwiti, tal-mod li bih dak ix-xogħol jew dawk l-impenji jkollhom jitwettqu, tas-sigħat ta’ xogħol u l-post tax-xogħol, kif ukoll f’termini ta’ kif jintgħażel il-persunal tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza The Queen vs Ministry of Agriculture, Fisheries and Food, ex parte Agegate (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-3/87" PAGE.ECR="I-4459" YEAR="2013">C-3/87, Ġabra p. I-4459</REF.DOC.ECR>, punt 36). Ara wkoll is-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑596/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:77">EU:C:2014:77</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 16 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) u, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, is-sentenza Asscher vs Staatssecretaris van Financiën, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-107/94" PAGE.ECR="I-3089" YEAR="2013">C-107/94, Ġabra p. I-3089</REF.DOC.ECR>, punt 26).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Biex niġbor fil-qosor, jista’ jingħad li l-President ta’ Awtorità Portwali huwa f’relazzjoni ta’ impjieg <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> mal-Istat, li tixbah, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, lil dik eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Danosa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Danosa (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-232/09" PAGE.ECR="I-11405" YEAR="2013">C-232/09, Ġabra p. I-11405</REF.DOC.ECR>, punti 38 sa 51).</P></NOTE>. F’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ kumpannija privata kellu jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> skont it-tifsira tad-Direttiva 92/85/KEE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Direttiva tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE>, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għalhekk jiena tal-fehma li s-sitwazzjoni li tifforma s-suġġett tal-kawża prinċipali għandha tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema. B’mod iktar speċifiku, il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema (kif iggarantita mill-Artikolu 45(1) sa (3) TFUE) u d-deroga minnu (fil-paragrafu 4 tal-istess dispożizzjoni) huma dispożizzjonijiet li jipprovdu tweġiba għal dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Wara li għidt dan — u niġi għat-<HT TYPE="ITALIC">tieni</HT> osservazzjoni preliminari tiegħi — jiena konvint li, minkejja l-kliem differenti tagħhom, ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 45(4) u 51 TFUE għandhom jiġu interpretati b’mod konsistenti. Kif argumentaw b’mod konvinċenti l-Avukati Ġenerali Mayras<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Konklużjonijiet fil-kawża Reyners vs L-Istat Belġjan (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-2/74" PAGE.ECR="631" YEAR="1992">C-2/74, Ġabra p. 631</REF.DOC.ECR>, f’p. 665).</P></NOTE> u Mancini<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Konklużjonijiet fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-307/84" PAGE.ECR="1725" YEAR="1992">C-307/84, Ġabra p. 1725</REF.DOC.ECR>, f’p. 1731).</P></NOTE>, il-kontenut differenti taż-żewġ dispożizzjonijiet huwa dovut għad-differenza fis-sitwazzjonijiet previsti fihom. Madankollu, l-għan li għandhom iż-żewġ dispożizzjonijiet huwa l-istess: li l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mill-prinċipju fundamentali li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità fis-suq intern, billi jillimitaw għaċ-ċittadini tagħhom stess l-eżerċizzju ta’ ċerti attivitajiet imwettqin fl-interess ġenerali minn individwi li jkunu, għal dak il-għan, ingħataw ċerti setgħat ta’ awtorità. Għaldaqstant jidhirli li, fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 45(4) TFUE, għandhom jitqiesu mhux biss il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonċerna dik id-dispożizzjoni, iżda wkoll, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, il-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 51 TFUE, li fil-fatt żviluppat b’mod kważi simili<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>F’dan is-sens, fid-duttrina legali, ara A. Dashwood <HT TYPE="ITALIC">et al</HT>., <HT TYPE="ITALIC">Wyatt and Dashwood’s European Union Law</HT>, Hart Publishing, Oxford and Portland: 2011 (is-6 edizzjoni), p. 569; K.J.M. Mortelmans, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>The Functioning of the Internal Market: The Freedoms<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, f’P.J.G. Kapteyn <HT TYPE="ITALIC">et al</HT>. (edituri), <HT TYPE="ITALIC">The Law of the European Union and the European Communities</HT>, Kluwer International, Alphen aan den Rhijn, il-Pajjiżi l-Baxxi: 2008 (ir-4 edizzjoni), p. 575 sa 784, f’p. 731; u C. Barnard, <HT TYPE="ITALIC">The Substantive Law of the EU. The Four Freedoms</HT>, Oxford University Press, Oxford: 2007 (ir-4 edizzjoni), p. 520.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fit-<HT TYPE="ITALIC">tielet</HT> lok, kif osservat ġustament il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, id-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-UE msemmija mill-qorti nazzjonali jew ma japplikawx għall-kawża prinċipali jew, f’kull każ, huma superfluwi biex jiġi evalwat dan il-każ. Qabel xejn, l-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123 jipprovdi espliċitament li hija ma tapplikax għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>servizzi fil-qasam tat-trasport inklużi servizzi tal-port, li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu V tat-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Għalhekk, anki jekk wieħed kellu jqis li l-President ta’ Awtorità Portwali huwa fornitur ta’ servizzi, l-applikabbiltà tad-Direttiva 2006/123 tkun tidher <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> li hija eskluża. Barra dan, iż-żewġ dispożizzjonijiet tal-Karta msemmija mill-qorti tar-rinviju ma jidhrux li jżidu xi aspett ieħor ta’ inkompatibbiltà, flimkien ma’ dak li jista’ joħroġ mill-applikazzjoni tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-Artikolu 52(2) tal-Karta.</P></NOTE>. Tabilħaqq, kemm l-Artikolu 15, li jikkonċerna l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, kif ukoll l-Artikolu 21(2) tal-Karta, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati tal-UE, jistabbilixxu prinċipji li espliċitament jew impliċitament jinsabu fl-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fir-<HT TYPE="ITALIC">raba</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> lok, u fl-aħħar nett, nixtieq nenfasizza mill-bidu li l-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement adottat definizzjoni <HT TYPE="ITALIC">funzjonali</HT> tal-karigi li jifformaw parti mis-servizz pubbliku għall-finijiet tal-Artikolu 45(4) TFUE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza (C‑307/84, punt 12), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-290/94" PAGE.ECR="I-3285">C-290/94, Ġabra p. I-3285</REF.DOC.ECR>, punt 21).</P></NOTE>. Għalhekk, dak li huwa tassew rilevanti skont dik id-dispożizzjoni ma humiex l-isem jew l-istatus legali tal-kariga, ir-rabtiet organiċi tagħha mal-awtoritajiet pubbliċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Il-fatt li persuna li tkun tokkupa dik il-kariga tkun tista’ tiġi impjegata minn persuna fiżika jew ġuridika privata ma huwiex, bħala tali, biżżejjed biex tiġi eskluża l-applikabbiltà tal-Artikolu 45(4) TFUE jekk ikun jista’ jiġi stabbilit li l-persuna, fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet, taġixxi bħala rappreżentant tal-awtoritajiet pubbliċi. Ara s-sentenza Colegio de Oficiales de la Marina Mercante Española (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-405/01" PAGE.ECR="I-10391">C-405/01, Ġabra p. I-10391</REF.DOC.ECR>, punt 43).</P></NOTE>, jew il-pożizzjoni tagħha fl-amministrazzjoni pubblika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Sotgiu vs Deutsche Bundespost (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/73" PAGE.ECR="153">C-152/73, Ġabra p. 153</REF.DOC.ECR>, punt 5), u s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza (C‑307/84, punt 11).</P></NOTE>, iżda x’aktarx in-natura, ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet attwali tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-473/93" PAGE.ECR="I-3207">C-473/93, Ġabra p. I-3207</REF.DOC.ECR>, punt 28), u s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza (C‑307/84, punt 12).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">in abstracto</HT> dwar jekk il-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali tistax, bis-saħħa tal-Artikolu 45(4) TFUE, tkun limitata għal ċittadini tal-Istati Membri. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżamina biss, u tiddeċiedi dwar, jekk dan huwiex possibbli fir-rigward tal-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali kif irregolata skont il-liġijiet Taljani fil-każ konkret. Huwa konċepibbli, fil-fatt, li l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mad-dritt tal-UE ta’ regola nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor li tikkonċerna kariga simili tista’ twassal għal konklużjoni differenti, sa fejn in-natura, ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet ta’ tali kariga jkunu differenti minn dawk eżaminati f’dan il-każ. Madankollu, dan ma jfissirx li l-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-analiżi legali f’dan il-każ ikunu b’xi mod differenti f’każijiet fil-ġejjieni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara b’mod partikolari l-kunsiderazzjonijiet żviluppati iktar ’il quddiem fil-punti 46 sa 62.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-fehma li l-erba’ domandi preliminari magħmula mill-Consiglio di Stato jistgħu jiġu eżaminati flimkien u jiġu rriformulati kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Regola nazzjonali li tillimita għaċ-ċittadini tal-Istat Membru l-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali, li jeżerċita funzjonijiet bħal dawk indikati fl-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 84/1994, hija kompatibbli mal-Artikolu 45 TFUE?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjoni tad-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Qabel ma nispjega r-raġunijiet għaliex naħseb li r-risposta għad-domanda preliminari tal-Consiglio di Stato, kif irriformulata, għandha tkun fin-negattiv, infakkar fil-qosor il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u, fl-istess waqt, nipprova nelabora dwar il-prinċipji li jinsabu fiha, bit-tama li nġib iktar ċarezza fl-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 45(4) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-moviment liberu tal-persuni, u b’mod partikolari tal-ħaddiema, jikkostitwixxi wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 45(2) TFUE, huwa jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, tkun xi tkun in-natura u l-portata tagħha, bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-impjieg, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet oħra ta’ xogħol u impjieg<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, fost oħrajn, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-167/73" PAGE.ECR="359">C-167/73, Ġabra p. 359</REF.DOC.ECR>, punti 43 u 44), u s-sentenza Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH (C‑514/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-Artikolu 45(4) TFUE, iżda, jipprovdi li d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx japplikaw għal impjieg fis-servizz pubbliku. Madankollu, billi hija eċċezzjoni għal prinċipju ġenerali, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata ristrettivament jew, kif iddikjarat ripetutament il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>b’mod li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal dak li jkun strettament meħtieġ biex jitħarsu l-interessi li dik id-dispożizzjoni tippermetti lill-Istati Membri li jipproteġu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, fost ħafna oħrajn, is-sentenza Lawrie-Blum (punt 26) u s-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-225/85" PAGE.ECR="2625">C-225/85, Ġabra p. 2625</REF.DOC.ECR>, punt 7).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni għandu jingħata interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi fl-Unjoni Ewropea kollha, u, għalhekk, ma jistax jitħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenza Anker <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-47/02" PAGE.ECR="I-10447">C-47/02, Ġabra p. I-10447</REF.DOC.ECR>, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet b’mod konsistenti li l-kunċett ta’ servizz pubbliku jkopri biss dawk il-karigi li jippreżumu, min-naħa ta’ dawk li jokkupawhom, l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>relazzjoni speċjali ta’ fedeltà<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> lejn l-Istat u reċiproċità ta’ drittijiet u dmirijiet li jikkostitwixxu s-sisien tar-rabta tan-nazzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma esplorat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>relazzjoni speċjali ta’ fedeltà<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> lejn l-Istat. Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat biss li żewġ kundizzjonijiet, <HT TYPE="ITALIC">stretti ħafna</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu (punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, għandhom jitħarsu kumulattivament biex kariga taqa’ fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>: il-kariga għandha tinvolvi parteċipazzjoni diretta jew indiretta fl-eżerċizzju ta’ setgħat mogħtija mid-dritt pubbliku u t-twettiq ta’ funzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jitħares l-interess ġenerali tal-Istat jew ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/79" PAGE.ECR="3881">C-149/79, Ġabra p. 3881</REF.DOC.ECR>, punt 10), u Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja (punt 2).</P></NOTE>. Żiedet ukoll li, minkejja li jiġu ssodisfatti dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, ma jkunx ġustifikat li ssir deroga mill-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni jekk setgħat pubbliċi jiġu eżerċitati sporadikament, jew ikunu jikkostitwixxu parti żgħira mill-attività globali tal-kariga<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara Anker <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punti 63 u 64) u Colegio de Oficiales de la Marina Mercante Española (punti 44 u 45).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalhekk il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tistabbilixxi analiżi fi tliet stadji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 45(4) TFUE. Qabel ma neżamina f’iktar dettall dawn it-tliet stadji, irrid ngħid xi ħaġa fil-qosor dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>relazzjoni speċjali ta’ fedeltà<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> minħabba li dan jiċċara, fil-fehma tiegħi, il-vera raġuni għall-eżistenza tad-dispożizzjoni. Bħala tali, dan il-kunċett jikkostitwixxi l-isfond li fih il-prinċipji li jistgħu jinsiltu mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jiġu interpretati u applikati.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>relazzjoni speċjali ta’ fedeltà<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ relazzjoni speċjali ta’ fedeltà japplika b’riferiment għal karigi li — l-Istat jista’ leġittimament isostni — jimplikaw dmirijiet li, minħabba l-karatteristiċi intrinsiċi tagħhom, persuni biss li jkollhom rabta mal-Istat mhux biss sempliċiment b’relazzjoni ta’ impjieg, iżda wkoll bin-nazzjonalità, ikunu fl-aħjar pożizzjoni li jwettqu. Il-preżunzjoni li fuqha huwa bbażat dan il-kunċett hija li persuna ġeneralment ikollha sentimenti iktar b’saħħithom ta’ lealtà, fiduċja u devozzjoni għall-pajjiż tagħha u ta’ familtha u li fih jinsabu l-għeruq tagħha. Il-prinċipji legali predominanti biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità ta’ persuna ma humiex ir-rabta bid-demm (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/><HT TYPE="ITALIC">ius sanguinis</HT><QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>) jew mat-territorju (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/><HT TYPE="ITALIC">ius soli</HT><QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>)? Fin-nuqqas ta’ tali rabtiet ta’ <HT TYPE="ITALIC">sanguis</HT> u <HT TYPE="ITALIC">solum</HT> — skont din il-fehma — persuna jista’ jkollha inqas rieda, jew sempliċiment inqas kapaċità, taqdi dmirijietha fiċ-ċirkustanzi kollha, b’mod li twettaq kompletament kompitu li jkollha fl-interess pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Dik il-persuna jista’ jkollha inqas <HT TYPE="ITALIC">rieda</HT> minħabba li, pereżempju, id-detentur tal-kariga jista’ jkun jeħtieġlu li jqiegħed l-interessi tal-komunità jew tal-Istat qabel l-interessi tiegħu nnifsu, minkejja l-fatt li — f’ċerti ċirkustanzi — jista’ ma jkunx faċli li jagħmel hekk. Dan jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ persuni li jokkupaw karigi fil-forzi armati jew tal-pulizija tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-persuna jista’ jkollha inqas <HT TYPE="ITALIC">kapaċità</HT> minħabba li, pereżempju, ċittadini milquta mill-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi mogħtija lilha jistgħu jonqsu milli jirrikonoxxu lil dik il-persuna bħala li tkun qed taġixxi f’isem u fl-interess tal-Istat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ninnota li sar riferiment għal tali idea, korrettament fl-opinjoni tiegħi, waqt is-seduta, mill-Gvern Taljan.</P></NOTE>. Biex nagħti eżempju, persuna li ma tkunx ċittadina tista’ titqies li ma tkunx tirrappreżenta b’mod suffiċjenti lil dak il-pajjiż biex tinħatar fl-iktar karigi għolja tal-gvern. Bl-istess mod, persuna li ma jkollhiex rabtiet qawwija mal-aspetti soċjali, politiċi u kulturali tas-soċjetà li fiha hija jkollha twettaq il-funzjonijiet pubbliċi tagħha tista’ ma titqiesx miċ-ċittadini kollha bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>waħda minnhom<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Ir-riżultat ta’ dan jista’ jkun li l-atti magħmula minn dik il-persuna f’isem l-Istat, li jista’ jkollhom ukoll konsegwenzi serji għaċ-ċittadini tiegħu, ikunu jgawdu minn livell iktar baxx ta’ leġittimità u aċċettazzjoni. Dan jista’ jkun il-każ għal, fost oħrajn, membri tal-ġudikatura nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Komunitajiet twaqqfu bil-għan proprju li jegħlbu ż-żminijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/><HT TYPE="ITALIC">Blut und Boden</HT><QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Barra dan, la l-Istati Membri bħala entitajiet sovrani u lanqas iċ-ċittadini tagħhom ma huma llum dak li kienu fiż-żmien meta twaqqfu l-Komunitajiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, f’dan il-kuntest, id-diskussjoni reċenti dwar il-possibbiltà li ċ-ċittadnanza f’xi Stati tinkiseb sempliċiment abbażi ta’ kemm wieħed ikun sinjur.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-perċezzjoni tar-rwol tal-Istat, (i) fis-soċjetà, u (ii) fil-kuntest internazzjonali, qed tinbidel b’mod sinjifikattiv. Fir-rigward tal-ewwel, dak li ċ-ċittadini jistennew li l-Istat jagħmel għalihom, u kif, huwa manifestament suġġett għal tibdil rapidu fis-soċjetà. F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, kien hemm tendenza ċara lejn il-privatizzazzjoni u l-esternalizzazzjoni ta’ kompiti li fl-imgħoddi kienu strettament irriżervati għall-awtoritajiet pubbliċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Huwa interessanti li din it-tendenza mhux biss qed twassal għal iktar involviment ta’ ċittadini u negozji privati f’attivitajiet governattivi, iżda qed tagħti lok ukoll għal tkabbir li jidher fil-kummerċ minn gvern għal gvern fix-xena internazzjonali. Ara, O. Dettmer, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Unbundling the nation state — Countries have started to outsource public services to each other<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, 14(2014) <HT TYPE="ITALIC">The Economist</HT> [ippubblikat fit-<DATE ISO="20140208">8 ta’ Frar 2014</DATE>].</P></NOTE>. Fir-rigward tal-aħħar, kittieba akkademiċi legali fi żminijiet reċenti saħqu dwar kif, fid-dinja globalizzata tal-lum, fejn partijiet sinjifikattivi tal-kompetenzi kostituzzjonali ta’ Stati sovrani jew ġew ittrasferiti lil organizzazzjonijiet supranazzjonali jew qed jiġu <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> eżerċitati f’<HT TYPE="ITALIC">fora</HT> internazzjonali diversi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>I.J. Sand, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>From National Sovereignty to International and Global Cooperation: The Changing Context and Challenges of Constitutional Law in a Global Society<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> 2007 <HT TYPE="ITALIC">Scandinavian Studies in Law</HT>, pp. 273 sa 298, f’p. 275.</P></NOTE>, il-kunċett ta’ sovranità ma jistax jinftiehem f’termini tal-istess kunċetti tradizzjonali kif kienu użati fl-imgħoddi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, J.H.H. Weiler, <HT TYPE="ITALIC">The Constitution of Europe — <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Do the new clothes have an emperor?<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> and other essays on European integration</HT>, Cambridge University Press, Cambridge: 1999; N. MacCormick, <HT TYPE="ITALIC">Questioning Sovereignty</HT>, Oxford University Press, Oxford: 1999.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-kunċett ta’ ċittadinanza għadda wkoll minn bidliet sinjifikattivi. B’iktar mobbiltà tal-ħaddiema (u, b’mod iktar ġenerali, tal-persuni) fl-Unjoni Ewropea, il-fedeltà li storikament Stat kien jistenna miċ-ċittadini tiegħu, jekk ma ttiklitx, għall-inqas kienet suġġetta għal trasformazzjoni f’termini kunċettwali fl-Unjoni Ewropea. Barra dan, mit-Trattat ta’ Maastricht ’il quddiem, it-Trattati tal-UE jinkludu ċ-ċittadinanza tal-Unjoni bħala kunċett li huwa distint minn, u kollaterali għal, dak taċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru. Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza storika Grzelczyk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>[...] iċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni hija intiża sabiex tkun l-istat[us] fundamentali taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u tippermetti lil dawk li jkunu fl-istess sitwazzjoni jingħataw, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom u bla ħsara għall-eċċezzjonijiet espressament previsti f’dan ir-rigward, l-istess trattament ġuridiku<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza Grzelczyk (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-184/99" PAGE.ECR="I-6193" YEAR="2014">C-184/99, Ġabra p. I-6193</REF.DOC.ECR>, punt 31).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, billi niġbor fil-qosor dak li qal l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Konstantinidis<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza Konstantinidis (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-168/91" PAGE.ECR="I-1191" YEAR="2014">C-168/91, Ġabra p. I-1191</REF.DOC.ECR>, punt 46).</P></NOTE>, kull ċittadin tal-UE llum huwa intitolat jgħid <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/><HT TYPE="ITALIC">civis europaeus sum</HT><QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u jinvoka dan l-istatus biex jopponi kull ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu u — nżid ngħid — kull diskriminazzjoni mhux raġjonevoli u mhux iġġustifikata minħabba n-nazzjonalità fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>L-Artikolu 45(4) TFUE għandu, għaldaqstant, ikun suġġett għal interpretazzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-lum<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Fuq din il-bażi ngħid li jista’ jkun li l-konklużjonijiet milħuqa, f’każ partikolarment antik, dwar l-applikabbiltà ta’ (dak li llum huwa) l-Artikolu 45(4) TFUE ma għadhomx jikkostitwixxu preċedenti utli. Pereżempju, attwalment, ma naqbilx ma’ dak li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li kienet applikazzjoni korretta ta’ dik id-dispożizzjoni fil-paragrafu 8 tas-sentenza tagħha Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/79" PAGE.ECR="1845">C-149/79, Ġabra p. 1845</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha li issa ser niddiskuti f’iktar dettall l-analiżi fi tliet stadji msemmija fil-punti 44 u 45 iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-analiżi fi tliet stadji fl-applikazzjoni tal-Artikolu 45(4) TFUE</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-ewwel stadju, b’rabta mal-eżerċizzju ta’ setgħat mogħtija mid-dritt pubbliku, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha, sal-lum, ma pprovdiet ebda definizzjoni ġenerali u ċara ta’ dawn it-termini. Iżda wieħed jista’ jislet għadd ta’ elementi mill-ġurisprudenza, inkluż — għar-raġunijiet li diġà ġew spjegati — l-element relatat mal-eżerċizzju ta’ attivitajiet li huma marbuta mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika skont l-Artikolu 51 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hija ħaġa ċerta li dawn it-termini jinkludu s-setgħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">imperium</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Għal din l-espressjoni, ara wkoll il-konklużjonijiet magħquda tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-kawżi Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-47/08+C-50/08+C-51/08+C-53/08+C-54/08+C-61/08" PAGE.ECR="I-4105">C-47/08, C-50/08, C-51/08, C-53/08, C-54/08 u C-61/08, Ġabra p. I-4105</REF.DOC.ECR>, punt 97).</P></NOTE>, jiġifieri s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi, ġudizzjarji u militari supremi inerenti fil-kunċett ta’ setgħat sovrani, li huma eżerċitati mill-Istat permezz ta’ ċerti korpi jew individwi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Issa l-kwalitajiet ta’ kmand suprem huma dawn, Li jagħmel u jħassar Liġijiet. Li jiddeċiedi Gwerra u paċi, li jkun jaf u jiġġudika l-kontroversji kollha, jew huwa nnifsu, jew permezz ta’ Mħallfin maħtura minnu: li jeleġġi l-Maġistrati; il-Ministri, u l-Kunsillieri kollha.<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (Thomas Hobbes, <HT TYPE="ITALIC">De Cive</HT> (dwar iċ-ċittadin), [1642] Kapitolu VI, §XVIII.) [traduzzjoni libera]</P></NOTE>. It-tieni nett, fil-fehma tiegħi ma huwiex ikkontestat li dawn it-termini jinkludu wkoll setgħat sikwit indikati bit-terminu <HT TYPE="ITALIC">potestas</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, għat-tifsira ġenerali ta’ dan it-terminu, A. Berger, <HT TYPE="ITALIC">Encyclopedic Dictionary of Roman Law</HT>, The American Philosophical Society, Philadelphia: 1953, p. 640.</P></NOTE>, li jfisser dawk is-setgħat kollha li jinvolvu l-kapaċità li jiġu adottati atti li jkunu legalment vinkolanti indipendentement minn (jew minkejja) r-rieda tad-destinatarju, u li jiġu inforzati permezz ta’ koerzjoni u piena<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Colegio de Oficiales de la Marina Mercante Española (punt 42) u Anker <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, (punt 61).</P></NOTE>. It-tielet nett, huwa wkoll evidenti li s-sempliċi eżerċizzju ta’ <HT TYPE="ITALIC">kull</HT> setgħa ta’ natura amministrattiva (jiġifieri ta’ natura differenti minn dik li tappartjeni lil individwi privati) ma jistax,<?PAGE NO="12"?> għall-kuntrarju, jitqies awtomatikament li jinvolvi setgħat mogħtija mid-dritt pubbliku. Tabilħaqq, karigi li jikkonċernaw prinċipalment it-twettiq ta’ xogħol klerikali jew l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet tekniċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-3/88" PAGE.ECR="I-4035">C-3/88, Ġabra p. I-4035</REF.DOC.ECR>, punt 13); is-sentenza Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-451/03" PAGE.ECR="I-2941">C-451/03, Ġabra p. I-2941</REF.DOC.ECR>, punti 39 u 40); u s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-438/08" PAGE.ECR="I-10219">C-438/08, Ġabra p. I-10219</REF.DOC.ECR>, punt 40).</P></NOTE>, u li ma jinvolvux setgħat diskrezzjonali jew ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑225/85, punt 9). Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-50/08" PAGE.ECR="I-4195">C-50/08, Ġabra p. I-4195</REF.DOC.ECR>, punt 76), u Reyners (punti 51 sa 53).</P></NOTE>, ma humiex koperti minn dak il-kunċett.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ċertament hemm lok għal dubju bejn dawn il-kategoriji, fejn jista’ ma jkunx daqshekk faċli li jiġi ddeterminat jekk is-setgħat amministrattivi konnessi ma’ kariga pubblika speċifika jkunux tali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45(4) TFUE. Naħseb li evalwazzjoni każ każ biss li tqis il-karatteristiċi kollha tal-prerogattivi u tal-attivitajiet konnessi ma’ kariga partikolari tista’ tippermetti lill-interpretu jagħmel tali determinazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>kumpass<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> li, fil-fehma tiegħi, jindika d-direzzjoni korretta lill-interpretu ma jistax, kif imsemmi iktar ’il fuq, ikun ħaġa oħra għajr il-domanda jekk hemmx raġunijiet oġġettivi li għalihom Stat jista’ jkun tal-fehma li persuni biss li jkunu konnessi miegħu bir-rabta tan-nazzjonalità jkollhom, wisq probabbli, iktar rieda jew kapaċità li jaqdu d-dmirijiet li ġġib magħha kariga partikolari. L-elementi li, fl-opinjoni tiegħi, jistgħu jkunu partikolarment rilevanti f’dan ir-rigward jinkludu dawn li ġejjin: (i) kemm ikunu qrib u konnessi l-attivitajiet eżerċitati b’rabta mas-setgħat imsemmija iktar ’il fuq ta’ <HT TYPE="ITALIC">imperium</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">potestas</HT>; (ii) jekk il-kariga tinvolvix li jkunu ttrattati affarijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara l-Artikolu 346(1) TFUE.</P></NOTE>; (iii) il-livell ta’ responsabbiltà<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bleis (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-4/91" PAGE.ECR="I-5627">C-4/91 Ġabra p. I-5627</REF.DOC.ECR>, punt 6).</P></NOTE> li jimplika l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat, f’termini ta’ anzjanità, jew ta’ dmirijiet ta’ ġestjoni jew sorveljanza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/79" PAGE.ECR="1845">C-149/79, Ġabra p. 1845</REF.DOC.ECR>, punti 8 u 11), u s-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑225/85, punt 9). Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall (punt 41).</P></NOTE>; (iv) jekk dawn is-setgħat, f’soċjetà moderna, min-natura tagħhom stess<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-kawża Colegio de Oficiales de la Marina Mercante Española (punt 83).</P></NOTE> jew tipikament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu (punt 27) u s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/79" PAGE.ECR="1845">C-149/79, Ġabra p. 1845</REF.DOC.ECR>, punt 12).</P></NOTE>, jitqisux li huma eżerċitati minn awtoritajiet Statali; (v) l-effetti fit-tul jew, bil-maqlub, limitati, li l-attivitajiet li l-kariga tkun tinvolvi jista’ jkollhom fuq individwi oħra; u (vi) jekk l-atti jew il-miżuri adottati mid-detentur tal-kariga jipproduċux konsegwenzi legali immedjati u diretti fil-konfront ta’ individwi oħra, jew jekk ikunux biss ta’ natura awżiljari jew preparatorja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall (punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-punt imsemmi l-aħħar aktarx jixraqlu ftit iktar spjegazzjoni. Tabilħaqq, parteċipazzjoni <HT TYPE="ITALIC">indiretta</HT> fl-eżerċizzju ta’ setgħat pubbliċi tista’ wkoll, f’ċerti ċirkustanzi, titqies suffiċjenti biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara l-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28.</P></NOTE>. Madankollu, dik il-parteċipazzjoni indiretta ma tistax tkun daqshekk <HT TYPE="ITALIC">remota</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu (punt 31).</P></NOTE> li — ikolli ngħid — il-konnessjoni bejn l-eżerċizzju attwali tas-setgħat pubbliċi u l-kontribuzzjoni għal dak l-eżerċizzju magħmula mid-detentur tal-kariga tkun tidher dgħajfa jew ta’ ftit sinjifikat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Pereżempju, ara s-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-114/97" PAGE.ECR="I-6717">C-114/97, Ġabra p. I-6717</REF.DOC.ECR>, punti 37 u 38), u Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti (punti 47 u 48).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Malli jiġi ddeterminat li l-kariga inkwistjoni tkun tinvolvi parteċipazzjoni fl-eżerċizzju ta’ setgħat mogħtija mid-dritt pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 45(4) TFUE, ikun għad jonqos jiġi vverifikat — bħala t-tieni stadju — li dawk is-setgħat ikunu qed jingħataw biex jiġi segwit l-interess ġenerali. Fi kliem ieħor, għandu jiġi żgurat jekk il-persuna li tokkupa l-kariga pubblika jkollhiex taqdi funzjonijiet fl-interess tal-komunità, għall-kuntrarju tal-qadi ta’ funzjonijiet li jsegwu interess privat.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Din il-kundizzjoni, għalhekk, ma hijiex issodisfatta f’każijiet fejn l-Istat jagħti lil individwu jew entità setgħat jew prerogattivi speċjali — inkambju għal remunerazzjoni pekunjarja, jew f’kull każ, fil-kuntest ta’ relazzjoni sinallagmatika — li dik il-persuna jew entità tista’ tuża biex issegwi l-interessi tagħha stess jew dawk ta’ għadd limitat ta’ individwi. Barra dan, naqbel mal-Gvern Taljan fis-sens li din il-kundizzjoni ma tkunx issodisfatta wkoll meta s-setgħat amministrattivi jiġu eżerċitati biex jiġi segwit sempliċi interess ekonomiku jew industrijali tal-Istat. Fi kliem ieħor, huwa l-interess tal-Istat bħala komunità li huwa rilevanti skont l-Artikolu 45(4) TFUE u mhux dak tal-Istat meta jaġixxi bħala operatur normali fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, u dan huwa t-tielet stadju tal-analiżi, jeħtieġ, biex japplika l-Artikolu 45(4) TFUE, li l-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat pubbliċi mogħtija biex jiġi segwit l-interess ġenerali ma jkunx wieħed okkażjonali, jew ma jkunx jikkostitwixxi biss parti żgħira mill-attivitajiet globali mwettqin mill-persuna li tokkupa l-kariga inkwistjoni. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-użu tas-setgħat pubbliċi previsti mill-Artikolu 45(4) TFUE minn persuni li ma jkunux ċittadini tal-Istat Membru inkwistjoni, li jkun sporadiku jew eċċezzjonali biss, ma jistax jimmina l-interessi li din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tipproteġi. Għalhekk, kariga tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45(4) TFUE biss meta l-eżerċizzju ta’ setgħat mogħtija mid-dritt pubbliku fl-interess ġenerali jkun jikkostitwixxi l-qofol tal-funzjonijiet ta’ dik il-kariga<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Lenz fil-kawża Lawrie-Blum (p. 2136).</P></NOTE>, jew ikun għall-inqas maħsub li jseħħ fuq bażi regolari<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara l-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29.</P></NOTE>. Jidhirli li, f’dan ir-rigward, il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jaqdi rwol ewlieni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punti 140 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li issa ser neżamina l-applikabbiltà tal-Artikolu 45(4) TFUE għall-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali li jeżerċita funzjonijiet bħal dawk previsti fid-dritt Taljan.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-applikabbiltà tal-Artikolu 45(4) TFUE għal dan il-każ</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>I. Haralambidis, l-Autorità Portuale di Brindisi, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni jargumentaw li l-Artikolu 45(4) TFUE ma huwiex applikabbli fil-kawża prinċipali. Essenzjalment jenfasizzaw li dik il-kariga teżiġi prinċipalment ħiliet ta’ ġestjoni u tekniċi u li l-eżerċizzju ta’ kull setgħa pubblika għall-finijiet tal-Artikolu 45(4) TFUE jkun l-iktar l-iktar okkażjonali. Konsegwentement l-Artikolu 45(1) sa (3) TFUE jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li teżiġi ċ-ċittadinanza Taljana għal aċċess għall-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Bil-maqlub, C. Casilli, kif ukoll il-Gvern Spanjol u l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi jikkontendu li l-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali taqa’ perfettament taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> skont it-tifsira tal-Artikolu 45(4) TFUE. Jenfasizzaw li s-setgħat amministrattivi mogħtija lill-persuni li jaqdu dik il-kariga huma pjuttost estensivi, u li għandhom jiġu eżerċitati fl-interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Issa ser neżamina s-setgħat li l-liġi Taljana tagħti lill-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali skont l-analiżi tat-tliet stadji murija iktar ’il fuq. Kif ser jintwera, is-setgħat mogħtija lill-President ta’ Awtorità Portwali, fil-parti l-kbira tagħhom, ma jistgħux jitqiesu li jingħataw mid-dritt pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 45(4) TFUE. Barra dan, anki dawk is-setgħat li jistgħu jaqgħu taħt din id-definizzjoni jew ma jidhrux li huma eżerċitati fl-interess tal-komunità, iżda sempliċement fl-interess ekonomiku partikolari tal-Awtorità Portwali, jew huma intiżi li jiġu eżerċitati biss sporadikament jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Mill-bidu nett għandu jiġi osservat li huwa ċar li s-setgħat kollha li jgawdi l-President ta’ Awtorità Portwali skont il-liġi Taljana ma humiex dawk li normalment jingħataw mill-Istat lill-korpi eżekuttivi, militari jew ġudizzjarji supremi tiegħu. Lanqas ma huma marbuta mill-qrib ma’ dawn is-setgħat sovrani.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-President ġeneralment jinvolvi livell għoli ta’ responsabbiltà u jimplika diskrezzjoni relattivament wiesgħa. Huwa paċifiku wkoll li l-attività tiegħu sikwit tiġi eżerċitata permezz ta’ atti ta’ natura amministrattiva, li immedjatament jipproduċu effetti legali fil-konfront tad-destinatarji tagħhom. Madankollu, ftit biss minn dawn l-attivitajiet jidhru li jinvolvu setgħa vera ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u, meta dan ikun il-każ, rarament iwasslu għall-adozzjoni ta’ atti li jistgħu jiġu infurzati mingħajr l-għajnuna tal-pulizija jew tal-qrati nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Dwar l-importanza ta’ dan l-element, ara, b’analoġija, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall (punt 44), u s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza (C‑50/08, punt 93).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Dwar dak li jikkonċerna l-kompiti mogħtija lill-President ta’ Awtorità Portwali skont il-punti (a), (b), (c), (d), (e) u (n) tal-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 84/1994, nosserva li l-President tingħatalu biss setgħa li jissottometti proposti lill-Kumitat Portwali. Mingħajr ma nqajjem dubji dwar in-natura importanti jew ċentrali tar-rwol tiegħu bħala l-persuna li jippresjedi dak il-korp, jibqa’ l-fatt li l-Kumitat Portwali huwa kompost minn diversi membri u l-President ma jingħata ebda prerogattiva speċjali fuq il-membri l-oħra (bħal, pereżempju, id-dritt ta’ veto). F’kull każ, dawk l-atti (pereżempju l-estimi tal-baġit, il-karta tal-bilanċ u l-pjan operattiv ta’ tliet snin tal-Awtorità Portwali) jidhru li għandhom biss natura programmatika u jipproduċu kważi l-effetti legali kollha tagħhom fi ħdan l-entità li tadottahom.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kompiti indikati fil-punti f) u l) tal-Artikolu 8(3)(f) u (l) tal-Liġi Nru 84/1994, għandu jiġi osservat li dawn huma ddefiniti b’mod ħafif, u jidhru li jinvolvu prinċipalment setgħat ta’ koordinazzjoni jew promozzjoni ta’ attivitajiet li finalment għandhom jiġu eżerċitati minn awtoritajiet jew korpi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Ċertament, il-President ta’ Awtorità Portwali fil-fatt jeżerċita setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u setgħat eżekuttivi b’rabta mal-kompiti assenjati lilu mill-punti (h), (i) u (m) tal-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 84/1994.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Iżda wara skrutinju iktar mill-qrib, ma nemminx li l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat huwa biżżejjed biex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">stretti ħafna</HT> tal-Artikolu 45(4) TFUE. Minn naħa, jidhirli li s-setgħat mogħtija b’rabta mal-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet u konċessjonijiet għall-użu ta’ ċerti żoni tal-port jew għall-eżerċizzju ta’ ċerti attivitajiet fil-port jistgħu, essenzjalment, jitqabblu ma’ dawk eżerċitati minn impriżi privati li jwettqu attività industrijali jew kummerċjali. B’mod partikolari, minkejja l-fatt li huma fil-forma ta’ atti amministrattivi u jikkonċernaw proprjetà li tappartjeni lill-Istat, l-atti adottati mill-President ta’ Awtorità Portwali f’dan il-kuntest jixbhu, minn aspett ekonomiku, kuntratti ta’ lokazzjoni jew kera li jistgħu jiġu konklużi bejn impriżi privati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza CO.GE.P (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-174/06" PAGE.ECR="I-9359">C-174/06, Ġabra p. I-9359</REF.DOC.ECR>, punti 31 sa 35).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, l-għan ewlieni li l-President ta’ Awtorità Portwali jfittex li jilħaq meta jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu f’dan ir-rigward huwa — kif osservat mill-Gvern Taljan — li jiżgura użu effiċjenti u ta’ qligħ mill-proprjetajiet tal-Istat iġġestiti mill-Awtorità Portwali. Fi kliem ieħor, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Kewkba Polari<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> li tiggwida l-attività tal-President f’dan ir-rigward hija l-interess finanzjarju u ekonomiku tal-awtorità li huwa jippresjedi, iktar milli l-interess iktar ġenerali tal-komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Wara li għidt dan, fil-fehma tiegħi, hemm żewġ kompiti, mogħtija lill-President ta’ Awtorità Portwali, li jinvolvu setgħat ta’ koerzjoni fil-konfront taċ-ċittadini u li jidhru li huma eżerċitati mhux biss fl-interess tal-Awtorità Portwali nfisha, iżda wkoll f’dak tal-komunità. Nirreferi, l-ewwel nett, għas-setgħa, mogħtija mill-Artikoli 54 u 55 tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni Taljan (li għaliha jirreferi l-punt (h) tal-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 84/1994), li jadotta ordni li titlob lil persuna, li tkun okkupat<?PAGE NO="15"?> illegalment żona tal-proprjetà marittima tal-Istat, tistabbilixxi mill-ġdid l-<HT TYPE="ITALIC">istatus quo</HT> f’perjodu fiss ta’ żmien u, f’każ li tonqos li tosserva din l-ordni, li jipprovdi għal tali restituzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, bi spejjeż tal-persuna li tikser din l-ordni. It-tieni nett, nirreferi għall-kompitu li jiġu żgurati n-navigabbiltà taż-żona portwali u x-xogħlijiet ta’ skavi u manutenzjoni ta’ qiegħ il-baħar li fir-rigward tagħhom il-President ta’ Awtorità Portwali għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet vinkolanti, f’każ ta’ neċessità u urġenza immedjata.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa ċar li dawn is-setgħat ma jikkonċernawx il-funzjonijiet bażiċi assenjati lill-President ta’ Awtorità Portwali. Jikkostitwixxu aktarx parti relattivament żgħira mill-attività globali tiegħu. Barra dan, il-Gvern Taljan ikkonferma li dawn is-setgħat huma maħsuba li jiġu eżerċitati sporadikament biss jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali. Tabilħaqq, setgħat iktar ġenerali u estensivi ta’ pulizija u koerzjoni fiż-żoni ġġestiti mill-Awtorità Portwali jiġu eżerċitati mill-forzi tal-pulizija kompetenti, u b’mod partikolari mill-<HT TYPE="ITALIC">Capitanerie di Porto — Guardia Costiera</HT> (il-Gwardja Kostali Taljana)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Il-Gwardja Kostali Taljana hija korp tal-Flotta Taljana li l-kompiti u l-funzjonijiet tagħha huma marbuta prinċipalment mal-użu ċivili tal-baħar.</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-infurzar ta’ kull att ieħor adottat mill-President ta’ Awtorità Portwali jirrikjedi l-assistenza ta’ dawn il-forzi tal-pulizija u, fejn ikun xieraq, l-intervent ta’ mħallef.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-punt (n-bis) tal-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 84/1994 jidher li jipprovdi dispożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>umbrella<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Il-punt (n-bis) tal-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 84/1994 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>[i]l-President ta’ Awtoritá Portwali għandu l-kompitu li jeżerċita kull setgħa oħra [mogħtija lill-Awtorità Portwali] li dik il-liġi ma tafdax lill-korpi l-oħra tal-Awtorità Portwali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</P></NOTE>. Madankollu, minn analiżi globali tal-Liġi Nru 84/1994, ma nara ebda setgħa bħal din li tista’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 45(4) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, jidhirli li l-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali hija waħda fejn il-maġġoranza l-kbira tal-funzjonijiet attribwiti lilha u, f’kull każ, is-setgħat kritiċi konnessi magħha, huma ta’ natura teknika u ta’ ġestjoni. Fundamentalment, jidher li l-kriterji meħtieġa biex wieħed jaqdi din il-kariga huma l-kompetenza u l-esperjenza fl-oqsma tat-trasport, tal-ekonomija u tar-riżorsi umani. Ma nistax nara r-raġunijiet li għalihom Stat Membru jista’ raġonevolment ikun tal-fehma li, wisq probabbli, ċittadin ta’ dak l-Istat biss ikun jista’ jew irid iwettaq id-dmirijiet involuti f’dik il-kariga. Fi kliem ieħor, ma narax x’valur miżjud ir-rabta tan-nazzjonalità tista’ possibbilment iġġib għat-twettiq xieraq tal-funzjonijiet mogħtija mil-liġi lill-President ta’ Awtorità Portwali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Consiglio di Stato kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali li tillimita għaċ-ċittadini tal-Istat Membru l-kariga ta’ President ta’ Awtorità Portwali, li jeżerċita funzjonijiet bħal dawk indikati fl-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 84/1994, tat-<DATE ISO="19940128">28 ta’ Jannar 1994</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>Riformulazzjoni tar-regoli dwar portijiet<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> (Legge <DATE ISO="19940128">28 gennaio 1994</DATE>, n. 84, Riordino della legislazione in materia portuale).</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>