European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5520

12.9.2024

Notifika preliminari ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11705 — TIKEHAU CAPITAL / BOUYGUES / SERENA INDUSTRIAL PARTNERS / BELLOVA JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5520)

1.   

Fl-4 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Egis Airport Operation SAS (“Egis Airport Operation”, Franza), ikkontrollata minn Tikehau Capital SCA (“Tikehau”, Franza),

—

Egis Investment Partners France II SCA (“Egis Investment Partners”, Franza), ikkontrollata minn Tikehau,

—

Bouygues Construction Airport Concessions (Franza), ikkontrollata minn Bouygues S.A. (“Bouygues”, Franza),

—

Impact V. S.à.r.l (“Impact V.”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Serena Industrial Partners GP S.à.r.l (“Serena”, il-Lussemburgu),

—

Bellova SAS (“Bellova”, Franza), kumpanija ġdida li se tkun responsabbli għall-operat, il-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-promozzjoni tal-ajruport ta’ Beauvais-Tillé fi Franza.

Egis Airport Operation, Egis Investment Partners, Bouygues Construction Airport Concessions u Impact V. se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bellova kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u kuntratt.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Egis Airport Operation topera fis-settur tal-ġestjoni u tal-operat tal-ajruporti, prinċipalment fl-Ewropa u fl-Afrika. Tikehau hija attiva fil-ġestjoni tal-assi u tal-investiment, inkluż fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Amerika ta’ Fuq.

—

Egis Investment Partners hija speċjalizzata fl-investiment u fil-ġestjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fi proġetti ta’ infrastruttura, inkluż id-disinn, il-kostruzzjoni, is-servizzjar, il-manutenzjoni, l-operat u l-finanzjament. Sal-lum, din il-kumpanija ma għandha l-ebda attività ħlief għall-proġett ta’ konċessjoni għall-ajruport ta’ Beauvais-Tillé fi Franza.

—

Bouygues Construction Airport Concessions hija vettura maħluqa bl-għan li tinvesti, f’isem Bouygues, f’konċessjonijiet tal-ajruport. Din il-kumpanija ma għandha l-ebda attività, bl-eċċezzjoni tal-proġett ta’ konċessjoni tal-ajruport ta’ Beauvais. Bouygues hija attiva fis-setturi tal-kostruzzjoni, tax-xogħlijiet pubbliċi, tat-telekomunikazzjoni u tal-media.

—

Impact V. hija vettura ta’ investiment li tirrispondi għall-offerti pubbliċi fil-qasam tal-infrastruttura fi Franza. Serena Industrial Partners, li tispeċjalizza fl-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ daqs medju fis-setturi tal-mobbiltà, tal-ambjent u tal-infrastruttura soċjali, hija preżenti fl-Ewropa u fiċ-Ċilì.

3.   

Il-kumpanija l-ġdida Bellova se tkun responsabbli għall-operat, il-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-promozzjoni tal-ajruport ta’ Beauvais-Tillé fi Franza.

4.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11705 – TIKEHAU CAPITAL / BOUYGUES / SERENA INDUSTRIAL PARTNERS / BELLOVA JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

L-indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5520/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)