22003D0029



Official Journal L 137 , 05/06/2003 P. 0021 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 29/2003

ta' l-14 ta' Marzu 2003

li temenda l-Anness I (Oqmsa veterinarji jew fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul mill-Protokoll li Jbidel l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) Billi l-Annex I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2002 tas-6 Diċembru 2002 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE tat-18 ta' April 2002 li tistabbilixxi l-lista ta' żoni approvati rigward il-Bonamia ostreae u/jew ir-refringens Marteilia [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/304/KE tad-19 ta' April 2002 li tapprova il-programmi bl-għan li jiksbu l-istatus ta' żoni approvati u ta' rziezet approvati fiż-żoni mhux approvati fir-rigward ta' wieħed jew iżjed mill-mard tal-ħut eptikaemja emorraħaġeiku virali (VHS) u n-nekrozi ħematopojetik infettiv (IHN) [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE tat-22 ta' April 2002 li tistabbilixxi l-listi ta'żoni approvati u ta' rziezet approvati fir-rigward ta' wieħed jew iżjed mill-mard tal-ħut eptikaemja emorraħaġeiku virali (VHS) u n-nekrozi ħematopojetik infettiv (IHN) [4] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/536/KE tat-28 ta' Ġunju 2002 li temenda id-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi l-listi ta'żoni approvati u ta' rziezet approvati fir-rigward ta' wieħed jew iżjed mill-mard tal-ħut eptikaemja emorraħaġeiku virali (VHS) u n-nekrozi ħematopojetik infettiv (IHN) [5] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6) Id-Deċiżjoni 2002/300/KE tħassar id-Deċiżjonijiet 92/528/KEE [6], 93/56/KEE [7], 93/57/KEE [8], 93/58/KEE [9] u 93/59/KEE [10], li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk għandhom jiġu mħasra mill-Ftehim.

(7) Id-Deċiżjoni 2002/304/KE tħassar id-Deċiżjonijiet 94/863/KE [11], 95/479/KE [12], 96/221/KE [13], 2000/312/KE [14] u 2001/576/KE [15], li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk għandhom jiġu mħasra mill-Ftehim.

(8) Id-Deċiżjoni 2002/308/KE tħassar id-Deċiżjonijiet 93/39/KEE [16], 93/40/KEE [17], 93/73/KEE [18], 93/74/KEE [19], 94/862/KE [20], 95/124/KE [21], 95/125/KE [22], 95/470/KE [23], 95/473/KE [24], 96/233/KE [25], 98/357/KE [26], 98/361/KE [27], 98/395/KE [28], 1999/496/KE [29], 2000/171/KE [30], 2000/174/KE [31] u 2000/188/KE [32], li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk għandhom jiġu mħasra mill-Ftehim.

(9) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Parti 4.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2002/300/KE, 2002/304/KE, 2002/308/KE u 2002/536KE fl-ilsien Islandiż u Norveġiż, li għandhom jiġu ippublikati fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ingħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [33].

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni għandha tiġi ippublikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 3.

[2] ĠU L 103, tad-19.4.2002, p. 24.

[3] ĠU L 104, ta' l-20.4.2002, p. 37.

[4] ĠU L 106, tat-23.4.2002, p. 28.

[5] ĠU L 173, tat-3.7.2002, p. 17.

[6] ĠU L 332, tat-18.11.1992, p. 25.

[7] ĠU L 14, tat-22.1.1993, p. 25.

[8] ĠU L 14, tat-22.1.1993, p. 26.

[9] ĠU L 14, tat-22.1.1993, p. 27.

[10] ĠU L 14, tat-22.1.1993, p. 28.

[11] ĠU L 352, tal-31.12.1994, p. 73.

[12] ĠU L 275, tat-18.11.1995, p. 23.

[13] ĠU L 74, tat-22.3.1996, p. 42.

[14] ĠU L 104, tad-29.4.2000, p. 80.

[15] ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 23.

[16] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 46.

[17] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 47.

[18] ĠU L 27, ta' l-4.2.1993, p. 34.

[19] ĠU L 27, ta' l-4.2.1993, p. 35.

[20] ĠU L 352, tal-31.12.1994, p. 72.

[21] ĠU L 84, ta' l-14.4.1995, p. 6.

[22] ĠU L 84, ta' l-14.4.1995, p. 8.

[23] ĠU L 269, tal-11.11.1995, p. 28.

[24] ĠU L 269, tal-11.11.1995, p. 31.

[25] ĠU L 77, tas-27.3.1996, p. 33.

[26] ĠU L 162, tal-5.6.1998, p. 42.

[27] ĠU L 163, tas-6.6.1998, p. 46.

[28] ĠU L 176, ta' l-20.6.1998, p. 30.

[29] ĠU L 192, ta' l-24.7.1999, p. 57.

[30] ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 70.

[31] ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 77.

[32] ĠU L 59, ta' l-4.3.2000, p. 17.

[33] Ma kienx hemm b\onnijiet konstituzjonali indikati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 29/2003

Parti 4.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat hawn taħt:

1. Il-punti li ġejjen għandhom jiġu miżjuda wara il-punt 64 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE):

"65. 32002 D 0300: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/EC tat-18 ta' April 2002 li tistabbilixxi l-lista ta' żoni approvati rigward il-Bonamia ostreae u/jew ir-refringens Marteilia (ĠU L 103, tad-19.4.2002, p. 24).

Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda.

66. 32002 D 0308: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE tat-22 ta' April 2002 li tistabbilixxi l-listi ta'żoni approvati u ta' rziezet approvati fir-rigward ta' wieħed jew iżjed mill-mard tal-ħut eptikaemja emorraħaġeiku virali (VHS) u n-nekrozi ħematopojetik infettiv (IHN) (ĠU L 106, tat-23.4.2002, p. 28), kif emendata bid:

- 32002 D 0536: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/536/KE tat-28 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 173, 3.7.2002, p. 17).

Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda."

2. It-test tal-punti 7 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/188/KE), 10, (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/39/KEE), 11 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/40/KEE), 16 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/73/KEE), 17 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/74/KEE), 29 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/124/KE), 30 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/125/KE), 38 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/470/KE), 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/473/KE), 44 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/233/KE), 48 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/357/KE), 49 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/361/KE), 50 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/395/KE), 52 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/496/KE) u 53 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/171/KE) għandu jiġu mħassar.

3. Taħt l-intestatura "ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA EFTA GĦANDHOM JITQIESU B'MOD DOVUT", il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara il-punt 51 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/905/KE):

"52. 32002 D 0304: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/304/KE tad-19 ta' April 2002 li tapprova il-programmi bl-għan li jiksbu l-istatus ta' żoni approvati u ta' rziezet approvati fiż-żoni mhux approvati fir-rigward ta' wieħed jew iżjed mill-mard tal-ħut eptikaemja emorraħaġeiku virali (VHS) u n-nekrozi ħematopojetik infettiv (IHN) (ĠU L 104, ta' l-20.4.2002, p. 37).

Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda."

4. Taħt l-intestatura "ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA EFTA GĦANDHOM JITQIESU B'MOD DOVUT" ,it-test ta' punti 16 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/528/KEE), 17 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/56/KEE), 18 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/57/KEE), 19 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/58/KEE), 20 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/59/KEE), 22 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/862/KE), 23 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/863/KE), 38 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/479/KE), 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/221/KE), 47 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/174/KE), 49 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/312/KE) u 50 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/576/KE) għandu jiġi mħassar.

--------------------------------------------------