Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li testendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx 4,0 mm (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. fuq l-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, li minnu d-dimensjoni trasversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. /* COM/2013/0564 final - 2013/0272 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST
TAL-PROPOSTA Raġunijiet għall-proposta u
l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna
l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’
Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet dumped minn
pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”)
fl-investigazzjoni ta’ evażjoni possibbli tal-miżuri antidumping
imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 511/2010
fuq l-importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 %
tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni trażversali
massima li taqbeż il-1.35 mm imma ma taqbiżx 4,0 mm
(“il-prodott ikkonċernat”) li joriġina mir-ir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina b’importazzjoni ta’ wajers tal-molibdenu b'modifika
żgħira, li fihom, 97 % tal-piż jew aktar iżda inqas
minn 99,95 % ta’ molibdenu, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina. Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta' investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tiegħu. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-miżuri kienu imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 511/2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx 4,0 mm (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-konsistenza mal-politiki u mal-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Konsultazzjoni tal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati fil-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Ġbir u użu ta' għarfien espert Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern. Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta' kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. 3. L-ELEMENTI
LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta mehmuża għal Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni, li kkonfermat li kienet qiegħda ssir evażjoni tal-miżuri u li l-kriterji l-oħra kollha għall-istabbiliment ta' evażjoni kif stabbilit f'Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku intlaħqu. Huwa għalhekk propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża biex jestendi l-miżuri antidumping fuq wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu b'modofika żgħira li fihom, 97 % tal-piż jew aktar iżda inqas minn 99,95 % ta’ molibdenu, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Ir-Regolament tal-Kunsill relevanti għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mid-19 ta’ Settembru 2013. Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Il-prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklusiva tal-Unjoni. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-forma ta' azzjoni hi deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda skop għal deċiżjoni nazzjonali. Mhijiex applikabbli indikazzjoni ta' kif jiġi minimizzat u jsir proporzjonali mal-għan tal-proposta, il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini. L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: Regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprovdix għal għażliet alternattivi. 4. IMPLIKAZZJONI
BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda
implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. 2013/0272 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li testendi d-dazju antidumping definittiv
impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq
l-importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 %
tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, li minnu d-dimensjoni
trażversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx 4,0 mm
(“il-prodott ikkonċernat”) li joriġina mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina. fuq l-importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu li fih
mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, li minnu
d-dimensjoni trasversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma
taqbiżx l-4,0 mm (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġina
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar
il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet dumped minn pajjiżi mhux membri
tal-Komunità Ewropea[1]
("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 13
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa
mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: 1. Proċedura 1.1. Il-miżuri eżistenti (1) F’Diċembru 2009,
il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) bir-Regolament (UE) Nru1247/2009[2] (“ir-Regolament antidumping
proviżorju ), imponiet dazju antidumping proviżorju
l-importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 %
tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni trasversali
massima li taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm li
joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). (2) F’Ġunju 2010,
il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010[3], impona dazju antidumping ta’
64,3 % fuq l-istess importazzjonijiet. Dawn il-miżuri minn issa 'l
quddiem se jissejħu 'il-miżuri fis-seħħ' u
l-investigazzjoni li wasslet biex jidħlu l-miżuri fis-seħħ
minn issa 'l quddiem se tissejjaħ 'l-investigazzjoni oriġinali'. (3) F’Jannar 2012, wara
investigazzjoni kontra l-evażjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament
bażiku, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 14/2012[4] il-Kunsill estenda
l-miżuri fis-seħħ għal importazzjonijiet tal-prodott
ikkonċernat ikkonsenjat mill-Malasja, sew jekk iddikjarat li joriġina
fil-Malasja u sew jekk le. 1.2. Talba (4) F’Novembru
2012, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikoli 13 (3) u 14 (5)
tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ evażjoni
tal-miżuri antidumping imposti fuq ċerti wajers tal-molibdenu li
joriġinaw mir-RPĊ minn importazzjonijiet ta’ ċerti wajers
tal-molibdenu b'modifika żgħira, li fihom, 97 % tal-piz jew
aktar iżda inqas minn 99,95 % ta’ molibdenu, li joriġinaw mir-RPĊ,
u biex tagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti
għal reġistrazzjoni. (5) It-talba tressqet minn
Plansee SE (“Plansee”), produttur tal-Unjoni ta’ ċerti wajers
tal-molibdenu li pparteċipa fl-investigazzjoni oriġinali. (6) It-talba kien fiha
biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri antidumping
fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw
fir-RPĊ qegħdin jiġu evażi permezz ta’ importazzjonijiet
ta’ ċertu wajers tal-molibdenu b'modifika żgħira li fihom
97 % tal-piż jew aktar iżda inqas minn 99,95 % ta’
molibdenu, li joriġina mir-RPĊ. 1.3. Il-bidu (7) Wara
li stabbiliet wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm
biżżejjed evidenza prima facie biex jingħata bidu
għal investigazzjoni skont l-Artikoli 13 (3) u 14 (5) tar-Regolament
bażiku, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru
1236/2012[5] (“ir-Regolament tat-tnedija”) tal-evazjoni possibbli ta' miżuri
tal-antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers
tal-molibdenu li joriġinaw fir-RPĊ u tat ukoll istruzzjonijiet
lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ wajer tal-molibdenu, li fih, f’piż, 97 % jew aktar
iżda inqas minn 99,95 % ta’ molibdenu, b’dimensjoni trażversali
massima li taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm u li
attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 8102 96 00
(kodiċi TARIC 8102 96 00 30), li joriġina
fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-21 ta’ Diċembru 2012. 1.4. Il-prodott ikkonċernat u
l-prodott investigat (8) Il-prodott ikkonċernat
huwa l-istess kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri
wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu
jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni trażversali massima li taqbeż
il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm,(molibdenu pur) li
joriġina mir-RPĊ, li fil-preżent huwa ikklassifikat
bil-kodiċi NM ex 8102 96 00. (9) Il-prodott
li qed jiġi investigat, jiġifieri l-prodott li allegatament qed
jevadi, huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa (7) li fih, 97 %
mill-piż jew aktar iżda inqas minn 99,95 % ta’ molibdenu,
b’dimensjoni trażversali massima li taqbeż il-1,35 mm imma ma
taqbiżx l-4,0 mm li joriġina fir-RPĊ. 1.5. Investigazzjoni u partijiet
ikkonċernati bl-investigazzjoni (10) Il-Kummissjoni
uffiċjalment avżat lill-awtoritajiet tar-RPĊ bil-bidu
tal-investigazzjoni u bagħtet il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi
fir-RPĊ u l-importaturi fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati.
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet
tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat
fir-Regolament ta’ tnedija. Il-partijiet kollha kienu infurmati li nuqqas ta’
kooperazzjoni tista’ twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18
tar-Regolament bażiku u għal sejbiet li jkunu bbażati fuq
il-fatti disponibbli. (11) Żewġ
produtturi esportaturi ssottomettew tweġiba għall-kwestjonarju
lill-Kummissjoni. Waħda minn dawn il-kumpaniji, li wkoll ikkooperat matul
l-investigazzjoni oriġinali, hija produttur esportatur ġenwin
tal-prodott li qed jiġi investigat. Rigward it-tieni waħda, din
il-kumpanija ma rrappurtat ebda bejgħ tal-prodott li qed jiġi
investigat. Għalhekk, is-sottomissjoni tagħha kienet injorata. (12) Erba' produtturi esportaturi
ssottomettew tweġiba għall-kwestjonarju lill-Kummissjoni. Wieħed
minnhom ma rrapporta l-ebda importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi
investigat u nstab li aktar kien utent ta’ wajer tal-molibdenu. (13) Il-Kummissjoni wettqet
stħarriġ fuq il-post fuq żewġ binjiet tal-produttur
esportatur Ċiniż, li kkoopera: --- Jinduicheng Molybdenum Co., Ltd.,
No88, Jinye 1st Road, Hi-Tech Industry Developing Zone, Xi’an,
Shaanxi Province, P.R. Iċ-Ċina (“JDC”); --- Jinduicheng Guangming Co., Ltd.,
No104 Mihe Road, Zhoucun District, Zibo City, P.R. Iċ-Ċina u fil-bini tal-importatur tal-Unjoni li
ġej: --- Gtv verschleißschutz GmbH, vor der
neuwiese 7, id-57629 luckenbach, il-Ġermanja ('GTV‘). (14) It-tliet importaturi oħra
ma saritilhomx żjara, iżda s-sottomissjonijiet tagħhom ġew
mistħarrġa kif imiss matul l-investigazzjoni. 1.6. l-investigazzjoni u perjodi
ta’ rappurtar (15) Il-perjodu tal-investigazzjoni
kien stabbilit mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-30 ta’ Settembru 2012 (“PI”) sabiex
jiġi investigat il-bdil allegat fid-drawwiet tal-kummerċ. Il-perjodu
ta’ rappurtar (“RP”) kopra l-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’
Settembru 2012, biex tinvestiga jekk l-importazzjonijiet isirux bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux
dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri
eżistenti, u l-eżistenza ta’ dumping. 2. Riżultati tal-investigazzjoni 2.1. Kunsiderazzjonijiet
ġenerali (16) Skont l-Artikolu 13 (1)
tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza tal-prattiki ta’
evażjoni possibbli saret billi ġie analizzat b'suċċess: (1)
jekk kienx hemm tibdil fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Unjoni;
(2) jekk din il-bidla nibbtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li
għalihom ma kienx hemm raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika
suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju; (3) jekk kienx hemm
evidenza ta’ ħsara jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju ġewx
kompromessi f'termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott
investigat; u (4) jekk kienx hemm evidenza ta' dumping b'rabta mal-valuri
normali stabbiliti preċedentement għall-prodott simili, jekk
neċessarju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2
tar-Regolament bażiku. 2.2. Modifika żgħira u
karatteristiċi essenzjali (17) l-investigazzjoni
wriet li l-prodott li qed ikun investigat hu wajer magħmula minn molibdenu
(bejn 99,6 % u 99,7 %) u normalment lantanum (“la”) (bejn 0,25 %
u 0,35 %). Din il-liga fiha wkoll elementi kimiċi oħra u hija
magħrufa bħala ‘molibdenu trattat” jew “Mola” jew “ML”. Il-prodott
ikkonċernat u l-prodott investigat it-tnejn li huma attwalment jaqgħu
taħt il-kodiċi NM 8102 96 00. Kif spjegat hawn taħt,
l-investigazzjoni ma sabet l-ebda differenza fil-proċess ta’ produzzjoni
tal-prodott investigat u l-prodott ikkonċernat, minbarra ż-żieda
ta’ persentaġġ baxx ta’ lantanum ma' molibdenu pur fl-istadju ta'
taħlit. Barra dan, il-produttur esportatur li kkoopera kkonferma li
l-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat hija
simili għall-ispiża tal-prodott ikkonċernat. Dan jimplika li
m’hemm l-ebda benefiċċju ekonomiku għall-produttur esportatur
biex jipproduċi l-prodott li qed jiġi investigat għajr l-evitar tal-miżuri
fis-seħħ. Barra minn hekk, instab li l-utenti tal-prodott
ikkonċernat qalbu għall-prodott li qed jiġi investigat wara
l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji,
li jimplika li m’hemmx differenza bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott
taħt konsiderazzjoni għall-utenti. (18) Kif
imsemmi fil-premessa (15) tar-regolament antidumping proviżorju
antidumping, il-prodott ikkonċernat jintuża l-aktar bħala kisi
fil-manifattura ta’ partijiet tal-karrozzi (jiġifieri kaxxi
tal-ingranaġġ), partijiet ta’ ajruplani jew bħala kuntatti
elettriċi. Id-dijametri li kienu l-aktar negozjati tal-prodott
ikkonċernat huma 2,31 mm u 3,17 mm, użati għal sprejar
bil-fjamma jew bl-ark. (19) Tliet
partijiet sostnew li l-prodott li qed ikun investigat u l-prodott
ikkonċernat għandhom karatteristiċi essenzjali differenti. Fuq
talba ta’ tnejn minnhom, sar smigħ b’konfrontazzjoni mal-GTV, JDC u
Plansee, ippresedut mill-Uffiċjal tas-Seduta f’April 2013. Kif spjegat
fid-dettall hawn taħt, matul is-seduta l-attenzjoni ewlenija kienet fuq l-allegati
differenzi tekniċi bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott
investigat, u ġustifikazzjoni ekonomika għall-importazzjoni ta’ dan
tal-aħħar fis-suq tal-Unjoni. (20) GTV u
JDC argumentaw matul is-seduta u bil-miktub li l-prodott li qed jiġi
investigat għandu karatteristiċi fiżiċi essenzjali
differenti li huma differenti sew mill-prodott ikkonċernat. B’mod aktar
speċifiku, huma sostnew li d-duttibbiltà, jiġifieri l-kapaċità
tal-materjal li għandu biex jiġi irtirat b’mod lonġitudinali
għal taqsima mnaqqsa mingħajr ksur taħt l-azzjoni ta’ forza
tensili, it-titwil parametri u l-proprjetajiet ta' kisi tal-prodott li qed
jiġi investigat jitjiebu b'mod partikolari meta mqabbla mal-prodott
ikkonċernat. (21) B’appoġġ għal
din it-talba, iż-żewġ partijiet issottomettew għadd ta’
artikoli u studji bil-għan li juru li t-taħlit ta' molibdenu u
lantanum jwassal għal prodott b’reżistenza aħjar għal
falliment minħabba fraġilità u titwil aħjar mill-prodott
ikkonċernat. Dawn il-partijiet sostnew ukoll li l-informazzjoni ppubblikata
fuq il-websajt ta' Plansee tipprovdi xhieda li l-prodott li qed jiġi
investigat għandu l-proprjetajiet imtejba meta mqabbel mal-prodott
ikkonċernat. (22) Rigward il-karatteristiċi
tal-prodott, sabiex jiġi evalwat jekk il-prodott li qed jiġi investigat
u tal-prodott konċernat għandhomx il-karatteristiċi essenzjali
differenti, Plansee pproponiet li tagħti mandat lil istitut indipendenti
biex jipparaguna l-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat. (23) Wara
s-seduta, it-talba ta’ hawn fuq ġiet ivvalutata abbażi tal-evidenza
miġbura matul l-investigazzjoni, b’mod partikolari l-ordnijiet ta’ xiri li
jintbagħtu minn importaturi lill-produttur esportatur, l-ispjegazzjonijiet
ipprovduti mill-produttur esportatur dwar il-proċess ta’ produzzjoni
tiegħu, il-kontenut ta’ kimiki u karatteristiċi ta' titwil u
tensilità msemmija fiċ-ċertifikati ta’ kwalitajiet, il-fatturi
kummerċjali maħruġa mill-produttur esportatur u n-nuqqas ta’
kull informazzjoni kummerċjali relatata ma’ karatteristika mtejjba
tal-prodott li qed jiġi investigat meta mqabbel mal-prodott
ikkonċernat li ġie mibgħut lil kwalunkwe konsumatur.
l-informazzjoni kollha kkonfermat li proprjetajiet aħjar ma kinux mitluba
mill-konsumaturi u lanqas provduta mill-produttur tal-prodott li qed jiġi
investigat. Għalhekk, ġie konkluż li l-opinjoni ta’ espert
mhijiex meħtieġa. B’konsegwenza, din it-talba ġiet
miċħuda. (24) F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni kkonfermat li
l-kwalitajiet imtejba imsemmija hawn fuq fil-premessa (20) jiddependu fuq
il-kontenut ta’ lantanu u fuq jekk il-proċess ta’ produzzjoni ottimizzata
qed jintuża. Madankollu, il-produttur esportatur li kkoopera ma wriex li
introduċa proċessi ta’ produzzjoni ottimiżżata
għall-prodott investigat esportat lejn l-UE matul il-PI. It-talba kienet
għalhekk irrifjutata minħabba li bla bazi. (25) Parti waħda stqarret li
l-prodott li qed ikun investigat tejjeb il-proprjetajiet ta' kisi. Madankollu,
il-parti ma tatx biżżejjed evidenza biex issostni din
id-dikjarazzjoni. It-talba kienet għalhekk irrifjutata minħabba li
bla bazi. (26) Żewġ partijiet
iddikjaraw li l-reżistenza għall-qsim tjiebet għall-prodott li
qed jiġi investigat. Dan ifisser li l-wajer qatt ma jinqasam meta
jinħall ġo magna tal-isprejar. Madankollu, dawn il-partijiet intalbu
jipprovdu dokumentazzjoni ta’ appoġġ iżda naqsu milli
jgħamlu dan. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza ta’ sostenn, din it-talba
ġiet injorata. (27) Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn
fuq, ġie konkluż li l-prodott li qed jiġi investiga
m'għandu ebda proprjetajiet differenti meta mqabbel mal-prodott
ikkonċernat.. (28) Barra
minn hekk, l-evidenza miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika turi
li l-utenti/importaturi ma talbux speċifikament il-prodott
b’karatteristiċi fiżiċi aħjar kif deskritt hawn fuq fil-
Premessa (20) meta għamlu l-ordnijiet tagħhom. L-ebda wieħed
minnhom ma talab għal kontenut speċifiku ta’ lantanum iżda talbu
għal mill-anqas 99 % ta’ molibdenu. Klijent wieħed biss talab
għal karatteristiċi fiżiċi speċifiċi
għall-parametri ta’ titwil u tensilità. F’dan il-każ, il-produttur
esportatur ittestja dawn il-parametri u pprovda lill-klijent b'ċertifikati
ta’ kwalità. Minħabba li dawn iċ-ċertifikati ingħataw ukoll
għall-prodott ikkonċernat, kien possibbli li wieħed iqabbel
iż-żewġ prodotti għal dawn il-parametri. Il-paragun wera li
l-ħtiġijiet għal titwil u tensility kienu identiċi
għaż-żewġ prodotti. (29) Barra
minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-produttur esportatur ma infurmax
lis-suq jew lill-klijenti tiegħu dwar l-allegati vantaġġi
tal-prodott li qed jiġi investigat fuq il-prodott ikkonċernat u ma
poġġiex dawn il-wajers MoLa b'modifika żgħira fis-suq
bħala prodott ġdid jew differenti. (30) Ibbażat fuq privattiva
rreġistrata minn Plansee f’Jannar tal-1996, parti waħda stqarret li
l-prodott ikkonċernat u l-prodott li qed jiġi investigat huma
prodotti differenti. l-analiżi ta’ din id-dikjarazzjoni wriet li
l-privattiva ma tikkonċernax il-prodott investigat iżda l-użu
ta’ liga tal-molibdenu bħala kunduttur li jwassal il-kurrent għal lampi,
tubi u komponenti simili. Barra minn hekk, id-dijametri ta’ dan it-tip ta’
prodott huma inqas mid-dijametri definiti għall-prodott li qed jiġi
investigat. Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (24), l-allegata
kwalitajiet imtejba ta’ MoLa fuq il-prodott konċernat jiddependu mill-użu
ta’ proċess ta’ produzzjoni ottimizzata. Il-pretensjoni hija għalhekk
miċħuda. (31) Għalhekk, għandu
jiġi konkluż li mill-perspettiva tal-konsumatur il-prodott
ikkonċernat u l-prodott li qed jiġi investigat huma simili
ħafna. (32) Parti
waħda sostniet li l-offerti kummerċjali ppubblikata fuq il-websajt
ta' Plansee juru li huma joffru l-prodott investigat mhux biss fil-qasam
tal-isprejjatura tas-sħana iżda wkoll f’diversi oqsma oħra
(jiġifieri l-komponenti tal-fanali, industriji tal-qtugħ tal-wajers).
Madankollu, Plansee kkummentat li l-informazzjoni kummerċjali li tiġi
ppubblikata fis-sit elettroniku tagħha tindika d-dijametri li
għalihom għandha provvista. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet
li l-bejgħ ta’ Plansee għal oqsma oħra huwa limitat ħafna
(jiġifieri inqas minn 2 % fil-kwantità meta mqabbel mal-bejgħ
tal-prodott ikkonċernat) u li ntuża proċess ta’ produzzjoni
ottimizzata. Għalhekk, din il-klejm ġiet miċħuda. (33) Parti waħda sostniet li
Plansee kienet diġa' qed tipproduċi l-prodott li qed jiġi
investigat meta ressqet l-ilment li wassal għall-inizjazzjoni
tal-investigazzjoni oriġinali u billi Plansee tikkunsidra li l-prodott li
qed ikun investigat u l-prodott ikkonċernat għandhom l-istess
karatteristiċi essenzjali, dawn għandhom ikunu inklużi fl-ambitu
tal-investigazzjoni oriġinali. Madankollu, kif spjegat hawn fuq premessa
(32), l-investigazzjoni kkonfermat li dan il-wajer MoLa partikolari huwa
differenti mill-prodott li qed jiġi investigat. Id-dijametri tal-prodott
huma ġeneralment inqas minn 1 mm u jintuża primarjament
fl-industrija tad-dawl. Barra minn hekk, kif imsemmi hawn isfel fit-Tabella 1,
l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat bdew biss wara li
ġew imposti l-miżuri proviżorji fuq il-prodott ikkonċernat.
Għalhekk, fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi
investigat matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali, ma kien hemm ebda
raġuni biex tinkludi dan il-prodott fl-ambitu tal-prodott. Il-pretensjoni
hija għalhekk miċħuda bħala infondata. (34) Parti
waħda sostniet li t-tnaqqis fl-espansjoni tal-firxa minn 99,95 %
għal 97 % se jkopri kull tip ta’ ligi tal-molibdenu u b’konsegwenza,
dawn il-prodotti ma jkunux disponibbli fuq is-suq tal-UE (jiġifieri
pereżempju għas-suq li qed jitfassal mill-ġdid). L-ewwel nett,
din il-parti ma ppreżentat ebda evidenza li tappoġġja din
l-istqarrija. It-tieni, l-investigazzjoni wriet li produttur esportatur
wieħed biss kien qed jesporta MoLa fl-Unjoni matul il-PI u ebda ligi
oħrajn li kienu jkunu koperti mid-definizzjoni tal-prodott li qed jiġi
investigat. It-tielet l-investigazzjoni wriet li s-suq fl-UE għat-tfassil
mill-ġdid u l-bejgħ ta’ ligi tal-molibdenu huwa limitat ħafna.
Fl-aħħar nett, l-estensjoni tal-miżuri mhix ser tgħamilha
impossibbli li ssir importazzjoni tal-prodott investigat. It-talba ġiet
għalhekk irrifjutata. (35) Safejn huma kkonċernati
d-domandi ta' jekk il-modifika msemmija fi premessa (19) biddlitx jew le
l-karatteristiċi essenzjali tal-prodott ikkonċernat, l-informazzjoni
provduta mill-partijiet li kkooperaw analizzata fi premessa (24) sa premessa
(32), rrivelat lil-prodott li qed jiġi investigat għandu l-istess
karatteristiċi fiżiċi bażiċi u l-istess użu
bħall-prodott ikkonċernat. (36) B’konsegwenza ta’ dan, instab
li ma hemm l-ebda differenzi rilevanti fil-karatteristiċi fiżiċi
bejn il-prodott investigat u l-prodott ikkonċernat. Għalhekk,
ġie konkluż li l-prodott li qed jiġi investigat huwa meqjus
bħala prodott simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1 (4) tar-Regolament
bażiku. (37) Għalhekk,
għandu jiġi konkluż li l-prodott li qed ikun investigat
għandu biss modifika żgħira meta mqabbel mal-prodott
ikkonċernat, importat għall-ebda ġustifikazzjoni ekonomika
oħra għajr li jevadi d-dazji antidumping fis-seħħ. 2.3. Il-bidla fix-xejra
tal-kummerċ 2.3.1. L-importazzjonijiet tal-fili
tal-molibdenu lejn l-Unjoni (38) L-informazzjoni
dwar l-importazzjonijiet tal-Unjoni ma jistgħux ikunu direttament miksuba
mid-dejta tal-Eurostat, peress li l-kodiċi tan-NM li taħtu il-prodott
li qed jiġi investigat huwa ddikjarat jinkludi wkoll prodotti oħra minbarra
l-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, fin-nuqqas ta’
statistiċi speċifiċi ta’ importazzjoni għall-prodott li qed
jiġi investigat, id-dejta tal-Eurostat ġiet aġġustata skont
il-metodu ssuġġerit fit-talba. Għaldaqstant, il-volum
tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni
ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ stima tal-konsum tal-UE tal-wajers
tal-molibdenu aġġustata bil-produzzjoni totali tal-UE tal-prodott
ikkonċernat. Dan il-metodu nstab li kien kredibbli biex tinkiseb dejta
dwar il-prodott li qed jiġi investigat. (39) Kif
imsemmi fil-premessa (11), produttur li jesporta fl-RPĊ wieħed
biss ma kkooperax fl-investigazzjoni. Madankollu, abbażi tat-tqabbil
tat-tagħrif mogħti minn dan il-produttur esportatur bid-dejta
aġġustata tal-Eurostat imsemmija fil-premessa preċedenti,
ġie stabbilit li din il-kumpanija tirrappreżenta l-parti l-kbira
tal-importazzjonijiet totali tal-UE tal-prodott li qed jiġi investigat
waqt il-PI u għalhekk ġiet meqjusa bħala r-rappreżentant
tal-importazzjonijiet totali tal-UE ta’ ċerti wajers tal-molibdenu. (40) Kif jidher fit-tabella hawn
taħt, l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat waqfu
għal kollox wara l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi
f’Ġunju 2010 u kienu immedjatament sostitwit permezz ta’ importazzjonijiet
tal-prodott li qed jiġi investigat. Tabella
1: L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u l-prodott
li qed jiġi investigat li joriġina mir-RPĊ Importazzjonijiet lejn l-UE || 2008 || 2009 || 01/01/2010 * — 16/06/2010 || 17/06/2010** - 31/12/2010 || 2010 || 2011 || RP * * * (1) Importazzjonijiet Totali – (Tunellati bl-indiċijiet) || 100 || 31 || 10 || 17 || 27 || 128 || 99 Importazzjonijiet Totali || 100 % || 100 % || 100 % || 100 % || 100 % || 100 % || 100 % Il-Prodott Ikkonċernat || 100 % || 100 % || 20 % || 0 % || 7 % || 0 % || 0 % Il-Prodott li qed jiġi Investigat || 0 % || 0 % || 80 % || 100 % || 93 % || 100 % || 100 % (1) Indiċjati fuq il-bażi ta’ volum f’kg irrapportata mill-produttur esportatur li kkoopera. (jiġifieri 2008 = 100). Irreferi għal premessa (37). Importazzjonijiet= il-Prodott ikkonċernat + il-Prodott li qed jiġi investigat * il-perjodu korrispondenti għall-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji * il-perjodu korrispondenti għall-impożizzjoni tal-miżuri definittivi * * * RP = perjodu ta’ rappurtar mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012 Sors: sottomissjoni JDC (41) l-investigazzjoni kkonfermat
li l-partijiet li xtraw il-prodott li qed jiġi investigat wara
l-impożizzjoni tad-dazju proviżorju kienu qed jixtru l-prodott
ikkonċernat qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Dawn il-partijiet
xtraw 99,8 % tal-kwantità totali tal-prodott li qed jiġi investigat
matul il-PR. (42) Żewġ partijiet
interessati sostnew li sa mis-sena 2007, bdew proġett biex jiġi
żviluppat il-prodott li qed jiġi investigat fir-RPĊ u
għalhekk l-esportazzjonijiet tal-prodotti taħt l-investigazzjoni ma
kienx marbut mal-impożizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott
ikkonċernat. Madankollu, l-investigazzjoni ma kkonfermatx il-materjalità
ta’ tali proġett. B’kollox, email waħda, il-minuti ta’ konferenza
telefonika waħda u l-esportazzjoni ta’ kampjun tal-prodott li qed
jiġi investigat għal analiżi ulterjuri ġew ipprovduti.
Barra minn hekk, dan il-proġett ma rriżultax f’kull bejgħ
tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-UE qabel l-impożizzjoni
tal-miżuri proviżorji fuq il-prodott ikkonċernat, jiġifieri
f’Ottubru 2010. Madankollu, il-fatt li proġett allegatament kien mibdi
fl-2007 ma biddilx is-sejba li l-prodott ikkonċernat u l-prodott
investigat huma simili. Il-konklużjoni li ntlaħqet fl-investigazzjoni
li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika għall-esportazzjoni
tal-prodott li qed jiġi investigat minn l-impożizzjoni
tal-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat tibqa' valida wkoll. (43) l-investigazzjoni wriet ukoll
li l-ebda bejgħ tal-prodott li qed jiġi
investigat ma sar lejn pajjiżi oћra minbarra l-UE u li kwantitajiet
limitati biss inbiegħu fis-suq Ċiniż matul l-PI kif jidher
fit-tabella 2 hawn taħt. Tabella
2: Il-prodott taħt is-suq tal-investigazzjoni || 2008 || 2009 || 01/01/2010-16/06/2010 || 17/06/2010-31/12/2010 || 2010 || 2011 || 01/10/2011-30/09/2012 (1) Bejgħ Totali (indiċjat) || 100 || 96 || 863 || 1529 || 2393 || 11168 || 8123 Il-Bejgħ Totali; || 100 % || 100 % || 100 % || 100 % || 100 % || 100 % || 100 % Il-bejgħ domestiku (RPĊ) || 100 % || 100 % || 5 % || 4 % || 4 % || 0.4 % || 2 % Bejgħ fl-UE || 0 % || 0 % || 95 % || 96 % || 95 % || 99,6 % || 98 % Bejgħ f'pajjiżi oħra || 0 % || 0 % || 0 % || 0 % || 0 % || 0 % || 0 % (1) Il--metodoloġija hekk kif deskritta għal Tabella 1. Sors: sottomissjoni JDC (44) Fuq din il-bażi,
l-allegazzjoni kienet miċħuda. 2.3.2. Konklużjoni dwar il-bidla
fix-xejra tal-kummerċ (45) Iż-żieda
totali tal-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-UE
mir-RPĊ wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji u
definittivi u t-tnaqqis b'mod parallel tal-importazzjonijiet tal-prodott
ikkonċernat ikkostitwew bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ
u l-Unjoni. 2.4. In-natura tal-prassi ta’
evażjoni u raġuni xierqa jew ġustifikazzjoni ekonomika
insuffiċjenti (46) L-Artikolu 13(1)
tar-regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet
minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx
raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti
għajr għall-impożizzjoni tad-dazju. (47) Kif issemma fil-premessa (41),
ġie konkluż li hemm bidla fir-rutina tal-kummerċ. (48) Kif imsemmi fi pmeressi (28) u
(29),ġie konkluż li la l-produttur esportatur u lanqas l-importatur
ma infurmaw lis-suq jew lill-klijenti tagħhom dwar l-allegati
vantaġġi tal-prodott li qed jiġi investigat fuq il-prodott
ikkonċernat u ma poġġewx il-prodott li qed jiġi investigat
fis-suq bħala prodott ġdid jew differenti. (49) Barra minn hekk, kemm
il-prodott konċernat u l-prodott investigat jintużaw
prinċipalment bħala sprej wajers fl-industrija tal-karozzi u l-utenti
tal-aħħar taż-żewġ prodotti huma l-istess. (50) Parti
waħda stqarret li l-prodott li qed ikun investigat jipprovdi titjib
sinifikanti meta jintuża bħala sprej wajer. Dan it-titjib għandu
impatt fuq il-produttività ta’ komponenti tat-tagħmir ta' kisi, billi
tiġi mminimizzata l-interruzzjoni tal-produzzjoni minħabba falliment
ta' wajers fraġli. Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li din
il-parti ma poġġietx il-prodott li qed jiġi investigat fuq
is-suq u lanqas infurmat lill-klijenti tagħha dwar l-allegati
karatteristiċi tekniċi differenti jew dwar t-titjib miġjub
mill-prodott li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, il-klijenti ma talbux
b'mod speċifikament għal titjib. It-talba
kienet għalhekk irrifjutata minħabba li bla bazi. (51) Parti
waħda sostniet li utent wieħed bidel il-prodott li qed jiġi
investigat minħabba nuqqasijiet tekniċi tal-prodott ikkonċernat.
Madankollu, din il-parti intalbet tipprovdi dokumentazzjoni ta’
appoġġ iżda naqset milli tagħmel dan. Fin-nuqqas ta’
kwalunkwe evidenza ta’ sostenn, din it-talba ġiet injorata. (52) GTV
sostniet li MoLa użati għal kisi bl-isprej jipprovdu riżultati
aħjar meta jitqies il-kisi micro hardness. Dan jippermetti li jiġi
evitat it-tkagħbir permezz ta' trasferiment ta' materjal
mill-wiċċ ta’ komponent li jħakkek fuq kontroparti. Din il-parti
ssottomettiet ir-riżultati tat-test minn laboratorju indipendenti li juri
li l-micro hardness tista' titjieb b’użu ta’ MoLa. Madankollu,
il-metodoloġija użata minn laboratorju indipendenti ma ggarantietx
l-eżitu minħabba li t-test kien realizzat fuq lott wieħed biss
ta’ wajer filwaqt li din il-parti sostniet li test ieħor l-analiżi
għandu jkopri għadd kbir ta’ lottijiet. Barra minn hekk,
il-kompożizzjoni kimika ta’ kampjun ittestjat ma ġietx analizzata li
jfisser li m’hemm l-ebda garanzija li l-lott analizzat kien attwalment
il-prodott li qed jiġi investigat. It-talba kienet għalhekk
irrifjutata minħabba li bla bazi. (53) L-investigazzjoni ma
żvelat l-ebda kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika
oħra għall-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat
minbarra l-evitar tal-ħlas tad-dazju fis-seħħ. (54) Huwa għalhekk
konkluż li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kawża jew ġustifikazzjoni
ekonomika suffiċjenti fi ħdan it-tifsira tat-tieni sentenza
tal-Artikolu 13 (1) tar-Regolament bażiku, il-bidla fix-xejra
tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Unjoni kienet minħabba l-impożizzjoni
tal-miżuri fis-seħħ. 2.5. L-imminar tal-effetti
rimedjali tad-dazju f’termini ta’ prezzijiet u/jew il-kwalitajiet tal-prodott
simili (55) Biex tivvaluta jekk
l-importazzjonijiet tal-prodott investigat, f’termini ta’ kwantitajiet u
prezzijiet, xekklux l-effetti remedjali tal-miżuri fis-seħħ,
id-dejta pprovduta minn produttur esportatur li kkoopera, kif deskritt
fil-premessa (39) intużawx. (56) Iż-żieda
fl-importazzjonijiet tal-prodott investigat mir-RPĊ f'dak li għandu
x'jaqsam mal-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji kienet
sinifikattiva f’termini ta’ kwantitajiet. Il-livell tal-importazzjonijiet lejn
l-UE mir-RPĊ fil-PR jikkorrispondi mal-livell tal-importazzjonijiet
tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ lejn l-Unjoni
fl-2008, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. (57) Il-paragun tal-livell ta’
eliminazzjoni tad-dannu kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-medja
differenzjata tal-prezz tal-esportazzjoni wera bejgħ bi prezz
imraħħas sinifikanti. Għaldaqstant ġie konkluż li
l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiddgħajfu kemm
f'termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ prezz. 2.6. L-evidenza ta’ dumping
fir-rigward tal-valur normali li kien stabbilit preċedentement
għall-prodott simili (58) Il-prezzijiet
tal-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat ġew stabbiliti
fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata mogħtija mill-produttur
esportatur li kkoopera. (59) Dawn
il-prezzijiet ta’ esportazzjoni instabu li huma kemxjen anqas meta mqabbla
mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat stabbilit qabel
fl-investigazzjoni oriġinali. Żewġ partijiet interessati
kkonfermaw li hemm kważi l-ebda differenza fil-prezz bejn il-prodott
konċernat u l-prodott li qed jiġi investigat. (60) Għalhekk, skont
l-Artikolu 13 (1) tar-Regolament bażiku, ġie kkunsidrat xieraq li
jitqabbel il-valur normali stabbilit qabel fl-investigazzjoni oriġinali
mal-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. (61) Kif
imsemmi fil-premessa (24) u (25) tar-regolament proviżorju, l-Istati Uniti
tal-Amerika tqiesu li huma pajjiż xieraq b’ekonomija tas-suq analoga.
Peress li l-produttur tal-pajjiż analogu għamel biss bejgħ
marġinali fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, instab li ma jkunx
raġjonevoli li tintuża d-dejta tal-bejgħ domestiku tal-Istati
Uniti għall-finijiet tad-determinazzjoni jew il-konstruzzjoni ta' valur
normali. Għaldaqstant, il-valur normali għar-RPĊ kien stabbilit
fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Istati Uniti lejn
pajjiżi terzi oħra, inkluża l-Unjoni. (62) Parti waħda sostniet li
l-valur normali stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali għandu
jiġi aġġustat minħabba li l-prezz tal-ossidu tal-molibdenu,
li huwa fattur deċiżiv għall-iffissar tal-prezzijiet tal-prodott
konċernat kif ukoll tal-prodott investigat, naqas drastikament fil-perjodu
ta’ rappurtar ta’ din l-investigazzjoni. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa
(61), il-valur normali waqt l-investigazzjoni oriġinali ġie stabbilit
fuq il-bażi tal-prezzijiet għall-esportazzjoni minn produttur li
jinsab fl-Istati Uniti tal-Amerika u mhux fuq il-bażi tal-ispejjeż
tagħha. Għalhekk, kwalunkwe aġġustament ibbażat fuq
l-ispejjeż ma jidhirx li huwa xieraq f’dan il-każ. Minħabba li
l-prezz tal-materja prima ewlenija naqas b’mod sinifikanti jidher anki b’mod
aktar ċar li l-elementi tal-prezzijiet għandhom jintużaw biex
jistabbilixxu valur normali rilevanti f’dan il-każ. (63) l-aġġustament fuq
il-valur normali ġie għalhekk stabbilit fuq il-bażi
tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat. Peress li
l-produttur tal-Istati Uniti waqqaf l-attività tiegħu u l-ebda
informazzjoni ma kienet disponibbli mill-pajjiż analogu,
l-aġġustament ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet
irrapportati minn Plansee fl-investigazzjoni oriġinali u matul il-PR. Dan
wassal biex ikun hemm aġġustament ‘l isfel ta’ madwar 20 %
mal-valur normali stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. (64) Skont l-Artikoli 2(11) u
2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkolat permezz ta’
tqabbil bejn il-valut normali tal-medja differenzjata kif stabbilit
fir-Regolament oriġinali u l-prezzijiet medji differenzjati tal-prodott li
qed jiġi investigat stabbiliti matul il-PR ta' din l-investigazzjoni
espress bħala perċentwali tal-prezz nett liberu fil-fruntiera
tal-Unjoni, qabel id-dazju doganali. (65) It-tqabbil tal-valur normali
medju peżat aġġustat u l-prezzijiet medji peżati ta’
esportazzjoni wera l-eżistenza ta' dumping. 3. TALBIET
GĦALL-EŻENZJONI (66) Produttur esportatur
wieħed fir-RPĊ talab eżenzjoni mill-miżuri estiżi
possibbli skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku ppreżenta
tweġiba għall-kwestjonarju. (67) l-investigazzjoni madankollu
kkonfermat li dan il-produttur evada il-miżuri fis-seħħ.
Għalhekk ġie konkluż li t-talba tiġi miċħuda. 4. MIŻURI (68) Minħabba s-sejbiet ta’
hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju antidumping definittiv impost fuq
l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-RPĊ
ġie evaż permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċertu wajers
tal-molibdenu b'modifika żgħira li joriġinaw mir-RPĊ. (69) Skont l-ewwel sentenza
tal-Artikolu 13 (1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping
eżistenti fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li
joriġina mir-RPĊ għandhom jiġu estiżi
għall-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat. (70) Skont l-Artikoli 13 (3) u 14
(5) tar-Regolament bażiku, li jipprevedu li kull miżura estiża
għandha tkun applikata kontra l-importazzjoni rreġistrata mid-data
tar-reġistrazzjoni, id-dazju antidumping għandu jinġabar fuq
l-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni ta’ wajer tal-molibdenu, li fih 97 %
tal-piż jew aktar iżda inqas minn 99,95 % ta’ molibdenu,
b’dimensjoni trażversali massima li taqbeż il-1,35 mm imma ma
taqbiżx l-4,0 mm u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi
NM ex 8102 96 00 (kodiċi TARIC 8102 96 00 30) li
daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament
tal-bidu. 5. INFORMAZZJONI (71) Il-partijiet kollha
interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali
li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex
jikkummentaw. Kienu kkunsidrati l-kummenti orali u miktuba li tressqu mill-partijiet.
L-ebda wieħed mill-argumenti ppreżentati ma ta lok għal modifika
tas-sejbiet definittivi. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-dazju antidumping definittiv impost
mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq
l-importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 %
tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, li minnu d-dimensjoni
trażversali massima taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx
l-4,0 mm li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.qed
tkun estiża hawnhekk fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' wajer
tal-molibdenu li fih mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti
f’molibdenu, li minnu d-dimensjoni trażversali massima taqbeż
il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm li joriġina
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li attwalment jaqa’ taħt
il-kodiċi CN ex 8102 96 00 (kodiċi TARIC 8102 96 00 30). Artikolu 2 Id-dazju għandu jinġabar fuq
importazzjonijiet irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’
Implimentazzjoni (UE) Nru 1236/2012 u l-Artikoli 13 (3) u 14 (5) tar-Regolament
(KE) Nru 1225/2009 tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ wajer tal-molibdenu, li
fih, 97 % mill-piż jew aktar iżda inqas minn 99,95 % ta’
molibdenu, b’dimensjoni trasversali massima li taqbeż il-1,35 mm imma
ma taqbiżx l-4,0 mm u li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM
ex 8102 96 00 (kodiċi TARIC 8102 96 00 30), li
joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Artikolu 3 L-awtoritajiet tad-dwana huma b'dan ordnati li
jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu
2 tar-Regolament (UE) 1236/2012. Artikolu 4 Dan
ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum
tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 336, 18.12.2009, p. 16. [3] ĠU L 150, 16.6.2010, p. 17. [4] ĠU L 8, 12.1.2012, p. 22. [5] ĠU L 350, 20.12.2012, p.51.