|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1061 |
28.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1061
tad-19 ta’ Mejju 2025
dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni mressaq minn Ċipru skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-Ajru Uniku Ewropew
(notifikata bid-dokument C(2025) 2926)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Billi:
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
|
(1) |
Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri jridu jfasslu pjanijiet, fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (“FABs”, Functional Airspace Blocks), li jinkludu miri ta’ prestazzjoni, għal kull perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-pjanijiet għandhom jinkludu miri ta’ prestazzjoni lokali li huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-perjodu ta’ referenza kkonċernat. |
|
(2) |
Il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza (“RP4”, 2025-2029) ġew stabbiliti oriġinarjament fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 (4). |
|
(3) |
L-Istati Membri kollha fasslu u adottaw abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni għall-RP4, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni sal-1 ta’ Ottubru 2024. Wara l-verifika tal-kompletezza ta’ dawk l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jressqu abbozzi aġġornati tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni sal-15 ta’ Novembru 2024. |
|
(4) |
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata f’din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-abbozz aġġornat tal-pjan ta’ prestazzjoni għall-RP4 ippreżentat minn Ċipru (“l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni”). |
|
(5) |
Il-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (“PRB”, Performance Review Body), li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni, ressaq rapport lill-Kummissjoni li fih il-parir tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni lokali inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi lokali kull fejn rilevanti. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni b’rieżami tal-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Fir-rigward tal-punt 2.1(d)(vii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li ma wettqitx, bħala parti minn dak ir-rieżami, analiżi dettaljata tal-metodoloġija użata minn Ċipru għall-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u fit-terminal fl-RP4. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma waslet għall-ebda konklużjoni rigward il-konformità ta’ dik il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet mal-punti (e) u (f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
VALUTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Valutazzjoni tal-miri tas-sikurezza
|
(8) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ġiet ivvalutata f’konformità mal-punt 1.1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
|
(9) |
Il-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza proposti minn Ċipru rigward l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, imqassma skont l-objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza u espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, huma kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10) |
Il-Kummissjoni sabet li l-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza proposti minn Ċipru għall-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru “DCAC” huma ugwali għall-miri tas-sikurezza għall-Unjoni kollha għal kull sena kalendarja mill-2027 ’il quddiem fl-oqsma ta’ “assigurazzjoni tas-sikurezza”, “promozzjoni tas-sikurezza” u “kultura tas-sikurezza”. Barra minn hekk, il-livell fil-mira għall-Unjoni kollha huwa ppjanat li jintlaħaq mill-2028 ’il quddiem għall-“objettivi u politika tas-sikurezza” u għall-“ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza”. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni jistabbilixxi miżuri għad-DCAC biex jintlaħqu l-miri tas-sikurezza lokali, bħall-implimentazzjoni effettiva u l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, it-taħriġ ulterjuri tal-Uffiċjali tas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jkunu għadhom kif ġew irreklutati u l-ġestjoni tar-riskji tal-fatturi umani. |
|
(12) |
Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (9), (10) u (11) u meta jitqies li l-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza mal-Unjoni kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688 iridu jintlaħqu sal-aħħar sena tal-RP4, jiġifieri l-2029, jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza. |
Valutazzjoni tal-miri ambjentali
|
(13) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni rigward l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri ambjentali proposti ta’ Ċipru tqabblu mal-valuri ta’ referenza al-effiċjenza tat-titjir en route orizzontali rilevanti stabbiliti fil-Pjan ta’ Titjib tan-Network Ewropew tar-Rotot (“ERNIP”), imfassal f’konformità mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (6) u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024. |
|
(14) |
Il-miri ta’ prestazzjoni ambjentali proposti minn Ċipru għall-RP4 u l-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti mill-ERNIP, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, huma kif ġej:
|
|
(15) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-miri ambjentali proposti minn Ċipru huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-RP4. |
|
(16) |
Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (14) u (15), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4. |
|
(17) |
Madankollu, wara li kkunsidrat is-sejbiet tal-PRB, il-Kummissjoni għandha dubji dwar jekk il-miżuri ppreżentati minn Ċipru fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni għall-ilħuq tal-miri tal-prestazzjoni ambjentali humiex adegwati biex jippermettu li dawk il-miri jintlaħqu b’mod effettiv. B’mod partikolari, huwa nnotat li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni, Ċipru ma impenjax ruħu b’mod espliċitu għall-implimentazzjoni tal-miżuri operazzjonali stabbiliti fl-ERNIP. |
|
(18) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li, b’rabta mal-adozzjoni tal-pjan ta’ prestazzjoni finali tagħha f’konformità mal-Artikolu 16, il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, Ċipru għandu jsaħħaħ il-miżuri biex jintlaħqu l-miri ambjentali tiegħu għall-RP4 preżentati fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, inkluż billi jimpenja ruħu għall-miżuri operazzjonali kollha stabbiliti fl-ERNIP u jħaffef l-implimentazzjoni tal-ispazju tal-ajru transfruntier b’rotot liberi. |
Valutazzjoni tal-miri tal-kapaċità
|
(19) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tad-dewmien medju fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (“ATFM”, Air Traffic Flow Management) en route għal kull titjira ġie vvalutat abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri tal-kapaċità proposti ta’ Ċipru tqabblu mal-valuri ta’ referenza rilevanti stabbiliti fil-Pjan Operazzjonali tan-Network, imfassal f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024. |
|
(20) |
Il-miri tal-kapaċità en route proposti minn Ċipru għall-RP4, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira, u l-valuri ta’ referenza korrispondenti mill-Pjan Operazzjonali tan-Network huma kif ġej:
|
|
(21) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-kapaċità proposti minn Ċipru huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-RP4. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, Ċipru ppreżenta miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-kapaċità tagħha en route. Dawk il-miżuri jinkludu r-reklutaġġ ta’ kontrolluri addizzjonali tat-traffiku tal-ajru, arranġamenti ta’ roster aktar effiċjenti, investimenti fl-infrastruttura tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, ġestjoni mtejba tal-fluss u tal-kapaċità tat-traffiku tal-ajru, u l-operat ta’ settur addizzjonali miċ-ċentru ta’ kontroll taż-żona matul perjodi ta’ żmien tal-ogħla domanda tat-traffiku. |
|
(23) |
Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (20) sa (22), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4. |
Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza
|
(24) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-kost unitarju ddeterminat (“DUC”, Determined Unit Cost) għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Dawk il-kriterji jikkonsistu mix-xejra tad-DUC matul l-RP4, mix-xejra fit-tul tad-DUC matul l-RP3 u l-RP4 (2020-2029), u mill-valur bażi għad-DUC fil-livell taż-żona tal-imposti meta mqabbel mal-valur medju taż-żoni tal-imposti fejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ambjent operazzjonali u ekonomiku simili. |
|
(25) |
Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti minn Ċipru għall-RP4, u l-valuri ta’ referenza relatati, huma kif ġej:
|
|
(26) |
Rigward l-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC ta’ Ċipru fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -1,2 % matul l-RP4 hija konformi max-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2 % matul l-istess perjodu. |
|
(27) |
Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC ta’ Ċipru fil-livell taż-żona tal-imposti matul l-RP3 u l-RP4 ta’ +2,4 % ija aktar baxxa mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0 % matul l-istess perjodu. |
|
(28) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li Ċipru tilef, bħala konsegwenza tas-sitwazzjoni ġeopolitika fil-Lvant Nofsani, sehem sinifikanti mit-titjiriet li għaddiet minnhom li storikament kienet isservi. Dak it-tnaqqis tat-traffiku jkompli matul l-RP4 biex ikollu impatt konsiderevoli fuq il-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għandu, b’mod partikolari, effett negattiv fuq ix-xejra fit-tul tad-DUC ta’ Ċipru. |
|
(29) |
Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi eżaminat, għall-fini tal-kriterju ta’ valutazzjoni msemmi fil-premessa (27), jekk Ċipru jissodisfax ix-xejra fit-tul tad-DUC mal-Unjoni kollha fin-nuqqas taċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessa (28). |
|
(30) |
Għal dan l-għan, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid ix-xejra fit-tul tad-DUC fid-dawl tat-telf strutturali stmat tat-traffiku għal Ċipru bħala konsegwenza tas-sitwazzjoni ġeopolitika fil-Lvant Nofsani, imkejla f’unitajiet ta’ servizz en route. Dak il-kalkolu mill-ġdid jirriżulta f’xejra aġġustata fit-tul tad-DUC għal Ċipru ta’ -1,6 %, li tisboq ix-xejra fit-tul tad-DUC mal-Unjoni kollha ta’ -1,0 %. Għalhekk, huwa konkluż li Ċipru tissodisfa l-kriterju ta’ valutazzjoni msemmi fil-premessa (27) wara li tqis l-effett tat-tnaqqis sinifikanti tat-traffiku li jirriżulta minn fatturi ġeopolitiċi. |
|
(31) |
Fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur ta’ referenza tad-DUC ta’ EUR 31,16 ta’ Ċipru f’termini reali fi prezzijiet tal-2022 (“EUR 2022”) huwa 14,8 % ogħla mill-valur ta’ referenza medju ta’ EUR 27,14 f’EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688. |
|
(32) |
Meta jiġi eskluż l-impatt negattiv tal-bidliet fit-traffiku li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ġeopolitika fil-Lvant Nofsani, huwa ċar li Ċipru jissodisfa kemm ix-xejra tad-DUC mal-Unjoni kollha kif ukoll ix-xejra fit-tul tad-DUC mal-Unjoni kollha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-devjazzjoni mill-valur ta’ referenza medja tad-DUC għall-2024 imsemmija fil-premessa (31) ma tipprekludix il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza ta’ Ċipru milli jkunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha. |
|
(33) |
Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (25) sa (32), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4. |
KONKLUŻJONIJIET
|
(34) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, jenħtieġ li l-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ta’ Ċipru jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4. Madanakollu, kif stabbilit fil-premessa (18), Ċipru għandu jsaħħaħ, fil-pjan ta’ prestazzjoni finali tiegħu, il-miżuri biex jintlaħqu l-miri ambjentali tiegħu għall-RP4, inkluż billi jimpenja ruħu għall-miżuri operazzjonali kollha stabbiliti fl-ERNIP u jħaffef l-implimentazzjoni tal-ispazju tal-ajru transfruntier b’rotot liberi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat minn Ċipru għar-raba’ perjodu ta’ referenza (“RP4”), elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4 stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Apostolos TZITZIKOSTAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/549/oj.
(2) ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj.
(3) ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/317/oj.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 tat-12 ta’ Ġunju 2024 li tistabbilixxi l-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għar-raba’ perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2029 (ĠU L, 2024/1688, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1688/oj).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2004/550/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/123/oj).
ANNESS
Miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ta’ Ċipru, misjuba li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza
IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA
|
Ċipru |
Il-miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) |
|||||
|
Fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru |
Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
DCAC |
Politika u objettivi għas-sikurezza |
B |
B |
B |
C |
C |
|
Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza |
C |
C |
C |
D |
D |
|
|
Assigurazzjoni għas-sikurezza |
B |
B |
C |
C |
C |
|
|
Promozzjoni tas-sikurezza |
B |
B |
C |
C |
C |
|
|
Kultura tas-sikurezza |
B |
B |
C |
C |
C |
|
QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT
|
Ċipru |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
Il-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali |
4,48 % |
4,45 % |
4,40 % |
4,30 % |
4,25 % |
IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ
|
Ċipru |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
Il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien en route tal-ATFM għal kull titjira |
0,17 |
0,13 |
0,12 |
0,09 |
0,09 |
IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA
|
Żona tal-imposti en route ta’ Ċipru |
Valur ta’ referenza tal-2019 |
Valur ta’ referenza tal-2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
Il-miri u l-valuri ta’ referenza fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju ddeterminat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022) |
EUR 23,74 |
EUR 31,16 |
EUR 30,41 |
EUR 29,66 |
EUR 29,58 |
EUR 28,91 |
EUR 29,31 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1061/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)