<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑117/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0117</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1795">EU:C:2014:1795</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C‑117/13</P><P>EUGEN ULMER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑117/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Technische Universität Darmstadt</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Eugen Ulmer KG</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il‑Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(3)(n)</KEYWORD><KEYWORD>Użu għal skop ta’ riċerka jew studju privat ta’ xogħlijiet u materjal protett ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Ktieb imqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ membri individwi tal-pubbliku permezz ta’ terminals speċjalizzati f’librerija aċċessibbli għall-pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>xogħol li ma huwiex suġġett għal kundizzjonijiet ta’ xiri jew ta’ liċenzjar<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-librerija li tiddiġitalizza xogħol li jagħmel parti mill-kollezzjoni tagħha sabiex jitqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ terminals speċjalizzati</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid għad-dispożizzjoni tax-xogħol permezz ta’ terminals speċjalizzati li jippermettu l-istampar fuq il-karta jew il-ħażna tiegħu fuq USB stick</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali hija bejn it-Technische Universität Darmstadt (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>TU Darmstadt<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-pubblikatriċi, Eugen Ulmer KG, dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku minn dik tal-ewwel, permezz ta’ terminals installati fil-bini ta’ librerija, ta’ ktieb xjentifiku li jagħmel parti mill-kollezzjoni ta’ din il-librerija li d-drittijiet tal-isfruttament huma miżmuma minn Eugen Ulmer KG.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-domandi preliminari, magħmula mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) jikkonċernaw librerija aċċessibbli għall-pubbliku u jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>xogħol suġġett għal kundizzjonijiet ta’ xiri jew ta’ liċenzjar<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, id-diġitalizzazzjoni ta’ xogħlijiet miżmuma fil-libreriji u l-kwistjoni dwar jekk l-utenti jistgħux mhux biss jikkonsultaw (jaqraw) ix-xogħlijiet iddiġitalizzati, iżda wkoll jistampawhom fuq il-karta u jissejvjawhom fuq USB stick.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-proċedura prinċipali għandha n-natura ta’ proċedura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>pilota<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. It-TU Darmstadt hija appoġġata mid-Deutscher Bibliotheksverband e. V. (federazzjoni Ġermaniża tal-libreriji) kif ukoll mill-kontroparti Ewropea ta’ din tal-aħħar, l-Uffiċċju Ewropew tal-Librerija, l-Informazzjoni u d-Dokumentazzjoni (Eblida). Eugen Ulmer KG hija appoġġata mill-Börsenverein des deutschen Buchhandels (unjoni Ġermaniża tal-kummerċ tal-kotba). Dan jindika l-importanza li għandha din il-kawża għal-libreriji, l-awturi u l-pubblikaturi, b’mod partikolari l-pubblikaturi xjentifiċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Infakkar li d-diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet miżmuma fil-libreriji kienet, ukoll, suġġetta għal kontroversja fil-qafas tal-proġett tal-Google Book Search. Ara United States District Court, Southern District of New York, sentenza tal‑<DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE> fil-kawża The Authors Guild <HT TYPE="ITALIC">et al</HT>. vs Google Inc. (05 CIV 8136), u l-.Green Paper bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Id-Drittijiet tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [COM(2008) 466 finali, p. 8].</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessi 31, 34, 36, 40 u 44 tad-Direttiva 2001/29 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(31)</NO.P><TXT>Bilanċ ġust ta’ drittijiet u interessi bejn il-kategoriji differenti ta’ detenturi ta’ drittijiet, kif ukoll bejn il-kategoriji differenti ta’ detenturi ta’ drittijiet u utentu [utenti] ta’ materjal protett għandhom ikunu salvagwardati. L-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti tad-drittijiet kif stipulati mill-Istati Membri għandhom ikunu stmati mill-ġdid fl-isfond ta’ l-ambjent elettroniku ġdid. Differenzi eżistenti fl-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet ta’ ċerti atti ristretti għandhom effetti diretti negattivi fuq il-funzjonament tas-suq intern tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati. Dawn id-differenzi jistgħu faċilment isiru aktar notevoli bħala riżultat ta’ żvilupp akbar ta’ sfruttament ta’ xogħolijiet li jaqsam il-fruntieri u attivitajiet transperiferali. Sabiex jiżguraw il-funzjonament sew tas-suq intern, dawn l-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għandhom ikunu mfissra aktar armonjożament. Il-grad ta’ armonizzazzjoni tagħhom għandu jkun ibbażat fuq l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament faċli tas-suq intern.</TXT></NP></ITEM></LIST></CONSID><P>[…]</P><CONSID><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jipprovdu għal ċerti eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għal każi bħal skopijiet edukattivi u xjentifiċi, għall-benefiċċju ta’ istituzzjonijiet pubbliċi bħal libreriji u arkivji [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></CONSID><P>[…]</P><CONSID><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(36)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kumpens ġust għad-detenturi tad-drittijiet ukoll meta japplikaw disposizzjonijiet mhux obbligatorji dwar eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet li ma jinħteġux dan il-kumpens.</TXT></NP></ITEM></LIST></CONSID><P>[…]</P><CONSID><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(40)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjoni jew limitazzjoni għall-benfiċċju ta’ ċerti stabbilimenti li ma jaħdmux bi qligħ, bħal libreriji aċċessibbli mill-pubbliku u istituzzjonijiet ekwivalenti, kif ukoll arkivji. B’danakollu, dan għandu jkun limitat għal ċerti każi speċjali regolati bid-dritt tar-riproduzzjoni. Din l-eċċezzjoni jew limitazzjoni m’għandhiex tirregola użu magħmul fil-kuntest ta’ konsenja on-line ta’ xogħolijiet protetti jew suġġett [materjal protett] ieħor. [...] Għalhekk, kuntratti jew liċenzji speċifiċi għandhom jiġu promossi li, mingħajr ma joħolqu sbilanċ, jivvaforixxu dawn l-istabbilimenti u l-finijiet ta’ tixrid li jservu.</TXT></NP></ITEM></LIST></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(44)</NO.P><TXT>Meta japplikaw l-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet li hemm provdut dwarhom f’din id-Direttiva, huma għandhom ikunu eżerċitati skond l-obbligi internazzjonali. Dawn l-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet ma jistgħux jiġu applikati b’mod li jippreġudika l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet jew li jmorru kontra l-isfruttar normali tax-xogħol tiegħu jew ta’ suġġett [materjal] ieħor. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet mill-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jirriflettu kif inhu xieraq, l-impatt ekonomiku miżjud li dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jkollhom fil-kuntest ta’ l-ambjent elettroniku ġdid. Għalhekk, l-iskop ta’ ċerti eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet jista’ jkollu jkun aktar limitat meta jiġi għal ċertu użu ġdid ieħor ta’ xogħolijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u suġġett [materjal protett] ieħor<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dritt ta’ riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jeżiġi, fil-punt (a) tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> r-riproduzzjoni, b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>għall-awturi, tax-xogħolijiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Id-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħolijiet u d-dritt li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku suġġett [materjal protett] ieħor<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jeżiġi, fil-paragrafu 1 tiegħu, b’mod partikolari li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni provdut fl-Artikolu 2 fil-każi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>rigward riproduzzjonijiet fuq il-karta jew mezz ieħor simili, effettwat mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti, bla ħsara għal mużika fuq il-karta, kemm-il darba li d-detenturi tad-drittijiet jirċievu kumpens ġust;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>rigward riproduzzjonijiet ta’ kull mezz magħmula minn ċittadin fiżiku għal użu privat u għal skopijiet li huma la direttament u l-anqas indirettament kummerċjali, bil-kondizzjoni li d-detenturi jirċievu kumpens ġust li jikkunsidra li jiġu jew ma jiġux applikati miżuri teknoloġiċi msemmija fl-Artikolu 6 tax-xogħol jew tas-suġġett relatat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>rigward l-atti speċifiċi ta’ riproduzzjoni magħmula minn libreriji, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet jew arkivji li għandhom aċċess mill-pubbliku, li mhumiex għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli 2 u 3 fil-każi li ġejjin: [...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT>użu b’komunikazzjoni jew b’li jagħmlu disponibbli, għal skop ta’ riċerka jew studju privat, lill-membri individwali tal-pubbliku [...] b’terminali għal tapposta [terminals speċjalizzati] fuq il-post ta’ l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 2(ċ) ta’ xogħolijiet u suġġett [materjal protett] ieħor li mhumiex regolati bit-termini [kundizzjonjiet] ta’ xiri jew liċenzar li jkunu fil-kollezzjonijiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(5) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li hemm provdut dwarhom fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom ikunu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttament normali tax-xogħol jew suġġett [materjal protett] ieħor u ma jippreġudikawx b’mod bla raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 52b tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati (Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte, Urheberrechtsgesetz), tad-<DATE ISO="19650909">9 ta’ Settembru 1965</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>BGBl. 1965 I, p. 1273.</P></NOTE>, fil-verżjoni tagħha kif applikabbli fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>UrhG<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Ir-riproduzzjoni ta’ xogħlijiet fl-istazzjonijiet għal qari elettroniku fil-libreriji pubbliċi, il-mużewijiet u l-arkivji</P></TI></TITLE></GR.SEQ></ALINEA><ALINEA>It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ xogħlijiet ippubblikati li ġejjin mill-kollezzjonijiet sħaħ ta’ libreriji, mużewijiet jew arkivji aċċessibbli għall-pubbliku, li ma għandhom ebda għan direttament jew indirettament ekonomiku jew ta’ qligħ, u previst esklużivament fil-bini tal-istabbiliment ikkonċernat fl-istazzjonijiet għal qari elettroniku previsti għalhekk b’mod speċjali għal skopijiet ta’ riċerka u studji privati, huwa awtorizzat sakemm ma jkun hemm ebda dispożizzjoni kuntrattwali li topponi dan. In-numru ta’ kopji ta’ xogħol magħmul aċċessibbli fl-istazzjonijiet għal qari elettroniku, fil-prinċipju, ma għandux ikun ikbar minn dak li tinkludi l-kollezzjoni sħiħa tal-istabbiliment. It-tqegħid għad-dispożizzjoni jwassal għal pagament ta’ tariffa ġusta. Soċjetà ta’ ġestjoni kollettiva biss tista’ tinvoka t-tariffa inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>It-TU Darmstadt tmexxi librerija aċċessibli għall-pubbliku. Din għammret il-bini tagħha bi stazzjonijiet għal qari elettroniku li fihom qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku xogħlijiet mill-kollezzjoni sħiħa tal-librerija tagħha. Fost dawn kien hemm mix-xahar ta’ Jannar jew ta’ Frar 2009 l-manwal ta’ Winfried Schulze intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Einführung in die neuere Geschichte<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [Introduzzjoni għall-Istorja Kontemporanja] ippubblikat minn Eugen Ulmer KG.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>It-TU Darmstadt iddiġitalizzat dan il-ktieb biex tipprovdih fl-istazzjonijiet għal qari elettroniku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, it-TU Darmstadt ippreċiżat, mingħajr ma ġiet ikkontestata dwar dan il-punt minn Eugen Ulmer KG li l-fajls iddiġitalizzati ta’ diversi kapitoli tal-imsemmi ktieb kienu sempliċi fajls grafiċi, li ma humiex aċċessibbli għal trattament ta’ test modern (riċerka ta’ test sħiħ, copy/paste, eċċ.)</P></NOTE>. L-istazzjonijiet għal qari elettroniku ma jippermettux li jiġu kkonsultati fl-istess ħin iktar kopji tax-xogħol minn dawk disponibbli fil-kollezzjoni sħiħa tal-librerija. L-utenti tal-istazzjonijiet għal qari setgħu jistampaw fuq il-karta jew jaħżnu fuq USB stick ix-xogħol sħiħ jew parti minnu u joħorġuh f’din il-forma ’l barra mil-librerija.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>It-TU Darmstadt ma aċċettatx l-offerta ta’ Eugen Ulmer KG tad‑<DATE ISO="20090129">29 ta’ Jannar 2009</DATE> li takkwista u tuża fil-forma ta’ kotba elettroniċi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>E-books<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) il-manwali li hija tippubblika. Il-partijiet ma jaqblux dwar jekk l-offerta kinitx diġà ġiet ippreżentata lill-konvenuta fil-kawża prinċipali fi żmien id-diġitalizzazzjoni tal-manwal kontenzjuż jew le.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Eugen Ulmer KG ressqet il-każ quddiem il-Landgericht Frankfurt am Main (qorti reġjonali ta’ Frankfurt am Main) li qieset, b’sentenza tas-<DATE ISO="20110306">6 ta’ Marzu 2011</DATE>, li d-detentur tad-drittijiet u l-istabbiliment kellhom jikkonkludu ftehim minn qabel dwar l-użu diġitali tax-xogħol sabiex l-applikazzjoni tal-Artikolu 52b tal-UrhG tiġi eskluża. Din il-qorti, barra minn hekk, ċaħdet it-talba ta’ Eugen Ulmer KG li kellha l-għan li tipprojbixxi lit-TU Darmstadt milli tiddiġitalizza jew li tqabbad lil min jiddiġitalizza l-manwal kontenzjuż. Madankollu din laqgħet it-talba tagħha li kellha l-għan li tipprojbixxi li l-utenti tal-librerija tat-TU Darmstadt ikunu jistgħu, permezz tal-istazzjonijiet għal qari elettroniku mgħammra fil-bini, jistampaw dan ix-xogħol u/jew jaħżnuh fuq USB stick u/jew joħorġu dawn ir-riproduzzjonijiet ’il barra mil-librerija.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>It-TU Darmstadt ressqet rikors dirett lejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> quddiem il-Bundesgerichtshof li ddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>Huma applikabbli għal xogħol il-kundizzjonijiet ta’ xiri jew ta’ liċenzjar, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE, meta l-persuna li għandha d-dritt toffri lill-istabbilimenti msemmija f’din id-dispożizzjoni l-possibbiltà ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ta’ liċenzja b’kundizzjonijiet xierqa għall-użu ta’ dan ix-xogħol?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 jawtorizza lill-Istati Membri jagħtu lill-istabbilimenti d-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fil-kollezzjonijiet tagħhom jekk dan huwa meħtieġ għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet permezz ta’ terminals?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-drittijiet previsti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE jistgħu saħansitra jippermettu lill-utenti tat-terminals li jistampaw fuq karta jew jaħżnu fuq ċavetta USB ix-xogħlijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom hemmhekk?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mit-TU Darmstadt, Eugen Ulmer KG, mill-Gvern Ġermaniż, Taljan, Pollakk u dak Finlandiż kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea, li kollha kienu rrappreżentati waqt is-seduta tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, bl-eċċezzjoni tal-Gvern Pollakk u dak Finlandiż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kwistjoni dwar jekk humiex applikabbli għal xogħol il-kundizzjonijiet ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ xiri jew ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ liċenzjar meta d-detentur tad-dritt joffri lill-istabbilimenti l-possibbiltà ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ konklużjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ kuntratti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ liċenzja b’kundizzjonijiet xierqa għall-użu ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ dan ix-xogħol</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk humiex applikabbli għal xogħol it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>termini [kundizzjonijiet] ta’ xiri jew liċenzjar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, meta d-detentur tad-dritt joffri lil-libreriji, lill-istabbilimenti edukattivi, lill-mużewijiet jew lill-arkivji msemmija f’din id-dispożizzjoni l-possibbiltà ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ta’ liċenzja b’kundizzjonijiet xierqa għall-użu ta’ dan ix-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-partijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub, bl-eċċezzjoni ta’ Eugen Ulmer KG, jipproponu risposta fin-negattiv għal din l-ewwel domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li tqum minn dan hija dwar jekk is-sempliċi offerta ta’ kuntratt ta’ liċenzja xieraq twassalx biex ikunu applikabbli għal xogħol it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>termini [kundizzjonijiet] ta’ xiri jew liċenzjar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u teskludix għalhekk eċċezzjoni bbażata fuq l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 jew, fil-każ kuntrarju, jekk għandux jintalab li d-detentur tad-dritt u l-istabbiliment jiftiehmu dwar dan il-punt. Skont il-qorti tar-rinviju, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettix li jiġi eskluż kull dubju dwar ir-risposta għal din id-domanda.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Bħalma tosserva ġustament it-TU Darmstadt, ir-relazzjoni bejn id-drittijiet tal-isfruttament, min-naħa, u r-regoli tal-limitazzjoni, min-naħa l-oħra, toħroġ ċara mill-qari tal-premessi 45 u 51 tad-Direttiva 2001/29. Dawn tal-aħħar jipprovdu, b’mod partikolari li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[l]-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet [...] m’għandhomx, minkejja dan, jimpedixxu t-tifsira ta’ <HT TYPE="ITALIC">relazzjonijiet kuntrattwali</HT> maħsuba biex jiżguraw kumpens ġust għad-detenturi tad-drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[l]-Istati Membri għandhom jippromwovu miżuri volontarji meħuda minn ftehim detenturi tad-drittijiet, <HT TYPE="ITALIC">magħduda l-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ ftehim bejn detenturi tad-drittijiet u partijiet oħra relatati</HT>, biex jiffaċilitaw li jilħqu l-għanijiet ta’ ċerti eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet li hemm provdut dwarhom fil-liġi nazzjonali skond din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Enfasi magħmula minni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ premessi jipprevedu mingħajr ekwivoku, fil-verżjoni Ġermaniża tagħhom, ir-relazzjonijiet kuntrattwali <HT TYPE="ITALIC">eżistenti</HT> u l-konklużjoni u l-implementazzjoni ta’ ftehimiet kuntrattwali <HT TYPE="ITALIC">eżistenti</HT>, u mhux sempliċi perspettivi ta’ liċenzja. Il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-imsemmija premessi jikkonfermaw ukoll din l-analiżi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, pereżempju, il-verżjoni Ingliża u dik Franċiża.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-fatt li għandhom jiġu mħeġġa ftehimiet volontarji għalhekk ma għandu ebda effett fuq ir-rekwiżit ta’ konklużjoni effettiva ta’ tali ftehimiet għall-iskopijiet tad-dispożizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>La l-interpretazzjoni sistematika u lanqas l-interpretazzjoni teleoloġika ma jwasslu għal konklużjoni differenti. Skont l-interpretazzjoni sistematika, il-portata ta’ eċċezzjoni relatata ma’ dritt esklużiv tal-awtur għandha tiġi interpretata b’mod strett<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza ACI Adam <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑435/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:254">EU:C:2014:254</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 22 u 23 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Madankollu, dan jirrigwarda f’dan il-każ l-interpretazzjoni tal-kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ eċċezzjoni, li tiddefinixxi x-xogħlijiet li l-eċċezzjoni hija suxxettibbli li tapplika għalihom. Il-bilanċ previst fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29 jintlaħaq jew meta l-awtur u l-utent jaslu għal ftehim dwar il-kundizzjonijiet ta’ xiri u ta’ liċenzjar, jew meta l-benefiċjarju tal-eċċezzjoni jikkonforma mal-kundizzjonijiet limitattivi previsti mil-leġiżlatur nazzjonali fil-qafas tat-traspożizzjoni tal-imsemmija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Dwar il-kapaċità tal-Istati Membri li jippreċiżaw il-portata tal-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tal-awtur, ara s-sentenza VG Wort <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C 457/11 sa C 460/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:426">EU:C:2013:426</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 52 u 53).</P></NOTE>. F’din il-perspettiva, l-aċċettazzjoni ta’ sempliċi offerta tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur tippermetti li l-applikazzjoni tal-imsemmija eċċezzjoni tiġi suġġetta għal deċiżjonijiet unilaterali, li, konsegwentement, tiċħad l-eċċezzjoni tal-effettività utli għall-istabbilimenti kkonċernati. L-interpretazzjoni teleoloġika, min-naħa tagħha, teżiġi wkoll, fid-dawl tal-objettiv ta’ interess ġenerali segwit mil-leġiżlatur tal-Unjoni, jiġifieri l-promozzjoni tat-tixrid tal-għarfien u tal-kultura, li l-utent ikun jista’ jinvoka din l-eċċezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalhekk nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi għall-ewwel domanda billi tgħid li l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma humiex applikabbli għal xogħol il-kundizzjonijiet ta’ xiri jew ta’ liċenzjar, meta d-detentur tad-dritt joffri lill-istabbilimenti msemmija f’din id-dispożizzjoni l-possibbiltà ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ta’ liċenzja b’kundizzjonijiet xierqa għall-użu ta’ dan ix-xogħol.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-possibbiltà li l-Istati Membri jagħtu lill-istabbilimenti d-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fil-kollezzjonijiet tagħhom jekk dan huwa meħtieġ għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ dawn ix-xogħlijiet permezz ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ terminals speċjalizzati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex li tkun taf jekk l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 jawtorizzax lill-Istati Membri jagħtu lill-istabbilimenti d-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fil-kollezzjonijiet tagħhom jekk dan huwa meħtieġ għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ terminals speċjalizzati.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li dan jidher li huwa l-każ, iżda żżid tgħid madankollu li jekk kompetenza ta’ din in-natura tal-Istati Membri ma tirriżultax immedjatament mill-imsemmija dispożizzjoni bħala kompetenza annessa, din tista’ tiġi dedotta mill-Artikolu 5(2)(ċ) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-partijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub, bl-eċċezzjoni ta’ Eugen Ulmer KG, huma tal-fehma li l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 jawtorizza lill-Istati Membri jagħtu lill-istabbilimenti d-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fil-kollezzjonijiet tagħhom, sa fejn dan ikun meħtieġ għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-imsemmija xogħlijiet permezz ta’ terminals speċjalizzati.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 japplika fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>użu b’komunikazzjoni jew b’li jagħmlu disponibbli, għal skop ta’ riċerka jew studju privat, lill-membri individwali tal-pubbliku [...] b’terminali għal tapposta [terminals speċjalizzati] fuq il-post ta’ l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 2(ċ) ta’ xogħolijiet u suġġett [materjal protett] ieħor li mhumiex regolati bit-termini ta’ xiri jew liċenzar li jkunu fil-kollezzjonijiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-imsemmi Artikolu 5(3), l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet imsemmija fl-imsemmi paragrafu jikkonċernaw id-dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni u d-dritt esklużiv ta’ komunikazzjoni ta’ xogħlijiet lill-pubbliku. Fil-fatt, fost l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29, xi wħud jipprevedu espressivament id-dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni kif ukoll id-dritt esklużiv ta’ komunikazzjoni [pereżempju fil-punt (ċ)], jew, tal-inqas, impliċitament [fil-punt (b)], filwaqt li oħrajn jipprevedu dritt wieħed biss [fil-punt (d)].</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 isemmi l-komunikazzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni. Dawn iż-żewġ kunċetti jinsabu fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, u b’mod iktar speċifiku f’kull wieħed mit-tliet paragrafi tiegħu. Ma jidher ebda riferiment espliċitu għad-dritt ta’ riproduzzjoni fl-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29. Minn dan nikkonkludi li l-eċċezzjoni speċifika prevista fl-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 hija prinċipalment eċċezzjoni għad-dritt esklużiv ta’ komunikazzjoni, previst fl-imsemmi Artikolu 3.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Bħalma tindika l-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li kull att ta’ komunikazzjoni ta’ xogħol lill-pubbliku għandu jiġi awtorizzat mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur. Għaldaqstant, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jgħaqqad żewġ elementi kumulattivi, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> ta’ xogħol u l-komunikazzjoni ta’ dan ix-xogħol lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Sabiex ikun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, huwa biżżejjed, b’mod partikolari, li xogħol jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’tali mod li l-persuni li jikkostitwixxu dan il-pubbliku jkun jista’ jkollhom aċċess għalih irrispettivament minn jekk jutilizzawx din il-possibbiltà jew le<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑466/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 15 sa 19).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-fatt li jiġi pprovdut aċċess lill-pubbliku li jikkonsisti f’utenti ta’ terminals speċjalizzati li jinsabu fil-bini tal-libreriji pubbliċi u stabbilimenti oħra msemmija fl-Artikolu 5(2)(ċ) tad-Direttiva 2001/29, għal xogħlijiet protetti għandu jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>tqegħid għad-dispożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u, konsegwentement, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18) kif ukoll is-sentenza OSA (C‑351/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:110">EU:C:2014:110</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madankollu, fl-istess linja ta’ ħsieb, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 tkopri wkoll, fil-fehma tiegħi, riproduzzjoni inċidentali għall-komunikazzjoni, f’dan il-każ fil-forma ta’ twettiq ta’ kopja diġitali ta’ xogħol għall-iskopijiet tal-komunikazzjoni tiegħu jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni permezz ta’ terminals speċjalizzati. Madankollu, f’dan il-każ, dan ma jirrigwardax att ta’ riproduzzjoni temporanja jew inċidentali li jikkostitwixxi parti integrali u essenzjali minn proċedura teknika fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, att li jevita d-dritt esklużiv tal-awtur li jipprevedi r-riproduzzjoni tax-xogħol<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza Infopaq International (C‑5/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Id-dritt meħtieġ għal atti ta’ riproduzzjoni jista’ jiġi bbażat ukoll fuq dispożizzjoni oħra, jiġifieri tal-Artikolu 5(2)(ċ) tad-Direttiva 2001/29. Din id-dispożizzjoni tapplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>rigward l-atti speċifiċi ta’ riproduzzjoni magħmula minn libreriji, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet jew arkivji li għandhom aċċess mill-pubbliku, li mhumiex għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-atti speċifiċi ta’ riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> titlob żewġ osservazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din tkopri, f’dan il-kuntest, b’mod partikolari l-miżuri li jipprevedu l-protezzjoni tal-oriġinali ta’ xogħlijiet li għadhom protetti, għalkemm qodma, fraġli jew rari. Madankollu, din tkopri wkoll riproduzzjoni li ssir meħtieġa fid-dawl ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>użu b’komunikazzjoni jew b’li jagħmlu disponibbli, għal skop ta’ riċerka jew studju privat, [...] b’terminali għal tapposta [terminals speċjalizzati]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, previst fl-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29. Dan jista’ b’mod partikolari jikkonċerna l-każ ta’ xogħlijiet għal kunsultazzjoni minn numru kbir ta’ studenti fil-qafas tal-istudji tagħhom u li kopji tagħhom jirriskjaw li jipprovokaw attrizzjoni sproporzjonata.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Madankollu, peress li dan jirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>atti speċifiċi ta’ riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, la l-Artikolu 5(2)(ċ) tad-Direttiva 2001/29, u lanqas l-Artikolu 5(3)(n) tagħha, interpretati fid-dawl tar-regola ġenerali prevista fil-paragrafu 5 tal-imsemmi artikolu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza ACI Adam <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:254">EU:C:2014:254</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>, ma jippermettu diġitalizzazzjoni kumplessiva ta’ <HT TYPE="ITALIC">kollezzjoni</HT>, u s-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>l-atti speċifiċi ta’ riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> huwa għalhekk limitat għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>xogħolijiet u suġġett [materjal protett] ieħor<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> <HT TYPE="ITALIC">individwali</HT>. Fil-fehma tiegħi, il-kundizzjoni ta’ proporzjonalità tal-limitazzjonijiet previsti fil-paragrafu 5 tal-imsemmi artikolu teħtieġ li l-possibbiltà tal-użu ta’ terminals speċjalizzati ma tiġix sfruttata sabiex jiġi evitat li jinxtara numru biżżejjed ta’ kopji fiżiċi tax-xogħol billi tiġi stabbilita, pereżempju, regola bħal dik prevista mill-Artikolu 52b tal-UrhB, li skontha n-numru ta’ kopji ta’ xogħol magħmul aċċessibbli fl-istazzjonijiet għal qari elettroniku ma għandux ikun ikbar minn dak li tinkludi l-kollezzjoni sħiħa tal-istabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Meta ma tkunx teżisti kopja diġitali ta’ xogħol protett fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, ikun għalhekk possibbli li titwettaq kopja, fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2)(ċ) tad-Direttiva 2001/29. Il-komunikazzjoni ulterjuri ta’ din il-kopja ta’ xogħol, min-naħa tagħha, tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Nipproponi għalhekk lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 5(2)(ċ) tal-imsemmija direttiva, ma jopponix għall-fatt li l-Istati Membri jagħtu lill-istabbilimenti previsti f’din id-dispożizzjoni d-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fil-kollezzjonijiet tagħhom, jekk dan huwa meħtieġ għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ terminals speċjalizzati.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-possibbiltà li l-Istati Membri jippermettu lill-utenti tat-terminals speċjalizzati li jistampaw fuq il-karta jew jaħżnu fuq USB stick ix-xogħlijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom hemmhekk</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex li tkun taf jekk id-drittijiet previsti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 jistgħux saħansitra jippermettu lill-utenti tat-terminals speċjalizzati li jistampaw fuq il-karta jew jaħżnu fuq USB stick ix-xogħlijiet, kollha jew parti minnhom, imqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom hemmhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tissuġġerixxi li għandha tingħata risposta affermattiva għall-ewwel parti, u risposta negattiva għat-tieni parti ta’ din id-domanda. It-TU Darmstadt, min-naħa tagħha, tipproponi risposta affermattiva għaż-żewġ partijiet tad-domanda, filwaqt li l-Gvern Taljan u dak Finlandiż jipproponu risposta affermattiva għall-ewwel parti u risposta negattiva għat-tieni parti. Min-naħa l-oħra, Eugen Ulmer KG u l-Kummissjoni jipproponu risposta negattiva għaż-żewġ partijiet tad-domanda. Il-Gvern Ġermaniż huwa tal-opinjoni li d-domanda ma hijiex irregolata mill-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, iżda mill-Artikolu (5)(2)(a) sa (ċ) tagħha, filwaqt li l-Gvern Pollakk jesponi xi kunsiderazzjonijiet mingħajr madankollu ma jipproponi risposta preċiża.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-analiżi taż-żewġ xenarji previsti mid-domanda tal-qorti tar-rinviju, dwar il-possibbiltà għall-utenti tat-terminals speċjalizzati li jistampaw fuq il-karta jew li jniżżlu fuq USB stick xogħlijiet sħaħ jew parti minnhom li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom, għandha ssir rabta mal-kunċett tad-dritt ta’ komunikazzjoni. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandha tingħata interpretazzjoni wiesgħa għall-kunċett ta’ komunikazzjoni previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19) kif ukoll is-sentenza OSA (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:110">EU:C:2014:110</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</P></NOTE>, filwaqt li tiġi interpretata b’mod restrittiv kull eċċezzjoni għal dan id-dritt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Infopaq International (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Bħalma għadni kif osservajt fil-qafas tat-tieni domanda, l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 jinkludi prinċipalment eċċezzjoni għad-dritt esklużiv ta’ komunikazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-qafas tal-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, il-limitazzjoni għad-dritt ta’ komunikazzjoni jikkonsisti f’użu, mingħajr awtorizzazzjoni tal-awtur, ta’ xogħlijiet permezz ta’ terminals speċjalizzati bit-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni tal-membri tal-pubbliku b’tali mod li l-utent ikun jista’ jkollu aċċess għalihom fl-istabbiliment għall-kumdità tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għandu jiġi vverifikat jekk din il-komunikazzjoni tkoprix ukoll l-issejvjar fuq USB stick u l-istampar fuq il-karta. Nindika mal-ewwel li ż-żewġ ipoteżijiet previsti ma humiex atti ta’ komunikazzjoni iżda ta’ riproduzzjoni. Fil-każ ta’ USB stick, dan jirrigwarda ħolqien ta’ kopja ta’ xogħol diġitali, u fil-każ ta’ kopja stampata fuq il-karta, dan jirrigwarda kopja tax-xogħol fuq mezz fiżiku.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, qabel kollox, l-issejvjar fuq USB stick, l-interazzjoni bejn terminal u USB stick timplika l-ħolqien, fuq il-USB stick, ta’ kopja diġitali ġdida tal-kopja diġitali mħejjija mil-librerija. Huwa hawnhekk li jidħol il-kunċett ta’ terminals speċjalizzati. Madankollu, id-Direttiva 2001/29 ma tippreċiżax x’tifhem b’din l-espressjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-użu ta’ xogħol protett — bħal xogħol letterarju, fonografiku jew ċinematografiku — permezz ta’ terminals speċjalizzati jinvolvi att ta’ perċezzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza VG Wort <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:426">EU:C:2013:426</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 67).</P></NOTE>, permezz tal-qari, is-smigħ jew il-viżjoni immedjata, li, barra minn hekk, għandu jseħħ fil-bini tal-librerija. Għaldaqstant il-kunċett ta’ terminal speċjalizzat ikopri t-tagħmir ipprovdut għal dan l-għan, u mhux soluzzjoni teknika speċifika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Għalhekk ma narax ostakoli biex pereżempju kompjuter jew laptop ikunu jistgħu jintużaw bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>terminal speċjalizzat<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Madankollu, l-idea ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>terminal speċjalizzat<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tista’ teżiġi li ċerti potenzjali tekniċi tat-tagħmir ma jkunux aċċessibbli għall-utenti fl-istabbilimenti.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, f’dan il-kuntest, il-kunċett ta’ komunikazzjoni jeskludi mill-qafas tal-eċċezzjoni inkwistjoni, il-possibbiltà li x-xogħol jiġi ssejvjat fuq USB stick, peress li dan ma jirrigwardax komunikazzjoni mil-librerija pubblika jew stabbiliment ieħor fis-sens kif mifhum mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, iżda l-ħolqien ta’ kopja diġitali privata mill-utent. Barra minn hekk, tali riproduzzjoni ma hijiex meħtieġa biex tippreserva l-effett utli tal-eċċezzjoni meqjusa, minkejja li din tkun utli għall-utent. Tali kopja, madankollu, tista’ tiġi kkupjata mill-ġdid jew imqassma online. Madankollu, l-eċċezzjoni prevista favur it-terminals speċjalizzati ma tkoprix l-att li permezz tiegħu l-librerija tagħmel il-kopja diġitali tagħha aċċessibbli għall-utent, sabiex ikun jista’ joħloq kopja ulterjuri u jerfagħha fuq USB stick.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-analiżi tal-istampar fuq il-karta għandha ssegwi l-istess loġika. Proċess li jwassal għal kopja (parzjali) ta’ xogħol jmur lil hinn, fil-fehma tiegħi, mill-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Minn dan nikkonkludi li l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 la jkopri l-issejvjar fuq USB stick u lanqas l-istampar fuq il-karta.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, b’mod superfluwu, u f’dak li jikkonċerna l-istampar, nosserva wkoll dan li ġej.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-proċess tekniku modern ta’ fotokopja huwa bbażat ħafna fuq id-diġitalizzazzjoni tal-oriġinal u l-istampar ta’ kopja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża VG Wort <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑457/11 sa C‑460/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:34">EU:C:2013:34</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 75 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), fejn tagħmel analiżi profonda tar-riproduzzjoni li tinvolvi sensiela ta’ apparati.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29, it-twettiq ta’ fotokopji ta’ xogħlijiet fi ħdan il-librerija jista’ jiġi permess taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-fotokopijers attwali jiddiġitalizzaw l-oriġinal u jistampaw fuq il-karta kopja analoġika tax-xogħol oriġinali, li huwa ekwivalenti għal riproduzzjoni fiżika tal-oriġinali wara diġitalizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fis-sentenza VG Wort <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza VG Wort <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:426">EU:C:2013:426</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68).</P></NOTE>, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>mill-kliem tal-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li dan ma jirreferix biss għat-teknika fotografika, iżda wkoll għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/>, jiġifieri kwalunkwe mezz ieħor li jippermetti li jkun hemm riżultat simili għal dak miksub bit-teknika fotografika, jiġifieri r-rappreżentazzjoni analoġika ta’ xogħol jew ta’ materjal ieħor protett<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[s]a fejn dan ir-riżultat huwa żgurat, in-numru ta’ operazzjonijiet jew in-natura tat-teknika jew tat-tekniki użati waqt il-proċess ta’ riproduzzjoni inkwistjoni ftit huma importanti sakemm, madankollu, id-diversi elementi jew id-diversi stadji mhux awtonomi ta’ dan il-proċess uniku jaġixxu jew jiżvolġu taħt il-kontroll tal-istess persuna u l-għan tagħhom ikun li jirriproduċu x-xogħol jew il-materjal l-ieħor protett fuq il-karta jew mezz ieħor simili<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza VG Wort <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:426">EU:C:2013:426</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 70).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Skont dan l-approċċ, huwa possibbli li jiġu stampati paġni ta’ xogħol diġà ddiġitalizzat. Dan ix-xenarju jmur lil hinn minn dak li jipprevedi l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, iżda jista’ jiġi kopert mill-Artikolu 5(2)(a), (b), u/jew (ċ) tad-Direttiva 2001/29. Bħalma huwa permess għal utent ta’ librerija, fil-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jiffotokopja l-paġni ta’ xogħlijiet fiżiċi preżenti fil-kollezzjoni sħiħa, u għal librerija li tippermetti dan, l-utent jista’ jistampa l-paġni ta’ kopja diġitali u l-librerija tista’ tippermetti dan. B’differenza għal kopja diġitali ssejvjata fuq USB stick, il-permess li jiġu<?PAGE NO="11"?> stampati xogħlijiet iddiġitalizzati minn librerija jew stabbiliment ieħor previst fl-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, ma joħloqx, f’dan ir-rigward, sitwazzjoni ġdida meta mqabbla ma’ dik li fiha ma jeżisti ebda terminal speċjalizzat. Il-perikolu ta’ distribuzzjoni illeċita fuq skala kbira, preżenti fil-każ ta’ kopji diġitali, ma jeżistix iktar.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, nipproponi li tingħata risposta għat-tielet domanda fis-sens li d-drittijiet previsti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 ma jippermettux lill-utenti tat-terminals speċjalizzati li jistampaw fuq il-karta jew li jaħżnu fuq USB stick ix-xogħlijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom hemmhekk.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof bil-mod li ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma humiex applikabbli għal xogħol il-kundizzjonijiet ta’ xiri jew ta’ liċenzjar, meta d-detentur tad-dritt joffri lill-istabbilimenti msemmija f’din id-dispożizzjoni l-possibbiltà ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ta’ liċenzja b’kundizzjonijiet xierqa għall-użu ta’ dan ix-xogħol.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 5(2)(ċ) tal-imsemmija direttiva, ma jopponix għall-fatt li l-Istati Membri jagħtu lill-istabbilimenti previsti f’din id-dispożizzjoni d-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fil-kollezzjonijiet tagħhom, jekk dan huwa meħtieġ għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ terminals speċjalizzati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-drittijiet previsti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 ma jippermettux lill-utenti tat-terminals speċjalizzati li jistampaw fuq il-karta jew li jaħżnu fuq USB stick ix-xogħlijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom hemmhekk.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>