<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-395/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0395</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:761">EU:C:2021:761</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pikamäe – Kawża C‑395/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Corendon Airlines</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pikamäe</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20210923">23 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑395/20</P><P>EP,</P><P>GM</P><P>vs</P><P>Corendon Airlines Turistik Hava Tasimacilik A.S.</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira</KEYWORD><KEYWORD>Bidla fil-ħin tat-tluq ta’ titjira</KEYWORD><KEYWORD>Tluq pospost bi kważi tliet sigħat</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni lill-passiġġieri disat ijiem qabel it-tluq</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>offerta ta’ rotta differenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din il-kawża li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) tissottometti żewġ domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(l), tal-Artikolu 5(1) u tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiggieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, EP u GM (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>passiġġieri inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), żewġ passiġġieri tal-ajru, u, min-naħa l-oħra, Corendon Airlines Turistik Hava Taşımacılık A.Ş. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Corendon Airlines<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tikkumpensa lil dawn il-passiġġieri minħabba l-iskedar mill-ġdid tal-ħin tat-tluq inizjalment skedat tat-titjira tagħhom. Din il-kawża tqajjem kwistjonijiet ġuridiċi bla preċedent u kumplessi, li l-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha l-okkażjoni li tiddeċiedi dwarhom. Dawn il-kwistjonijiet jirrigwardaw, minn naħa, il-klassifikazzjoni ġuridika ta’ tali skedar mill-ġdid tal-ħin ta’ titjira u, min-naħa l-oħra, it-tifsira li għandha l-informazzjoni kkomunikata lill-passiġġier f’dan ir-rigward, li tista’ eventwalment titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>offerta ta’ rotta ġdida<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> fis-sens tal-Artikolu 5(1)(ċ)(ii) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Konformement mat-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-konklużjonijiet ser ikunu limitati għall-analiżi tal-ewwel domanda preliminari, li tirrigwarda l-punt jekk l-iskedar mill-ġdid tal-ħin ta’ titjira jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> fis-sens tal-Artikolu 2(l) u tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 261/2004</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 261/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P>(l) <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser in-nuqqas ta’ operazzjoni ta’ titjira li kienet qabel ippjanata u fuq liema mill-inqas post wieħed kien irreżervat.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jistabbilixxi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 8; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 9(1)(a) u 9(2), kif ukoll, fil-każ ta’ għemil ta’ rotta differenti meta l-ħin tat-tluq raġonevolment mistenni tat-titjira ġdida hu mill-inqas il-ġurnata wara t-tluq kif kien ippjanat għat-titjira kkanċellata, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(ċ); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni bejn ġimgħatejn u sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn erba’ sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Dewmien<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta trasportatur ta’ l-ajru li jopera jistenna b’mod raġonevoli li titjira tiġi mdewma lil hin mil-ħin tat-tluq tagħha skedat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għal sagħtejn jew aktar, fil-każ ta’ titjiriet ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru jew inqas; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għal tlett sigħat jew aktar, fil-każ tat-tijiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> u <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilometru; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>għal erba’ sigħat jew aktar, fil-każ tat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b),</TXT></NP></ITEM></LIST><P>passiġġieri għandhom jiġu offruti mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera:</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>meta l-ħin tat-tluq raġonevolment mistenni hu mill-inqas il-ġurnata wara l-ħin tat-tluq li kien imħabbar qabel, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(ċ); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>meta d-dewmien hu ta’ mill-inqas ħames sigħat, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 8(1)(a).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fi kwalunkwe każ, l-assistenza għandha tiġi offruta fil-limiti tal-ħin stabbiliti hawn fuq fir-rigward ta’ kull parentesi ta’ distanza.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-istess regolament, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Dritt għall-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru, u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> u <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilomentru:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta passiġġieri huma offruti possibiliá oħra biex jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom fuq titjira alternattiva skond l-Artikolu 8, il-ħin tal-wasla ta’ liema ma taqbiżx il-ħin tal-wasla skedat tat-titjira rreġistrata oriġinarjament</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>b’tlett sigħat, fir-rigward tat-tijiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> u <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilometru; jew</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>il-trasportatur ta’ l-ajru li jopera jista’ jnaqqas il-kumpens previst fil-paragrafu 1 bi 50 %.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 261/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Dritt għar-rimbors jew rotta differenti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jiġu offruti l-għażla bejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>rimbors fi żmien sebat ijiem, permezz tal-mezzi previsti fl-Artikolu 7(3), tal-prezz sħiħ tal-biljett bil-prezz b’liema ġie mixtri, għall-parti jew partijiet tal-vjaġġ li ma ġewx magħmulin, u għall-parti jew partijiet li diġá ġew magħmulin jekk it-titjira m’għadhiex qed taqdi kwalunkwe skop fir-rigward tal-pjan ta’ vjaġġ oriġinali tal-passiġġier, flimkien ma’, meta rilevanti,</P></ITEM><ITEM><P>titjira lura għall-ewwel punt ta’ tluq, ma’ l-ewwel opportunitá;</P></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>rotta differenti, taħt kondizzjonijiet tat-trasport paragunabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom ma’ l-ewwel opportunitá; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>rotta differenti, taħt kondizzjonijiet tat-trasport paragunabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom f’data aktar tard skond il-konvenjenza tal-passiġġier, soġġett għall-postijiet li qegħdin għad-dispożizzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1(a) għandu japplika wkoll għal passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jifformaw parti minn <HT TYPE="ITALIC">package</HT>, ħlief għad-dritt għal rimbors fejn dan id-dritt iqum taħt id-[Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat‑<DATE ISO="19900613">13 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-vjaġġi kollox kompriż (<HT TYPE="ITALIC">package travel</HT>), il-vaganzi kollox kompriż u t-<HT TYPE="ITALIC">tours</HT> kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132)].</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1033/2006</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal‑<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> li jistipula r-rekwiżiti dwar il-proċeduri ta’ pjanijiet għal titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-ajru uniku Ewropew<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="186" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 186, p. 46</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, jipprovdi, fl-Artikolu 2(2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Minbarra d-definizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>elementi essenzjali ta’ pjan għal titjira<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>, l-elementi li ġejjin ta’ pjan għal titjira:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>d) ħin stmat tat-tluq</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-passiġġieri inkwistjoni rriżervaw pakkett tal-ivvjaġġar għal Antalya (it-Turkija) permezz tal-pjattaforma tal-internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Check24<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Ir-riżervazzjoni tagħhom ġiet ikkonfermata minn Corendon Airlines għal titjira fit‑<DATE ISO="20190518">18 ta’ Mejju 2019</DATE> minn Düsseldorf (il-Ġermanja) għal Antalya b’ħin tat-tluq skedat għas-13.20 u b’ħin tal-wasla skedat għall-17.50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Sussegwentement, Corendon Airlines ipposponiet din it-titjira u ffissat il-ħin tat-tluq il-ġdid għall-16.10 fit‑<DATE ISO="20190518">18 ta’ Mejju 2019</DATE>, u informat lill-passiġġieri inkwistjoni b’dan fit-termini previsti fl-Artikolu 5(1)(ċ)(ii) tar-Regolament Nru 261/2004. Peress li l-imsemmija titjira ġarrbet dewmien, it-tluq seħħ fil-17.02 u l-inżul fid-21.30, fit‑<DATE ISO="20190518">18 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Kull wieħed mill-passiġġieri inkwistjoni talab kumpens mingħand Corendon Airlines fl-ammont ta’ EUR 400, taħt l-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament. Corendon Airlines irrifjutat li tikkumpensa lill-imsemmija passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) ċaħdet ir-rikors tal-passiġġieri inkwistjoni. Dik il-qorti kkonstatat, minn naħa, li għalkemm il-ħin tat-tluq tat-titjira kien inbidel, il-programmazzjoni inizjali ta’ din it-titjira ma kinitx ġiet abbandunata. Min-naħa l-oħra, dawn il-passiġġieri, fi kwalunkwe każ, kienu ġew informati bil-bidla fil-ħin tat-tluq fit-terminu previst fl-Artikolu 5(1)(ċ)(ii) tal-imsemmi regolament, li huwa bejn ġimagħtejn u sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat. Barra minn hekk, l-imsemmija qorti rrilevat li ma kienx neċessarju li tiġi eżaminata l-kwistjoni jekk Corendon Airlines kinitx issodisfat l-obbligu ta’ informazzjoni tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri inkwistjoni fil-kawża prinċipali skont l-Artikolu 8 tal-istess regolament, peress li eventwali ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni ma jagħtix lok għal dritt għal kumpens taħt l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Peress li l-passiġġieri inkwistjoni appellaw mis-sentenza tal-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) quddiem il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf), din il-qorti tal-aħħar tirrileva li l-imsemmija sentenza ma tkunx tista’ tiġi kkonfermata jekk l-iskedar mill-ġdid bi kważi tliet sigħat ifisser li t-titjira ġiet ikkanċellata fis-sens tal-Artikolu 2(l) ta’ dan ir-regolament u jekk il-komunikazzjoni dwar l-iskedar mill-ġdid ma tikkostitwixxix offerta ta’ rotta ġdida taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>Ikun hemm kanċellazzjoni ta’ titjira fis-sens tal-punt l tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 5(1) tar-[Regolament Nru 261/2004] meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jiskeda mill-ġdid it-titjira rriżervata fil-kuntest ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mit-tluq skedat fis‑13.20 (ħin lokali) għall‑16.10 (ħin lokali) fl-istess ġurnata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>In-notifika, li tiġi kkomunikata disat ijiem qabel il-bidu tal-vjaġġ, dwar l-iskedar mill-ġdid tat-titjira mis‑13.20 (ħin lokali) għall‑16.10 (ħin lokali) fl-istess ġurnata tikkostitwixxi offerta ta’ rotta differenti fis-sens tal-Artikolu 5(1)(ċ)(ii) tar-Regolament Nru 261/2004 u, jekk tingħata risposta fl-affermattiv, din l-offerta għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-Artikolu 8(1) tar-[Regolament Nru 261/2004]?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju, iddatata t‑<DATE ISO="20200803">3 ta’ Awwissu 2020</DATE>, waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20200819">19 ta’ Awwissu 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-Gvern Ġermaniż kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub fit-terminu stabbilit mill-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Matul il-laqgħa ġenerali tas‑<DATE ISO="20210427">27 ta’ April 2021</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma żżommx seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq issir taf jekk ikunx hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ta’ titjira fis-sens tal-Artikolu 2(l) u tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 261/2004 meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jiskeda mill-ġdid il-ħin tat-tluq ta’ titjira rriżervata fil-kuntest ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mis‑13.20 (ħin lokali) għall‑16.10 (ħin lokali) fl-istess ġurnata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> hija ddefinita fl-Artikolu 2(l) ta’ dan ir-regolament bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>in-nuqqas ta’ operazzjoni ta’ titjira li kienet qabel ippjanata u fuq liema mill-inqas post wieħed kien irreżervat<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Peress li din id-definizzjoni hija bbażata fuq il-fatt tan-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>nuqqas ta’ operazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ta’ titjira, għandu jiġi eżaminat, f’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>titjira<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li, fl-assenza ta’ definizzjoni mill-istess regolament, ġie interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Skont din il-ġurisprudenza, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>titjira<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tikkonsisti, essenzjalment, f’operazzjoni ta’ trasport bl-ajru, li hija b’hekk, b’ċertu mod, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>unità<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ta’ dan it-trasport, magħmula minn trasportatur tal-ajru li jistabbilixxi r-rotta tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Emirates Airlines</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑173/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:400">EU:C:2008:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li r-rotta tikkostitwixxi element essenzjali tat-titjira, peress li din tal-aħħar issir skont programmazzjoni stabbilita minn qabel mit-trasportatur tal-ajru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara s-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sousa Rodríguez <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:652">EU:C:2011:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li t-titjiriet ikkanċellati u t-titjiriet li jġarrbu dewmien jikkostitwixxu żewġ kategoriji ta’ titjiriet distinti ħafna. Fil-fatt, b’differenza mid-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>dewmien ta’ titjira<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 261/2004, hija l-konsegwenza tal-fatt li titjira inizjalment skedata ma tkunx saret. Għalhekk mir-Regolament Nru 261/2004 ma jistax jiġi dedott li titjira li ġġarrab dewmien tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>titjira kkanċellata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> minħabba s-sempliċi fatt li d-dewmien ġie mtawwal, anki jekk b’mod sinjifikattiv. Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li titjira li ġġarrab dewmien, indipendentement mit-tul tad-dewmien, ma tistax titqies li hija titjira kkanċellata meta jkun hemm tluq skont il-programmazzjoni inizjalment skedata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Bħall-Gvern Ġermaniż u bħall-Kummissjoni, jidhirli li, f’dan il-każ, il-programmazzjoni inizjalment skedata ma ġietx abbandunata. Għalkemm ir-rotta tikkostitwixxi element essenzjali ta’ titjira, huwa daqstant ieħor minnu li r-rikorrenti ġew effettivament ittrasportati mit-trasportatur tal-ajru u dan, fil-kuntest tat-titjira li huma kienu rriżervaw, minkejja li dan seħħ f’mument sussegwenti. La l-ajruport tat-tluq jew tal-wasla u lanqas in-numru tat-titjira li fuqha ġew ittrasportati l-passiġġieri ma nbidlu. Xejn lanqas ma jindika li t-trasportatur tal-ajru xtaq jirrinunzja b’mod definittiv għall-programmazzjoni inizjalment skedata jew li rrinunzja għaliha. Għall-kuntrarju, f’dan il-każ, għandu jitqies li huwa biss il-ħin tal-istess titjira li ġie skedat mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Nissimpatizza xi ftit mal-argument tal-Kummissjoni li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ta’ titjira hija kkaratterizzata minn intervent dirett u volontarju tat-trasportatur tal-ajru fil-programmazzjoni, filwaqt li fil-każ ta’ titjira <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>li ġġarrab dewmien<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, il-ħin tat-tluq la jkun previst u lanqas ma jkun dejjem influwenzat minnu. Fil-fatt, avvenimenti li fuqhom huwa ma jkollu ebda influwenza jistgħu sikwit ferm ikollhom impatt fuq it-traffiku tal-ajru, billi jirrendu neċessarja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>bidla<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fil-programmazzjoni, mingħajr ma dan jimplika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>abbandun<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> sħiħ ta’ din tal-aħħar. It-trasportatur tal-ajru jista’ jirreaġixxi għal avveniment ta’ dan it-tip billi jħabbar ħin tat-tluq sussegwenti għal dak li kien previst fil-bidu. Jidhirli li dan huwa preċiżament dak li jfisser normalment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>skedar mill-ġdid tal-ħin tat-tluq<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ta’ ajruplan, bħal dak li seħħ f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Jidhirli li l-iskedar mill-ġdid fiż-żmien ta’ titjira flimkien maż-żamma tal-istess ajruplan u tar-rotta jikkostitwixxi, skont it-tifsira komuni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>dewmien<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u mhux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Fil-fehma tiegħi, jekk jitqies li l-iskedar mill-ġdid fiż-żmien b’madwar tliet sigħat ta’ titjira li ma tinbidilx ħlief għal din il-bidla jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> flimkien ma’ offerta ta’ għażla ġdida ta’ trasport, dan imur kontra l-esperjenza ġenerali, l-interpretazzjoni abitwali tat-termini u l-istruttura tar-Regolament Nru 261/2004. Dan ikun jammonta għal evalwazzjoni kompletament żbaljata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>dewmien<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li għalih diġà sar riferiment iktar ’il fuq, favur interpretazzjoni artifiċjali tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Fl-<HT TYPE="ITALIC">assenza ta’ indizji konkreti</HT> li jippermettu li jitqies li l-programmazzjoni tat-titjira ġiet effettivament abbandunata mit-trasportatur tal-ajru, għandu jiġi konkluż li din il-programmazzjoni ġiet biss <HT TYPE="ITALIC">sospiża temporanjament</HT>, peress li din sussegwentement tkompliet malli dan kien possibbli fid-dawl taċ-ċirkustanzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>F’dan ir-rigward, ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li minnha jirriżulta b’mod ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja xxaqleb lejn interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">restrittiva</HT> tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ssemmi diversi ċirkustanzi li jaqgħu taħt il-qasam tat-trasport bl-ajru ta’ passiġġieri li, minkejja l-apparenzi (pereżempju, il-ħin ta’ stennija kif ukoll in-neċessità, għall-passiġġieri kkonċernati, li jqattgħu lejl f’lukanda), ma jiġġustifikawx tali klassifikazzjoni ġuridika.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-iskedar mill-ġdid tħabbar sewwa minn qabel (f’dan il-każ disat ijiem qabel) ma jistax, waħdu, ikollu rwol għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>dewmien<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> li għandha tingħata lill-iskedar mill-ġdid. It-tħabbir minn qabel fi żmien xieraq għandu effett fuq il-portata tad-diffikultajiet jew tal-inkonvenjenzi għall-passiġġieri, iżda mhux neċessarjament fuq in-natura tal-iskedar mill-ġdid innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Huwa minnu li ma jistax jiġi eskluż li portata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>sinjifikattiva<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tad-dewmien fit-tluq u ċ-ċirkustanzi partikolari relatati miegħu jistgħu eventwalment jinfluwenzaw il-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>dewmien<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Skont is-sitwazzjoni, dawn l-elementi jistgħu eventwalment jiġu interpretati bħala indizji ta’ sitwazzjoni li tmur lil hinn minn sempliċi sospensjoni temporanja tal-programmazzjoni tat-titjira.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Issa, dan żgur ma huwiex il-każ f’din il-kawża, peress li l-iskedar mill-ġdid tal-ħin tat-tluq huwa biss ta’ madwar tliet sigħat u, għaldaqstant, għandu pjuttost jitqies li huwa ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>portata sekondarja<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Konsegwentement, ma jidhirlix li huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi f’dan il-każ dwar il-possibbiltà ta’ tali xenarju purament ipotetiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Risposta għall-ewwel domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, nipproponi li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun li ma hemmx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> ta’ titjira fis-sens tal-Artikolu 2(l) u tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 261/2004 meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jiskeda mill-ġdid biss it-titjira rriżervata fil-kuntest ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mit-tluq skedat fis‑13.20 (ħin lokali) għall‑16.10 (ħin lokali) fl-istess ġurnata, u meta għalhekk it-titjira ma tkunx suġġetta għal bidliet oħra ħlief għal din il-bidla.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda preliminari magħmula mil-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><P>Ma hemmx kanċellazzjoni ta’ titjira fis-sens tal-Artikolu 2(l) u tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiggieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jiskeda mill-ġdid biss it-titjira rriżervata fil-kuntest ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mit-tluq skedat fis‑13.20 (ħin lokali) għall‑16.10 (ħin lokali) fl-istess ġurnata, u meta għalhekk it-titjira ma tkunx suġġetta għal bidliet oħra ħlief għal din il-bidla.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>