22002D0066



Official Journal L 238 , 05/09/2002 P. 0038 - 0039


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 66/2002

tal-31 ta' Mejju 2002

li temenda l-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim ŻEE, dwar koperazzjoni fl-oqsma speċifiċi barra l-erba libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 46/2002 tad-19 ta' April 2002 [1].

(2) Huwa xieraq li tiġi estiża l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim biex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1411/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001dwar il-Qafas tal-Komunità għall-koperazzjoni biex tippromwovi żvilupp sostenibbli urban [2].

(3) Il-Protokoll 31 għandu għalhekk jiġi emendat biex jippermetti għal din il-koperazzjoni estiża li sseħħ mill-1 ta' Jannar 2002,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 (Ambjent) tal-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. It-test tal-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati EFTA għandhom jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Komunità imsemmija fil-paragrafu 7."

2. Fil-paragrafi 5 u 6 il-kliem "programm ta" azzjoni' għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma "azzjonijiet".

3. Fil-paragrafu 6 il-kliem "Kumitati KE" għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma "korpi".

4. It-test, iżda mhux l-indent, tal-paragrafu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-atti tal-Komunità li ġejjin, kif ukoll l-atti li joħorġu minnhom, huma l-għan ta' dan l-Artikolu:

(a) L-atti tal-Komunità għandu jkollhom effett mill-1 ta' Jannar 2001:"

5. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara s-subparagrafu (a) tal-paragrafu 7:

"(b) Atti tal-Komunità li għandu jkollhom effett mill-1 ta' Jannar 2002:

- 32001 D 1411: Id-Deċiżjoni Nru 1411/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar Qafas tal-Komunità għall-koperazzjoni biex jippromwovi żvilupp sostenibbli urban (ĠU L 191, tat-13.7.2001, p. 1)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim [3].

Hija għandha tgħodd mill-1 ta' Jannar 2002.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Mejju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 154, tat-13.6.2002, p. 34.

[2] ĠU L 191, tat-13.7.2001, p. 1.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------