16.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10028 — Black Diamond Capital Management/Investindustrial Group/Phenolic Specialty Resins Business of Hexion)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 435/04)

1.   

Fl-4 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Black Diamond Capital Management LLC (“Black Diamond”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Fusion Investment S.a.r.l (“FI”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Investindustrial S.A. (“Investindustrial”, il-Lussemburgu), u

—

Phenolic Specialty Resins Business of Hexion (“il-Kumpanija fil-Mira”), li tappartjeni għal Hexion Inc. (“Hexion”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Black Diamond u Investindustrial jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3 (1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Phenolic Specialty Resins Business ta’ Hexion (Black Diamond u Investindustrial kollettivament: Il-“Partijiet Notifikanti”) (it-“Tranżazzjoni Proposta”).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Black Diamond: ditta ta’ konsulenza dwar l-investiment b’enfasi fuq erba’ oqsma ta’ investiment: (i) kontroll ta’ fondi f’diffikultà / ta’ ekwità privata; (ii) fondi hedge; (iii) stress mhux ta’ kontroll / fond magħluq f’diffikultà; u (iv) obbligi ta’ self kollateralizzat.

—

Investindustrial: grupp ta’ kumpaniji ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni u ta’ konsulenza finanzjarja ġestiti b’mod indipendenti. Sussidjarji ta’ fondi ġestiti b’mod indipendenti minn kumpaniji ta’ Investindustrial jinvestu b’mod predominanti f’kumpaniji ta’ daqs medju attivi f’setturi tal-industrija bħall-konsumaturi u d-divertiment; il-kura tas-saħħa u s-servizzi; u l-manifattura industrijali.

—

Hexion: produttur ta’ reżini termosetting, jew termosets, u reżini u kisi adeżivi u strutturali. Il-Kumpanija fil-Mira hija prinċipalment produttur ta’ reżini fenoliċi ta’ speċjalità, li jintużaw f’applikazzjonijiet li jeħtieġu reżistenza u saħħa tas-sħana estrema, bħal pads ta’ wara l-bejgħ u brejkijiet tat-trakkijiet OEM, filtrazzjoni, komponenti tal-ajruplani u reżini tal-funderija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10028 — Black Diamond Capital Management/Investindustrial Group/Phenolic Specialty Resins Business of Hexion

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).