<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-567/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0567</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:158">EU:C:2019:158</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190228">28.2.2019</DATE> – Kawża C-567/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bene Factum</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Dazji tas-sisa</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/83/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 27(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>prodotti mhux intiżi għall-konsum mill-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kriterji ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑567/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170918">18 ta’ Settembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170926">26 ta’ Settembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Bene Factum<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> UAB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Malenovský, L. Bay Larsen (Relatur), M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Bene Factum<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> UAB, minn M. Valiukas, advokatas,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn R. Krasuckaitė, V. Kazlauskaitė-Švenčionienė, G. Taluntytė u D. Kriaučiūnas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u O. Serdula, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn K. Georgiadis, K. Boskovits, E. Zisi u M. Tassopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, T. Larsen u N. Vitorino, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Perrin u J. Jokubauskaitė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20181128">28 ta’ Novembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Bene Factum<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> UAB u l-Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (id-Direttorat Nazzjonali tat-Taxxi fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Direttorat Nazzjonali tat-Taxxi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), dwar it-tassazzjoni tal-alkoħol etiliku li jinsab fi prodotti kożmetiċi u fi prodotti tal-iġjene.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 92/83, l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq l-alkoħol etiliku konformement ma’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-prodotti koperti b’din id-Direttiva mis-sisa armonizzata taħt il-kondizzjonijiet li għandhom jistipulaw għall-iskop li tkun assigurata l-aplikazzjoni korretta u ħafifa ta’ dawn l-eżenzjonijiet u li tkun ipprevenuta xi evażjoni, ħelsien jew abbuż:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta jkun denaturalizzat skond il-ħtiġijiet ta’ kwalunkwe Stat Membru kif ukoll użat għall-manifattura ta’ xi prodott mhux għall-konsum tal-bnedmin<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(5) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Jekk Stat Membru jsib li prodott li kien eżentat skond il-paragrafi 1(a) jew 1(b) hawn fuq jirriżulta fl-evażjoni, ħelsien jew abbuż, dan jista’ jirrifjuta li jagħti eżenzjoni jew li jirtira l-eżenzjoni diġà mogħtija. L-Istat Membru għandu javża lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-komunikazzjoni lill-Il-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar minn meta tkun irċevietha. Deċiżjoni finali imbagħad għandha ssir skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 92/12/KEE. L-Istati Membri m’għandhomx ikunu obbligati li jagħtu effett retroattiv għal din id-deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 27(1) tal-Lietuvos Respublikos akcizų įstatymas (il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar id-Dazji tas-Sisa), kif emendata bil-Liġi Nru XI-722 tal-<DATE ISO="20100401">1 ta’ April 2010</DATE>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[…] għandhom jiġu eżentati mid-dazju tas-sisa:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-alkoħol etiliku rrikonoxxut bħala alkoħol etiliku żnaturat li huwa eżentat mid-dazji tas-sisa<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 28 tal-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar id-Dazji tas-Sisa, kif emendata, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-alkoħol etiliku ma għandux jiġi suġġett għad-dazju tas-sisa fil-kundizzjonijiet segwenti:</P><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti tal-Istat Membru kkonċernat u intiż għall-manifattura ta’ prodotti mhux tal-ikel, li għandu jibbenefika minn tali eżenzjoni skont l-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva [92/83]. Fir-rigward tar-Repubblika tal-Litwanja, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu stabbiliti mill-Gvern jew minn awtorità awtorizzata minnu<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-punt 3.3 tal-1992 m. spalio 19 d. Tarybos direktyvos 92/83/EEB dėl akcizų už alkoholį ir alkoholinius gėrimus struktūrų suderinimo 27 straipsnio 1 dalies b punkto taikymo Lietuvos Respublikoje taisyklės (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 […]), approvat bid-Digriet Nru 902 tal-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja, tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, emendat bid-Digriet Nru 927 tal-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja, tas-<DATE ISO="20110817">17 ta’ Awwissu 2011</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[l]-alkoħol etiliku żnaturat li joriġina minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandu jkun eżentat mid-dazji tas-sisa biss jekk […] jinstab fi prodotti mhux tal-ikel u jekk, fl-Istat Membru minn fejn jiġu importati l-imsemmija prodotti, dan l-alkoħol etiliku żnaturat jista’ jintuża f’tali prodotti mhux tal-ikel mingħajr il-ħlas tad-dazji tas-sisa<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Matul il-perijodu bejn is-sena 2009 u s-sena 2014, Bene Factum, li hija stabbilita fil-Litwanja u li teżerċita b’mod partikolari attività ta’ manifattura u ta’ kummerċ ta’ prodotti kożmetiċi u ta’ prodotti tal-iġjene, introduċiet fit-territorju Litwan, għal finijiet kummerċjali, likwidi għall-ħasil tal-ħalq u alkoħol għal użu kożmetiku (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>prodotti kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li kienet akkwistat mingħand kumpannija stabbilita fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-impriża Pollakka kienet tipproduċi din il-merkanzija fuq ordni mingħand Bene Factum, li kienet teżerċita kontroll fuq il-proċess ta’ manifattura, b’mod partikolari billi tiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni u l-ippakkjar tal-prodotti, kif ukoll dwar id-dehra tat-tikketti. Il-prodotti kontenzjużi kienu intiżi esklużivament għal Bene Factum u kellhom fuqhom it-trade mark BF cosmetics, li tagħha Bene Factum kienet il-proprjetarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-alkoħol etiliku li jinsab f’dawn il-prodotti rrilaxxati għall-konsum fil-Polonja kien żnaturat konformement mar-rekwiżiti stabbiliti minn dan l-Istat Membru. Għall-iżnaturament kien jintuża alkoħol isopropiliku, li huwa sustanza tossika. Għaldaqstant, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Litwan, Bene Factum ma ddikjaratx l-introduzzjoni ta’ din il-merkanzija fit-territorju Litwan u ma ħallsitx dazju tas-sisa fuq l-alkoħol etiliku żnaturat li jinsab fil-prodotti kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-Direttorat Nazzjonali tat-Taxxi wettaq verifika fiskali ta’ Bene Factum u fil-kuntest tagħha stabbilixxa li l-prodotti importati u pprovduti minn din tal-aħħar kienu jinbiegħu minn diversi impriżi ta’ bejgħ bil-grossa u bl-imnut, li kienu joperaw b’mod partikolari kjosks. F’dawn il-kjosks, il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kontenzjużi kienet tiffoka essenzjalment fuq pubbliku li jikkonsmahom bħala xarbiet alkoħolizzati intossikanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-Direttorat Nazzjonali tat-Taxxa indika li Bene Factum ma kienet ħadet ebda miżura sabiex tevita li l-prodotti importati minnha ma jintużawx bħala xarbiet alkoħolizzati. Il-qorti tar-rinviju taqbel mal-evalwazzjoni tal-imsemmija amministrazzjoni nazzjonali fis-sens li t-tikketta magħżula mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari l-indikazzjoni ta’ perċentwali tal-qawwa alkoħolika, iż-żieda ta’ aromi fil-prodotti kontenzjużi, il-fatt li l-alkoħol etiliku inkwistjoni ma kienx jiġi żnaturat konformement mad-dritt Litwan, meta l-prodotti kienu jiġu mmanifatturati fuq ordni mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u kienu essenzjalment intiżi għas-suq fil-Litwanja, kif ukoll il-prezz baxx applikat għall-prodotti, setgħu jitqiesu bħala fatturi li jikkontribwixxu għall-konsum tal-prodotti kontenzjużi bħala xarbiet alkoħolizzati. Madankollu, il-qorti tar-rinviju enfasizzat li Bene Factum ma kinitx tbigħ dawn il-prodotti lill-konsumaturi finali hija stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, ma hemm xejn li jippermetti li jitqies li l-persuni li kienu jixtru l-prodotti kontenzjużi bil-għan li jikkonsmawhom bħala xarbiet alkoħolizzati ma kinux jafu jew ma setgħux ma jkunux jafu li kienu qegħdin jixtru prodotti kożmetiċi jew prodotti tal-iġjene u mhux xarbiet alkoħolizzati. L-imsemmija qorti madankollu tqis li Bene Factum kienet taf li ċerti persuni kienu jikkonsmawhom bħala xarbiet alkoħolizzati u li, meta kienet tordna dawn il-prodotti sabiex jiġu mmanifatturati, hija kienet manifestament tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara li evalwa l-punti stabbiliti fil-kuntest tal-verifika fiskali, id-Direttorat Nazzjonali tat-Taxxi, fuq il-bażi b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ supremazija tal-mertu fuq il-forma stabbilit fid-dritt nazzjonali, iddeċieda li l-prodotti kontenzjużi li Bene Factum kienet introduċiet fil-Litwanja kienu intiżi sabiex jiġu kkonsmati, minn persuni, bħala prodotti tal-ikel u li, għaldaqstant, l-alkoħol etiliku li jinsab f’dawn il-prodotti kien suġġett għad-dazju tas-sisa. Dan id-direttorat ordna lil Bene Factum tħallas l-ammont tad-dazji tas-sisa dovuti u l-ammonti inċidentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tat-Tilwim Fiskali u mbagħad il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Vilnius, il-Litwanja), aditi, rispettivament, b’rikors amministrattiv u b’rikors kontenzjuż, ippreżentati suċċessivament minn Bene Factum, ikkonfermaw id-deċiżjoni tad-Direttorat Nazzjonali tat-Taxxi u ċaħdu bħala infondati r-rikorsi ta’ din il-kumpannija. Wara dan, Bene Factum ippreżentat appell mis-sentenza ta’ ċaħda quddiem il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, meta qies li l-prodotti kontenzjużi kienu intiżi għall-konsum mill-bniedem u li, għalhekk, kienu suġġetti għad-dazju tas-sisa, id-Direttorat Nazzjonali tat-Taxxi qies li waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa, previsti fl-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83, ma kinitx issodisfatta. Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, mill-pożizzjoni meħuda mill-amministrazzjoni fiskali fil-kawża prinċipali jirriżulta li din l-amministrazzjoni ma kkunsidratx li l-kumpannija inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet wettqet frodi, evażjoni jew abbuż fis-sens tal-Artikolu 27(5) tad-Direttiva 92/83.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva [92/83], għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-prodotti kollha mhux intiżi għall-konsum mill-bniedem skont l-użu (il-konsum) prinċipali (dirett) li huma intiżi għalih, indipendentement mill-fatt li ċerti persuni jikkonsmaw prodotti kożmetiċi jew ta’ iġjene bħall-prodotti inkwistjoni f’dan il-każ bħala xorb alkoħoliku għal raġunijiet ta’ intossikazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-risposta għall-ewwel domanda hija affettwata mill-fatt li l-persuna li importat il-prodotti inkwistjoni minn Stat Membru kienet taf li l-prodotti li jinkludu alkoħol etiliku żnaturat u mmanifatturat fuq ordni tagħha u mqassma (mibjugħa) fil-Litwanja lill-konsumaturi finali minn persuni oħra, huma kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni, u għalhekk hija mmanifatturat u ttikkettjat dawn il-prodotti filwaqt li ħadet inkunsiderazzjoni dan il-fatt bl-għan li tbiegħ minnhom kemm jista’ jkun possibbli?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83, l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-prodotti koperti minn din id-direttiva, fosthom l-alkoħol etiliku, mid-dazju tas-sisa armonizzat fil-kundizzjonijiet stabbiliti minnhom sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta u diretta ta’ dawn l-eżenzjonijiet u sabiex jevitaw kull frodi, evażjoni jew abbuż, meta dawn ikunu żnaturati konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru u jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti li ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Kif deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-alkoħol etiliku li jinsab fi prodott li ma huwiex intiż għall-konsum mill-bniedem u li ġie żnaturat skont metodu approvat fi Stat Membru jibbenefika mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:672">EU:C:2000:672</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ikun kuntrarju għad-Direttiva 92/83 jekk l-eżenzjoni ta’ prodott li jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(1)(b) tagħha tiġi rrifjutata għas-sempliċi raġuni li ġie kkonstatat li l-użu intenzjonat reali tiegħu ma tikkorrispondix għad-deskrizzjoni mogħtija lilu mill-operatur (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:672">EU:C:2000:672</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li prodotti ppreżentati bħala prodotti kożmetiċi jew bħala prodotti tal-iġjene tal-ħalq, li fihom l-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru, bħala prodotti li ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, ma jistgħux jiġu mċaħħda mill-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa prevista fl-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 għar-raġuni li ċerti persuni jikkonsmaw dawn il-prodotti bħala xarbiet alkoħoliċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-prodotti kontenzjużi, li għandhom it-trade mark BF cosmetics, kienu jinbiegħu bħala prodotti kożmetiċi jew bħala likwidi għall-ħasil tal-ħalq u li l-persuni li kienu jixtruhom bħala xarbiet alkoħolizzati kienu jafu jew kien imisshom kienu jafu li kienu qegħdin jixtru prodotti kożmetiċi jew prodotti tal-iġjene tal-ħalq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni, f’sitwazzjoni fejn il-persuna li timporta dawn il-prodotti minn Stat Membru, sabiex jiġu ddistribwiti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni minn persuni oħra lil konsumaturi finali, filwaqt li tkun taf li huma kkonsmati wkoll bħala xarbiet alkoħoliċi, tordna l-manifattura u l-ittikkettjar tagħhom filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt bil-għan li tbigħ iktar minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda jirriżulta li l-prodotti li ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem u li jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ żnaturament prevista fl-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83, huma koperti mill-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa prevista f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tindika li l-fatt li Bene Factum iddisinjat l-ippakkjar tal-prodotti kontenzjużi, it-tikketta tagħhom, b’mod partikolari l-indikazzjoni tal-perċentwali tal-qawwa alkoħolika, u ordnat iż-żieda ta’ aromi f’dawn il-prodotti, jista’ jitqies bħala li jiffavorixxi l-konsum ta’ dawn il-prodotti bħala xarbiet alkoħolizzati. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tindika wkoll li dawn il-prodotti kienu jinbiegħu bħala prodotti kożmetiċi jew likwidi għall-ħasil tal-ħalq u li l-persuni li kienu jixtruhom bħala xarbiet alkoħolizzati kienu jafu jew kien imisshom kienu jafu li kienu qegħdin jixtru prodotti kożmetiċi jew prodotti tal-iġjene tal-ħalq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jirriżulta li l-miżuri meħuda minn Bene Factum relattivament għall-karatteristiċi tal-prodotti kontenzjużi ma jipprekludux il-preżentazzjoni ta’ dawn il-prodotti bħala prodotti kożmetiċi jew bħala prodotti tal-iġjene tal-ħalq li ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, ħlief fil-każ ta’ frodi, ta’ evażjoni jew ta’ abbuż, li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tad-Direttiva 92/83, l-eventwali miżuri, meħuda mill-fabbrikant ta’ tali prodotti relattivament għall-karatteristiċi tagħhom, sakemm ma jipprekludux il-preżentazzjoni tagħhom bħala prodotti li ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, ma jistgħux iċaħħduhom mill-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa prevista fl-Artikolu 27(1)(b) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-punt 17 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tad-Direttiva 92/83 għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex ikkunsidrata mill-awtorità nazzjonali kompetenti u l-qorti tar-rinviju ma hijiex qiegħda tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene<?PAGE NO="7"?> tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni, f’sitwazzjoni fejn il-persuna li timporta dawn il-prodotti minn Stat Membru, sabiex jiġu ddistribwiti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni minn persuni oħra lil konsumaturi finali, filwaqt li tkun taf li huma kkonsmati wkoll bħala xarbiet alkoħoliċi, tordna l-manifattura u l-ittikkettjar tagħhom filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt bil-għan li tbigħ iktar minnhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni, f’sitwazzjoni fejn il-persuna li timporta dawn il-prodotti minn Stat Membru, sabiex jiġu ddistribwiti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni minn persuni oħra lil konsumaturi finali, filwaqt li tkun taf li huma kkonsmati wkoll bħala xarbiet alkoħoliċi, tordna l-manifattura u l-ittikkettjar tagħhom filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt bil-għan li tbigħ iktar minnhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>