|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/61 |
16.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/61
tal-15 ta' Jannar 2025
li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Fl-4 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) adottat ir-Regolament (UE) 2018/683 (2) li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 (“tajers” jew “il-prodott ikkonċernat”), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 (3) li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-Regolament anti-dumping oriġinali”). |
|
(3) |
Fid-9 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690 (4) li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (“ir-Regolament antisussidji oriġinali”). |
|
(4) |
Wara kontestazzjoni mressqa mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Lastiku taċ-Ċina (China Rubber Industry Association, “CRIA”) u mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina tal-Metalli, tal-Minerali u tal-Importaturi tal-Kimiki (“CCCMC”), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat fl-4 ta’ Mejju 2022, fis-sentenza tagħha fil-kawżi konġunti T-30/19 u T-72/19 (5) (“is-sentenza tal-Qorti”), ir-Regolamenti anti-dumping oriġinali u r-Regolamenti antisussidji oriġinali fir-rigward ta’ diversi produtturi esportaturi. |
|
(5) |
Wara s-sentenza tal-Qorti, il-Kummissjoni fetħet mill-ġdid l-investigazzjonijiet u fl-4 ta’ April 2023, il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/737 (6) (“it-tieni Regolament anti-dumping”) u dazju kumpensatorju definittiv bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2023/738 (7) (“it-tieni Regolament antisussidji”). |
|
(6) |
Fis-6 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni temmet żewġ rieżamijiet interim parzjali tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (8) (9). |
|
(7) |
Id-dazji kumpensatorji attwalment fis-seħħ huma f’euro għal kull oġġett li jvarja bejn EUR 3,75 u EUR 57,28 għal kull oġġett. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(8) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika tal-iskadenza imminenti (10), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 (“ir-Regolament bażiku”). |
|
(9) |
It-talba għal rieżami tressqet fl-11 ta’ Awwissu 2023 mill-Koalizzjoni kontra l-importazzjonijiet inġusti ta’ tajers (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 fis-sens tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ sussidjar u f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(10) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fl-10 ta’ Novembru 2023 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (11) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
1.4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
|
(11) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tas-sussidjar kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(12) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bil-għan li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-applikant, lill-produtturi magħrufa fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati fir-rigward tal-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(13) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.6. Kampjunar
|
(14) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(15) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi ta’:
|
|
(16) |
Dan il-kampjun kien jikkonsisti f’6 produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. |
|
(17) |
F’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun għalhekk ġie meqjus rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar tal-importaturi
|
(18) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(19) |
Importatur mhux relatat wieħed ippreżenta ruħu lill-Kummissjoni iżda ma pprovdiex l-informazzjoni mitluba u lanqas il-qbil tiegħu biex jiġi inkluż fil-kampjun. L-ebda importatur ieħor mhux relatat ma ppreżenta ruħu. |
Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
|
(20) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(21) |
Tliet produtturi esportaturi jew grupp ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi koprew madwar 50 % tal-volum irrapportat esportat lejn l-Unjoni Ewropea matul il-perjodu bejn Lulju 2022 u Ġunju 2023 filwaqt li l-volum tal-esportazzjonijiet tat-tielet produttur esportatur instab li ma kienx sinifikanti. F’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment. |
|
(22) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, 49 produttur esportatur qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’din l-investigazzjoni ta’ rieżami filwaqt li aktar minn 140 produttur esportatur kienu elenkati fl-ilment, 3 produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi biss ipprovdew tweġiba għall-kampjunar. |
|
(23) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw ammontaw għal madwar 50 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet tat-tajers mir-RPĊ lejn l-Unjoni Ewropea u ammontaw għal inqas minn 2 % tal-produzzjoni totali tat-tajers fir-RPĊ. Peress li s-sehem mis-suq tal-Unjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien ta’ madwar 5,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni qieset li nofs dawn l-importazzjonijiet jipprovdu biżżejjed informazzjoni biex jiġi vvalutat il-prezz tal-esportazzjoni u l-eżistenza ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ sussidjar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(24) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ gruppi ta’ esportaturi inklużi fil-kampjun u lis-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarju kien ukoll disponibbli online fil-jum tal-bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant. |
|
(25) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju miż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u minn sitt produtturi tal-Unjoni. It-tweġiba li waslet mingħand produttur wieħed tal-Unjoni, Recauchutagem São Mamede, Lda (“RSM”) kienet defiċjenti u l-Kummissjoni talbet lil dan il-produttur biex jikkomplementa t-tweġiba tiegħu. Ma waslet l-ebda tweġiba oħra, u l-Kummissjoni infurmat lil RSM li biħsiebha tapplika l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u tuża l-fatti disponibbli. Ma wasal l-ebda kumment ieħor mingħand dan il-produttur tal-Unjoni. |
|
(26) |
Konsegwentement, id-data pprovduta mill-ħames produtturi tal-unjoni li jifdal intużat mill-Kummissjoni. In-nuqqas ta’ kisba ta’ data minn RSM kellu biss impatt marġinali fuq ir-rappreżentattività tal-kampjun. Il-ħames produtturi tal-Unjoni li jifdal komplew jammontaw għal aktar minn 25 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Għalhekk, dan il-kampjun li jifdal ta’ ħames produtturi tal-Unjoni tqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(27) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(28) |
Għalhekk, iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku twettqu biss fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(29) |
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (il-kodiċi TARIC 4012 12 00 10). Il-kodiċijiet NM u TARIC jingħataw għall-informazzjoni biss u mingħajr preġudizzju għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tariffarja (“il-prodott taħt rieżami”). |
|
(30) |
Il-prodott taħt rieżami jkopri kemm tajers pnewmatiċi ġodda kif ukoll dawk b’wiċċ ġdid għal karozzi tal-linja jew trakkijiet li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi essenzjali. Iż-żewġ tipi ta’ prodott ikkonċernati huma magħmulin mill-istess materjal (anki jekk it-teknoloġija involuta tista’ tkun differenti) u għandhom struttura simili. Il-varjazzjoni fil-materja prima u l-istruttura jagħtu karatteristiċi differenti ta’ prestazzjoni. |
2.2. Il-proċess tal-manifattura
2.2.1. Tajers ġodda
|
(31) |
Il-proċess ta’ manifattura tat-tajers ġodda għat-trakkijiet u l-karozzi tal-linja jinvolvi: (1) it-taħlit tal-lastiku; (2) it-tħejjija tal-komponenti tat-tajer; (3) bini (ekoloġiku) tat-tajer; (4) it-twebbis (vulkanizzazzjoni); u (5) l-ispezzjoni finali. It-tajers kollha tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja huma magħmulin mill-istess materja prima bażika, jiġifieri lastiku naturali, lastiku sintetiku, azzar, iswed tal-karbonju, kimiċi u żjut kif ukoll tessuti oħra, u għandhom l-istess komponenti, jiġifieri l-wiċċ ta’ kuntatt, il-ġenb, il-kejsing fuq ġewwa, il-kurdun tax-xoffa, iċ-ċinturini tal-azzar u l-wajer tal-kejsing, anki jekk hemm ċertu differenza bejn il-produtturi differenti ta’ dan il-prodott. |
|
(32) |
Il-proċess ta’ manifattura tat-tajers ġodda tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja nstab ukoll li jinvolvi teknoloġiji differenti, li madankollu ma kellhomx impatt fuq is-sejbiet ġenerali ta’ interkambjabbiltà. |
2.2.2. Tajers b’wiċċ ġdid
|
(33) |
L-għoti ta’ wiċċ ġdid lil tajer huwa essenzjalment proċess ta’ riċiklaġġ fejn it-tajers użati jiġu rikostruwiti permezz tas-sostituzzjoni ta’ wiċċ it-tajer fuq kejsing qadim. Il-kejsings huma elementi prinċipali tal-proċess ta’ għoti ta’ wiċċ ġdid, u għalhekk parti sostanzjali mill-attività ta’ dawk li jagħtu wiċċ ġdid hija l-għażla u l-akkwist ta’ kejsings adattati għall-għoti ta’ wiċċ ġdid. Il-kejsings huma għalhekk l-input prinċipali tal-proċess tal-produzzjoni u jikkostitwixxu — skont il-kwalità tagħhom — jew prodott “nofsu lest” reali jew skart. |
|
(34) |
Għal darb’ oħra, dan il-proċess jista’ jinvolvi diversi teknoloġiji mingħajr impatt fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar l-interkambjabbiltà. |
2.3. Użi u tipi ta’ tajers
|
(35) |
It-tajers tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja huma prodotti f’varjetà kbira ta’ tipi u daqsijiet li jinsabu fuq firxa wiesgħa ta’ vetturi kummerċjali, minn trakkijiet tal-konsenja lokali u karozzi tal-linja f’ambjenti urbani jew reġjonali sat-trakkijiet u x-xarabanks li jintużaw fuq distanzi twal skont l-ispeċifikazzjonijiet tad-daqs u l-indiċi tat-tagħbija tagħhom. Huma la huma adattati biex jintużaw fuq vetturi tal-passiġġieri u lanqas fuq vetturi kummerċjali ħfief oħra, bħalma wkoll mhumiex adatti biex jintużaw fuq vetturi mhux għat-triq bħal tratturi agrikoli. |
|
(36) |
It-tajers għat-trakkijiet jew għall-karozzi tal-linja jinbiegħu f’żewġ tipi u f’erba’ kategoriji. It-tajers bit-tubu huma għażla aktar tradizzjonali; għandhom tubu intern, li għandu l-valv tiegħu stess, imqiegħed ġewwa t-tajer. F’tajer bla tubu, it-tajer u r-rimm tar-rota jkollhom għeluq li jżomm l-arja, bil-valv immuntat direttament fir-rimm. Il-biċċa l-kbira tat-tajers għat-trakkijiet jew il-karozzi tal-linja mibjugħin fl-Unjoni huma tajers mingħajr tubu. L-erba’ kategoriji ta’ tajers għat-trakkijiet jew għall-karozzi tal-linja huma: direzzjonali, għat-trazzjoni, għat-trejlers u għal kull pożizzjoni. It-tajers direzzjonali huma mfassla biex jintużaw fuq il-fus ta’ quddiem biex jgħinu l-istering iżda jistgħu jintużaw fil-pożizzjonijiet kollha fuq it-trakkijiet jew il-karozza tal-linja skont l-użu tal-vettura. It-tajers għat-trazzjoni huma mfassla għas-sistema tal-mototrażmissjoni u jipprovdu trazzjoni aħjar. It-tajers tat-trejlers huma mfassla biex jiġu mmuntati fuq it-trejlers, filwaqt li t-tajers b’diversi pożizzjonijiet huma mfassla biex jintużaw fil-pożizzjonijiet kollha fuq vettura skont l-użu tagħha. |
|
(37) |
It-tajers, ġodda jew b’wiċċ ġdid, huma suġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ sikurezza fis-suq tal-Unjoni kif stabbilit fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
2.4. Segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni fi tliet livelli għat-tajers
|
(38) |
Informazzjoni miġbura u rċevuta mill-Kummissjoni tindika li s-suq tal-Unjoni għat-tajers tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet huwa segmentat fi tliet livelli jew segmenti. Filwaqt li ma hemmx linji diviżorji ċari bejn il-livelli, hemm qbil ġenerali fost il-partijiet interessati u s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-kategorizzazzjoni li ġejja. |
|
(39) |
It-tajers tal-Livell 1 ikopru tajers ġodda primjum bil-marka ewlenija tal-manifatturi prinċipali. Ir-rikonoxximent tal-marka hija fattur ewlieni għat-tajers f’dan il-livell u jiġġustifika l-prezzijiet ogħla għall-prestazzjonijiet għolja mistennija kif ukoll għall-investimenti partikolarment qawwija fil-kummerċjalizzazzjoni. It-tajers bħala tagħmir oriġinali għall-manifatturi ta’ trakkijiet jew ta’ karozzi tal-linja (“OE1”) huma primarjament inklużi f’dan il-livell. Il-kwalità tat-tajers tal-livell 1 tiżgura possibbiltà għolja li jingħataw wiċċ ġdid, billi dawn huma mfasslin biex “ikollhom aktar minn ħajja waħda”, fatt li jkompli jżid l-ammont diġà għoli ta’ mili tal-prodott oriġinali (għal użu normali, jingħataw sa tliet uċuħ ġodda). It-tajers tal-livell 1 huma assoċjati wkoll ma’ livell ogħla ta’ sikurezza u spiss ikunu akkumpanjati minn livell tajjeb ta’ servizz ta’ wara l-bejgħ. |
|
(40) |
Il-livell 2 ikopri l-biċċa l-kbira mit-tajers mhux primjum, li jkunu kemm ġodda u kemm b’wiċċ ġdid, bi prezzijiet li jvarjaw bejn wieħed u ieħor minn 65 % għal 80 % tal-prezz tat-tajers tal-livell 1. It-tajers bħala tagħmir oriġinali għall-manifatturi ta’ trejlers (“OE2”) jistgħu jiġu inklużi f’dan il-livell. Ir-rikonoxximent tal-marka jibqa’ importanti f’dan il-livell, u normalment il-marki jkunu magħrufin sew mix-xerrejja, li jkunu jistgħu jidentifikaw il-manifatturi tat-tajers ukoll. Ġeneralment, huma jkunu jistgħu jingħataw wiċċ ġdid mill-inqas darba u, għalkemm limitati aktar mit-tajers tal-livell 1, għandhom prestazzjoni tajba f’terminu tal-ammont ta’ mili. |
|
(41) |
It-tajers tal-livell 3 jkopru kemm tajers ġodda u kemm b’wiċċ ġdid b’ammonti ta’ mili aktar baxxi u bil-possibbiltà limitata ħafna li jingħataw wiċċ ġdid, jekk ikollhom. Tipikament, il-prezz tagħhom ikun inqas minn 65 % tal-prezz u l-ammont ta’ mili tat-tajers tal-livell 1. F’dan il-livell, kważi ma jeżistix rikonoxximent tal-marka u l-prezz isir il-fattur li jiddetermina d-deċiżjoni tal-konsumatur dwar x’jixtri. Normalment għal dawn ma jingħatawx servizzi ta’ wara l-bejgħ. |
|
(42) |
Tajers b’wiċċ ġdid jistgħu jiġu kklassifikati taħt il-livell 2 jew il-livell 3. Filwaqt li xi tajers Ċiniżi jistgħu jingħataw wiċċ ġdid, ftit li xejn jingħataw wiċċ ġdid fiċ-Ċina. L-għoti ta’ wiċċ ġdid, madankollu, huwa pjuttost mifrux fl-Unjoni u fi swieq oħrajn, pereżempju fil-Brażil. L-attività tal-għoti ta’ wiċċ ġdid fl-Unjoni tikkonsisti minn:
|
|
(43) |
Il-Kummissjoni applikat l-istess immappjar ta’ tajers ġodda u b’wiċċ ġdid skont il-marka bħal fl-investigazzjoni oriġinali. Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta wkoll mill-ilmentatur u saret disponibbli għall-partijiet interessati kollha fil-jum tal-bidu. |
2.5. Prodott ikkonċernat
|
(44) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.6. Prodott simili
|
(45) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(46) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
3. SUSSIDJAR
|
(47) |
F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u kif iddikjarat fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti x’aktarx twassalx għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. |
|
(48) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li, fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn taħt li jikkonfermaw l-eżistenza ta’ sussidjar kontinwu fir-rigward tas-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll l-eżistenza ta’ sussidji addizzjonali ġodda (jiġifieri noti ta’ aċċettazzjoni bankarja), ma kienx hemm bżonn li jiġu investigati s-sussidji kollha li l-applikant allega li jeżistu. Fil-fatt, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina jekk hemmx evidenza ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar, irrispettivament mill-ammont tiegħu. |
3.1. Is-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali
|
(49) |
Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami u fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni investigat il-prattiki ta’ sussidju li ġejjin:
|
|
(50) |
Fir-rigward tal-forniment ta’ oġġetti b’remunerazzjoni inqas minn adegwata għall-materjali ta’ input, fl-investigazzjoni oriġinali l-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda benefiċċju fuq ix-xiri domestiku tal-materjali ta’ input l-aktar użati, jiġifieri l-lastiku naturali, il-lastiku sintetiku, l-iswed tal-karbonju, il-korda tan-najlon. Għalhekk, fir-rieżami ta’ skadenza attwali, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx meħtieġ li tiġi investigata tali skema. |
3.2. Nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-użu tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku
|
(51) |
Fil-15 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Il-GTĊ intalab ukoll jibgħat kwestjonarji maħsuba għall-banek u għal istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn magħrufa mill-GTĊ li pprovdew self lill-industrija tat-tajers fiċ-Ċina, għall-Korporazzjoni Ċiniża għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (“Sinosure”) u għall-produtturi u d-distributuri tal-azzar b’laminazzjoni termali u b’laminazzjoni bil-kesħa li kienu pprovdew inputs għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. |
|
(52) |
La l-GTĊ, u lanqas xi wieħed mir-riċevituri intenzjonati l-oħra tal-kwestjonarji msemmija hawn fuq, ma wieġbu għat-talba tal-Kummissjoni. |
|
(53) |
Permezz ta’ Note Verbale tas-26 ta’ April 2024, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Ċiniżi li wara nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tagħmel is-sejbiet tagħha abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Huma ġew informati wkoll li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas favorevoli milli kieku l-GTĊ u l-produtturi kkooperaw. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(54) |
Bħala tali, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li l-użu tal-fatti disponibbli kien meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tas-sussidjar tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. |
|
(55) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat għall-analiżi tagħha l-fatti kollha disponibbli għaliha, b’mod partikolari:
|
3.3. Preżentazzjoni ta’ pjanijiet, proġetti u dokumenti oħra tal-gvern
|
(56) |
Qabel ma analizzat l-allegat sussidjar fil-forma ta’ sussidji jew programmi ta’ sussidju speċifiċi (it-taqsimiet 3.4 u dawk sussegwenti hawn taħt), il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħra tal-gvern, li kienu rilevanti għal aktar minn wieħed mis-sussidji jew mill-programmi ta’ sussidju. Hija sabet li s-sussidji jew il-programmi ta’ sussidju kollha taħt valutazzjoni jifformaw parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(57) |
Is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali bbażati fuq il-pjanijiet tal-gvern fis-seħħ f’dak iż-żmien huma kkonfermati fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kurrenti. Fl-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni stabbiliet li għadd ta’ dokumenti ta’ politika jindikaw l-industrija tat-tajers bħala industrija “Mħeġġa”. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-14-il Programm ta’ Ħames Snin għall-Innovazzjoni fit-Teknoloġija Industrijali maħruġ mill-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (25). |
|
(58) |
L-14-il pjan ta’ ħames snin (“l-14-il FYP”) (26) għall-perjodu mill-2021 sal-2025 jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-GTĊ għat-titjib u l-promozzjoni tal-industriji ewlenin. Fit-Tielet Parti tiegħu, l-Artikolu VIII, jistabbilixxi l-viżjonijiet strateġiċi tal-GTĊ għat-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali. Barra minn hekk, l-Artikolu IX jiddikjara l-assi tal-iżvilupp għall-industriji emerġenti strateġiċi, inklużi l-industriji ta’ materjali ġodda, vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida, u tagħmir ta’ livell għoli. Dan jinkludi l-industrija tat-tajers permezz ta’ appoġġ orjentat lejn il-lastiku jew il-petrokimika. Il-pjan ikompli jimmira lejn teknoloġiji ewlenin użati għall-manifattura tat-tajers, jiġifieri petrokimika, lastiku, azzar u tessuti. |
|
(59) |
L-14-il FYP huwa implimentat aktar permezz ta’ pjanijiet settorjali, li jistabbilixxu d-direzzjoni tal-politiki li għandhom jiġu implimentati għall-iżvilupp ta’ industriji u setturi strateġiċi. L-“Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija petrokimika u kimika matul l-14-il FYP” jinkludu tajers taħt l-industrija tal-lastiku. |
|
(60) |
Il-“Made in China 2025” hija politika industrijali mmexxija mill-Istat li tfittex li tagħmel ir-RPĊ dominanti fil-manifattura globali ta’ teknoloġija avvanzata permezz ta’ sussidji tal-gvern, Intrapriżi tal-Istat, u akkwist ta’ proprjetà intellettwali, u b’hekk tissostitwixxi l-kapaċità barranija. Dan jinkludi miżuri direttament rilevanti għall-manifattura tat-tajers, li jimmiraw kemm it-tajers kif ukoll l-inputs għall-produzzjoni tagħhom. Skont il-Pjan Direzzjonali Made in China 2025, “materjali ġodda bażiċi” huma definiti bħala li jinkludu “ħadid u azzar, mhux ferrużi, petrokimiċi, materjali tal-bini, industrija ħafifa, tessuti u materjali bażiċi oħra fil-materjali ta’ livell għoli” (inputs ewlenin tal-produzzjoni tat-tajers). Il-politika tirreferi wkoll għal “l-esplorazzjoni tal-użu ta’ fondi industrijali, dħul kapitali tal-istat u kanali oħra biex tiġi appoġġata l-globalizzazzjoni ta’ [...] karozzi, [...] u tagħmir ieħor u kapaċitajiet industrijali f’pożizzjoni tajba, u biex jiġu implimentati investimenti u fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet barra l-pajjiż.” (27) Għalhekk, permezz tal-inklużjoni taż-żewġ tajers u inputs essenzjali għall-manifattura tagħhom fl-“industriji ewlenin” u “materjali ġodda” li huma “mħeġġa” taħt il-politika Made in China 2025, l-industrija tat-tajers Ċiniża għandha aċċess għal finanzjament mill-Istat sostanzjali. |
|
(61) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet, b’referenza għad- “Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat” (28) (“id-Deċiżjoni Nru 40”), li dan l-att huwa ordni mill-Kunsill tal-Istat, jiġifieri l-ogħla korp amministrattiv fir-RPĊ, u jibqa’ legalment vinkolanti fuq korpi pubbliċi u operaturi ekonomiċi oħra. Skont id-Deċiżjoni Nru 40, diversi setturi ta’ rilevanza huma identifikati bħala mħeġġa, b’mod partikolari, il-petrokimiċi, is-sustanzi kimiċi fini, il-bijokimiċi, it-trasport u t-trasport pubbliku urban (karozzi tal-linja). Is-setturi mħeġġa jirċievu diversi sussidji. B’mod partikolari, it-tajers għat-Trakkijiet, Karozzi tal-Linja u Radjali (Truck, Bus and Radial, TBR) huma kklassifikati taħt il-kategorija “mħeġġa” (taħt l-“industrija petrokimika u kimika”) fl-edizzjoni tal-2019 tal-Katalogu ta’ Gwida kif ġej: “Tajer radjali ta’ prestazzjoni għolja (inkluż tajer radjali mingħajr tubu, tajer radjali mega inġineristiku (aktar minn 49 pulzier), sezzjoni trażversali baxxa u ċatt (inqas minn 55 Serje)) u teknoloġija u tagħmir tal-manifattura intelliġenti, tajer tal-avjazzjoni, tajer radjali agrikolu u li jappoġġa materjali u tagħmir speċjali, żvilupp u applikazzjoni ta’ lastiku naturali ta’ tip ġdid.” (29) Setturi oħra ta’ rilevanza diretta għall-manifattura tat-tajers huma wkoll “imħeġġa” bħal lastiku naturali, lastiku sintetiku, tagħmir tal-manifattura, riċiklaġġ, tessuti, u azzar. Barra minn hekk, l-edizzjoni tal-2022 tal-Katalogu tal-Industriji Mħeġġa għall-Investiment Barrani tinkludi wkoll diversi industriji relatati mat-tajers, bħall-produzzjoni naturali u sintetika tal-gomma, it-tagħmir tal-manifattura u t-tessuti (30). |
|
(62) |
Il-pjanijiet industrijali ewlenin maħruġa mill-GTĊ jipprevedu wkoll appoġġ lill-industriji li huma essenzjali għall-produzzjoni tat-tajers, b’mod partikolari:
|
|
(63) |
L-industrija Ċiniża tat-tajers hija ggwidata aktar mid-Deskrizzjoni Gwida tal-14-il FYP għall-iżvilupp tal-industrija tal-lastiku, ippubblikata mis-CRIA, li għandha fil-mira l-katina tal-provvista kollha tal-industrija tal-gomma u tistabbilixxi objettivi u riżorsi diretti. |
|
(64) |
Għalhekk, kemm il-produzzjoni tat-tajers innifisha kif ukoll il-katina tal-provvista kollha tiegħu huma parti mill-industriji “mħeġġa” mill-GTĊ u, b’riżultat ta’ dan, il-benefiċjarju tal-appoġġ tal-GTĊ, li jinkludi aċċess għal finanzjament u inputs preferenzjali għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (art, elettriku, lastiku (sintetiku), eċċ.). |
3.4. Self preferenzjali
3.4.1. Self
|
(65) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (36), il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek tal-Istat (“SOBs”, State-Owned Banks) kienu korpi pubbliċi peress li eżerċitaw awtorità tal-gvern. |
|
(66) |
Fir-rigward tal-banek li pprovdew self lill-produtturi li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali, il-maġġoranza l-kbira kienu tal-Istat. L-informazzjoni disponibbli mill-investigazzjoni oriġinali u mill-investigazzjonijiet antisussidji l-aktar reċenti msemmija fil-premessa (55) hawn fuq uriet li l-biċċa l-kbira tal-banek ewlenin komplew ikunu tal-Istat, inklużi l-banek kummerċjali ewlenin fiċ-Ċina, bħall-Bank of China, iċ-China Construction Bank, l-Agricultural Bank of China u l-Industrial and Commercial Bank of China. Barra minn hekk, instab ukoll li dawn il-banek kummerċjali tal-Istat kellhom post predominanti fis-suq u, fil-kapaċità tagħhom bħala korpi pubbliċi, kienu involuti fl-offerta ta’ self b’rati tal-imgħax taħt is-suq. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-GTĊ kellu politika li jipprovdi self preferenzjali lill-industrija tat-tajers. |
|
(67) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, abbażi ta’, fost l-oħrajn, l-Artikolu 34 tal-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (“il-Liġi Bankarja”) u l-Artikoli 17 u 18 tad-Deċiżjoni Nru 40, li l-banek kummerċjali privati fiċ-Ċina ġew inkarigati u ordnati mill-GTĊ biex jipprovdu self preferenzjali lill-industrija tat-tajers, bħala li jappartjenu għall-kategorija “mħeġġa”, f’konformità mal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(68) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm kontribuzzjoni finanzjarja lill-produtturi tat-tajers fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku; u l-banek privati kienu wkoll inkarigati jew ngħataw struzzjonijiet mill-gvern biex jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-istess produtturi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(69) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba kif ukoll tal-informazzjoni mill-investigazzjonijiet reċenti msemmija hawn fuq fil-premessa (55), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi ma jipprovdux stima affidabbli tar-riskju ta’ kreditu tal-assi sottostanti. Fuq din il-bażi, anki jekk xi wħud mill-kumpaniji fil-kampjun fir-rieżami ta’ skadenza attwali ngħataw klassifikazzjoni tal-kreditu tajba minn aġenzija tal-klassifikazzjoni Ċiniża, il-Kummissjoni kkonkludiet li tali klassifikazzjonijiet mhumiex affidabbli. |
|
(70) |
Instab li jeżisti benefiċċju fis-sens tal-Artikoli 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku sakemm is-self mill-gvern kienu jingħataw b’termini aktar favorevoli minn dawk li l-riċevitur jista’ fil-fatt jikseb mis-suq. Billi kien stabbilit li s-self mhux mill-gvern fiċ-Ċina ma jipprovdix valur referenzjarju xieraq tas-suq (il-banek privati jkunu inkarigati u jingħataw struzzjonijiet mill-GTĊ), dan il-valur referenzjarju ġie mfassal abbażi tar-rata tas-self standard tal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina. Din ir-rata ġiet aġġustata sabiex tirrifletti r-riskju normali tas-suq biż-żieda tal-primjum xieraq mistenni fuq il-bonds li jinħarġu minn ditti bi klassifikazzjoni ta’ bonds ta’ “grad mhux ta’ investiment” (f’rata BB). |
|
(71) |
Dan il-programm ta’ sussidju nstab li kien speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li l-industrija tat-tajers kienet tappartjeni għall-kategorija mħeġġa skont id-Deċiżjoni Nru 40. |
|
(72) |
Barra minn hekk, il-programm instab li huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, peress li ċerti pjanijiet u dokumenti tal-gvern kienu qed iħeġġu u jagħtu struzzjonijiet biex jingħata appoġġ finanzjarju lill-industrija tal-azzar, anki f’reġjuni ġeografiċi speċifiċi taċ-Ċina. |
|
(73) |
Ir-rata tas-sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kienet tvarja minn 0,34 % sa 48,37 %. |
3.4.1.1. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(74) |
Fit-talba (37), l-applikant ipprovda evidenza li l-produtturi Ċiniżi tat-tajers komplew jibbenefikaw minn self preferenzjali u rati tal-imgħax taħt dawk tas-suq minn banek domestiċi fir-RPĊ. |
|
(75) |
L-applikant ipprovda evidenza tal-preżenza sinifikanti u d-dominanza kontinwa fis-suq tal-SOBs fis-settur bankarju Ċiniż. It-talba elenkat l-SOBs ewlenin li pprovdew self b’termini preferenzjali lill-produtturi tat-tajers fiċ-Ċina. |
|
(76) |
Fl-aħħar nett, l-applikant indika li l-banek privati komplew jiġu fdati u ordnati mill-GTĊ sabiex jipprovdu self sussidjat, fis-sens tal-Artikolu 3.1(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(77) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u meta wieħed iqis li ma ġie ppreżentat l-ebda argument mill-partijiet interessati matul l-investigazzjoni li jista’ jikkontesta l-evidenza ppreżentata mill-applikant fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali tas-sistema bankarja Ċiniża, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sejbiet tagħha mill-investigazzjoni oriġinali għadhom applikabbli. |
|
(78) |
Barra minn hekk, il-fatti kritiċi rilevanti għall-istabbiliment ta’ dan il-programm ta’ sussidjar u l-kontinwazzjoni tiegħu, jiġifieri li l-aġir tal-SOBs bħala korpi pubbliċi, id-dominanza tagħhom fis-settur bankarju, l-inkarigu u d-direzzjoni tal-banek privati, ġew ikkonfermati mis-sejbiet tal-investigazzjonijiet l-aktar reċenti dwar l-OCS, il-fibra tal-ħġieġ, il-fojl tal-aluminju, il-BEV (38). |
3.4.1.2. Benefiċċju
|
(79) |
Il-Kummissjoni mbagħad ikkalkulat l-ammont tas-sussidju kumpensabbli. Għal dan il-kalkolu, hija vvalutat il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“PIR”). Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont ta’ imgħax li l-kumpanija tħallas fuq is-self mill-gvern u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq. |
|
(80) |
Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju mill-prattiki ta’ self preferenzjali għal kull grupp ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun fuq bażi individwali u allokat tali benefiċċju lill-prodott ikkonċernat. |
3.4.1.3. Hankook Group
|
(81) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi tal-Hankook Group (“Hankook”) għandhom sitwazzjoni finanzjarja differenti ħafna. L-ewwel kumpanija, Jiangsu Hankook Tire Co. Ltd (“JHKT”), hija negozju matur bi profitti kostanti matul il-perjodu 2020-2023. It-tieni kumpanija, Chongqing Hankook Tire Co. Ltd (“CHKT”), akkumulat telf kbir mill-bidu tagħha fl-2010, għalkemm għamlet profitt nett fl-2020 u fl-2023. Din il-valutazzjoni ġiet ikkonfermata matul iż-żjara ta’ verifika. Il-proporzjon tad-dejn għall-assi huwa pjuttost baxx fl-ewwel każ u relattivament għoli fit-tieni każ. |
|
(82) |
Il-Kummissjoni nnotat li JHKT ingħatat klassifikazzjonijiet tal-kreditu AAA- minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-istat Ċiniżi, filwaqt li CHKT ingħatat klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jvarjaw minn A sa AA mill-istess istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat. Fid-dawl tad-distorsjonijiet ġenerali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fit-taqsima 3.4.1.1 hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-klassifikazzjoni ma kinitx affidabbli. |
|
(83) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, wieħed mill-produtturi kiseb xi fondi minn self fuq terminu qasir billi biegħ ir-riċevibbli tal-esportazzjoni tiegħu lill-banek Ċiniżi. CHKT ma ħadet l-ebda self u użat biss ippuljar ta’ flus bejn il-kumpaniji biex tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sitwazzjoni finanzjarja globali tal-grupp tikkorrispondi għal klassifikazzjoni BB, li hija l-ogħla klassifikazzjoni li ma għadhiex tikkwalifika bħala “grad ta’ investiment”. “Grad ta’ investiment” tfisser li bonds maħruġa mill-kumpanija huma ġġudikati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni bħala probabbli biżżejjed li jissodisfaw l-obbligi ta’ ħlas biex il-banek jitħallew jinvestu fihom. |
|
(85) |
Il-primjum mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b’din il-klassifikazzjoni (BB) imbagħad ġie applikat għar-rata ta’ self standard tal-People’s Bank of China (“PBOC”) sabiex tiġi ddeterminata r-rata tas-suq. |
|
(86) |
Dak il-marġni kummerċjali ġie determinat billi ġiet ikkalkolat il-firxa relattiva bejn l-indiċi ta’ bonds korporattivi klassifikati US AA għal bonds korporattivi klassifikati US BB abbażi ta’ data ta’ Bloomberg għal segmenti industrijali. Il-firxa relattiva kkalkulata b’dan il-mod imbagħad ġiet miżjuda mar-rati tal-imgħax normattivi kif ippubblikati mill-PBOC fid-data meta ngħata s-self (39), u għall-istess tul ta’ żmien bħas-self inkwistjoni. Dan sar individwalment għal kull self ipprovdut lill-kumpanija. |
|
(87) |
Fil-kummenti għad-divulgazzjoni finali, Hankook sostna li JHKT ma għandhiex tiġi deklassifikata billi dan mhuwiex ġustifikat. Il-kumpanija allegat li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp kollu jenħtieġ li ma jkollhiex impatt fuq il-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kumpanija. Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji abbażi tad-data miġbura fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni qieset is-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp kollu minħabba l-fatt tar-rabtiet mill-qrib u r-relazzjoni bejn il-kumpaniji tal-Grupp. Il-kumpaniji mhux biss għandhom tranżazzjonijiet diretti relatati iżda huma wkoll involuti fl-iskemi ta’ finanzjament bħall-ġestjoni ċentralizzata tal-likwidità, skontar fuq kambjali. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet kienu ġew injurati u l-valutazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-kumpaniji tibqa’ kif kienet. |
3.4.1.4. GITI Group
|
(88) |
Il-produtturi esportaturi, Giti Radial Anhui, Giti Fujian, ta’ GITI Group (“GITI”) għandhom sitwazzjoni finanzjarja li tvarja immens. Wieħed minnhom kien profittabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Ieħor kien ukoll profittabbli matul il-perjodu kkonċernat, bl-eċċezzjoni tas-sena 2022. Barra minn hekk, indikaturi finanzjarji oħra, bħall-proporzjon tad-dejn mal-assi, għandhom livell ogħla minn 50 %. Madankollu, produttur ieħor kien qed jagħmel it-telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat u l-obbligazzjonijiet tiegħu kienu jeċċedu l-assi. Minkejja dan, hu ma kellu l-ebda self minn istituzzjoni finanzjarja u kien iffinanzjat mill-kumpanija omm. |
|
(89) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li fir-rigward tal-GITI Group kien xieraq li jintuża l-parametru referenzjarju BB kif stabbilit fil-premessi (65) sa (80) hawn fuq fil-livell tal-attivitajiet tal-grupp biex jiġi kkalkulat il-benefiċċju ġenerali mogħti lit-tajers li jirriżulta min-nuqqas ta’ valutazzjoni tar-riskju xierqa. |
|
(90) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-banek u l-ebda bidla konsiderevoli fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan il-parametru referenzjarju jibqa’ xieraq. |
3.4.1.5. Speċifiċità
|
(91) |
Il-programm ta’ sussidju inkwistjoni kien għadu speċifiku fis-sens tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba li s-sitwazzjoni legali deskritta fit-taqsima 3.4.1 ma nbidlitx meta mqabbla ma’ meta ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni oriġinali u fid-dawl tal-14-il FYP il-ġdid għas-settur petrokimiku u kimiku, li jikkonferma t-tajers taħt l-industrija tal-lastiku bħala industrija mħeġġa. |
3.4.1.6. Konklużjoni
|
(92) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li turi li s-self bħala sussidju kumpensabbli kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(93) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward tas-self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun jammonta għal: Self
|
3.4.2. Linji ta’ kreditu
3.4.2.1. Kummenti ġenerali
|
(94) |
L-għan ta’ linja ta’ kreditu huwa li tistabbilixxi limitu ta’ self li l-kumpanija tista’ tuża fi kwalunkwe ħin biex tiffinanzja l-operazzjonijiet attwali tagħha, u b’hekk tagħmel il-finanzjament tal-kapital operatorju flessibbli u disponibbli immedjatament meta jkun meħtieġ. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-prinċipju, il-finanzjament kollu b’terminu qasir tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun, bħal self b’terminu qasir, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, eċċ., jenħtieġ li jkun kopert minn strument tal-linja ta’ kreditu. |
3.4.2.2. Sejbiet tal-investigazzjoni ta’ rieżami
|
(95) |
B’mod simili għall-investigazzjoni oriġinali, l-investigazzjoni tar-rieżami wriet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi pprovdew ukoll linji ta’ kreditu b’rabta mal-għoti ta’ self individwali lil kull waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Dawn kienu jikkonsistu fi ftehimiet qafas, li taħthom il-bank jippermetti lill-kumpaniji fil-kampjun jirtiraw sa ċertu ammont massimu ta’ fondi fil-forma ta’ diversi strumenti ta’ dejn (self, kambjali dokumentarji, finanzjament kummerċjali, nota ta’ aċċettazzjoni bankarja, eċċ.). Taħt ċirkostanzi normali tas-suq, tali linji ta’ kreditu normalment ikunu soġġetti għal hekk imsejħa tariffa ta’ “arranġament” jew “impenn” biex jikkumpensaw għall-ispejjeż u r-riskji tal-bank, kif ukoll għal tariffi ta’ tiġdid fuq bażi bikrija għat-tiġdid tal-validità tal-linji ta’ kreditu. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw minn linji ta’ kreditu pprovduti bla ħlas. |
|
(96) |
Skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies bħala d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija tħallas għall-forniment ta’ linji ta’ kreditu mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal linja ta’ kreditu kummerċjali komparabbli li tista’ tinkiseb fis-suq. |
|
(97) |
Il-livell tat-tariffi użati bħala parametru referenzjarju ġie applikat pro rata għall-ammont ta’ kull linja ta’ kreditu inkwistjoni sabiex jinkiseb l-ammont tas-sussidju (wara li titnaqqas kwalunkwe tariffa effettivament imħallsa). F’każijiet fejn it-tul ta’ żmien tal-linja ta’ kreditu kien ta’ aktar minn sena, l-ammont totali tas-sussidju kien allokat fuq it-tul ta’ żmien tal-linja ta’ kreditu u ammont xieraq attribwit għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.4.2.3. Speċifiċità
|
(98) |
Kif imsemmi fil-premessa (67), skont id-Deċiżjoni Nru 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni qieset li l-linji ta’ kreditu huma forma ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-industriji mħeġġa, bħall-industrija tat-tajers. Kif speċifikat fit-Taqsima 3.3 ta’ hawn fuq, l-industrija tat-tajers hija fost l-industriji mħeġġa u għalhekk hija eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju kollu possibbli. |
3.4.2.4. Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
|
(100) |
F’konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri bħala d-differenza bejn l-ammont li ħallsu bħala tariffa għall-ftuħ jew it-tiġdid tal-linji ta’ kreditu mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi, u l-ammont li kienu jħallsu għal linja ta’ kreditu kummerċjali komparabbli miksuba b’rata tas-suq mingħajr distorsjoni. |
|
(101) |
Il-parametri referenzjarji xierqa għat-tariffa ta’ arranġament u għat-tariffa ta’ tiġdid ġew stabbiliti għal 1,5 % u 1,25 % rispettivament b’referenza għad-data disponibbli (40) għall-pubbliku u l-parametri referenzjarji użati f’investigazzjonijiet preċedenti elenkati fil-premessa (55) hawn fuq. |
|
(102) |
Fil-prinċipju, it-tariffa ta’ arranġament u t-tariffa ta’ tiġdid huma pagabbli fuq bażi ta’ somma f’daqqa fil-ħin tal-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu ġdida jew it-tiġdid ta’ linja ta’ kreditu eżistenti rispettivament. Madankollu, għall-finijiet ta’ kalkolu, il-Kummissjoni qieset il-linji ta’ kreditu li kienu nfetħu jew li ġġeddu qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami iżda li kienu disponibbli għall-gruppi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kif ukoll il-linji ta’ kreditu li nfetħu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Imbagħad, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju abbażi tal-perjodu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami li matulu kienet disponibbli l-linja ta’ kreditu. |
|
(103) |
Wara d-divulgazzjoni, Giti sostna li l-parametru referenzjarju użat ma kienx adegwat u li l-Kummissjoni serrħet b’inadegwatezza fuq linji ta’ kreditu f’GBP maħruġa minn bank żgħir biex tikkonkludi li l-fatt li ma kienx hemm tariffi imposti għall-ftuħ ta’ linji ta’ kreditu mill-banek fiċ-Ċina kien jikkostitwixxi sussidju. Giti sostna wkoll li wħud mil-linji ta’ kreditu kienu fil-fatt tiġdid ta’ dawk preċedenti, madankollu fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni applikat il-parametru referenzjarju tat-tariffa tal-ftuħ. |
|
(104) |
Il-Kummissjoni ma kinitx tal-fehma li l-parametru referenzjarju użat kien ogħla b’mod mhux iġġustifikat. Bħala stat ta’ fatt, kien qrib ħafna dak li ntuża f’investigazzjonijiet fil-passat u bbażat fuq informazzjoni disponibbli pubblikament. Il-fatt li l-produtturi ma joperawx f’GBP ma tqisx bħala rilevanti għall-adegwatezza tal-parametru referenzjarju magħżul, fejn dak li jgħodd huwa l-kundizzjonijiet tas-suq offruti għal teħid self ta’ flus (irrispettivament mill-munita). Ulterjorment, fit-tweġiba għall-kwestjonarju Giti ma rrapporta ebda linja ta’ kreditu u kien biss matul iż-żjara ta’ verifika li l-Kummissjoni sabet li l-kumpanija kellha linji ta’ kreditu attivi matul il-PIR. Madankollu, l-esportatur ma pprovda l-ebda prova, bħal pereżempju ftehim bil-miktub, li tindika li dawn il-linji ta’ kreditu huma tiġdid ta’ dawk preċedenti. Għaldaqstant, f’dawk l-istanzi, il-Kummissjoni applikat il-parametru referenzjarju tat-tariffa tal-ftuħ. |
|
(105) |
Hankook sostna ulterjorment li l-Kummissjoni jenħtieġ li l-ewwel tirrikorri għad-data disponibbli fil-pajjiż tal-għoti tal-linji ta’ kreditu. Il-kumpanija tisħaq li l-fergħa tal-Korean Bank fiċ-Ċina tipprovdi linji ta’ kreditu bi ħlas ta’ tariffa u għalhekk din it-tariffa jenħtieġ li tapplika għall-kalkolu tal-benefiċċju għal-linji ta’ kreditu kollha tal-esportatur. Il-Kummissjoni applikat it-tariffi mill-pajjiżi terzi billi ma setgħetx issib linji ta’ kreditu mogħtija lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun li kienu soġġetti għal kwalunkwe tariffa li normalment tkun pagabbli fis-suq. Għaldaqstant, anki jekk, fil-fatt il-bank Ċiniż b’kapital barrani, jipprovdi linji ta’ kreditu bi ħlas ta’ tariffa, kif allegat mill-esportatur, din it-tariffa ma tkunx pagabbli jew tkun soġġetta għal distorsjonijiet kbar. Meta jitqies in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-banek Ċiniżi fl-investigazzjoni li tinsab għaddejja, il-Kummissjoni ma tistax tivverifika din l-informazzjoni fl-investigazzjoni attwali. Apparti minn hekk, l-esportatur ma pprovda l-ebda prova oħra, għajr parti stampata minn sit web mhux magħruf bil-Korean (tradott parzjalment) li tgħid li din it-tariffa fir-realtà tiġi imposta fiċ-Ċina. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet injurata wkoll. |
|
(106) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward tas-self preferenzjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun jammonta għal: Linji ta’ kreditu
|
3.4.3. Abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja
3.4.3.1. Kummenti ġenerali
|
(107) |
L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma prodott finanzjarju mmirat lejn l-iżvilupp ta’ suq tal-flus domestiku aktar attiv billi jwessa’ l-faċilitajiet ta’ kreditu. Dan huwa forma ta’ finanzjament fuq terminu qasir li jista’ “jnaqqas il-kost tal-fondi u jtejjeb l-effiċjenza tal-kapital” tat-traent (41). Barra minn hekk, kif iddikjarat mill-PBOC fuq is-sit web tiegħu, “l-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja jista’ jiggarantixxi l-istabbiliment u t-twettiq tal-kuntratt bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, kif ukoll jippromwovi l-fatturat kapitali permezz tal-intervent tal-kreditu tal-Bank of China” (42). Barra minn hekk, fuq is-sit web tiegħu, DBS Bank jirreklama l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala mezz biex “jittejjeb il-kapital operatorju permezz ta’ differiment ta’ pagamenti” (43). |
|
(108) |
Il-Kummissjoni diġà stabbiliet f’investigazzjoni preċedenti li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fil-biċċa l-kbira tagħhom jintużaw bħala mezz ta’ pagament fi tranżazzjonijiet kummerċjali bħala sostitut għal ordni ta’ flus, u b’hekk jiffaċilitaw il-fatturat tal-flus kontanti u l-kapital operatorju tat-traent (44). Minn perspettiva ta’ flus kontanti, l-istrument de facto jagħti lil min jippreleva, data ta’ pagament differita ta’ sitt xhur jew sena minħabba li l-pagament attwali fi flus kontanti tal-ammont tat-tranżazzjoni jseħħ mal-maturità tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja u mhux fil-mument meta t-traent kellu jħallas lill-fornitur tiegħu. Fin-nuqqas ta’ strument finanzjarju bħal dan, it-traent jew juża l-kapital operatorju tiegħu stess, li għandu kost, jew inkella jidħol f’kuntratt ta’ self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir ma’ bank sabiex iħallas lill-fornituri tiegħu, ukoll b’kost. Fil-fatt, billi jħallas b’abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, it-traent juża l-oġġetti jew is-servizzi fornuti għal perjodu ta’ tliet xhur sa sena mingħajr ma javvanza kwalunkwe flus kontanti u mingħajr ma jħallas l-ebda spiża. |
|
(109) |
F’ċirkostanzi normali tas-suq, bħala strument finanzjarju, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jimplikaw kost ta’ finanzjament għat-traent. L-investigazzjoni tar-rieżami wriet li l-GITI Group uża abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u ħallas biss kummissjoni għas-servizz ta’ aċċettazzjoni pprovdut mill-bank, li b’mod ġenerali kien 0,05 % tal-valur nominali tal-abbozz. Madankollu, ma ġarrabx kost għall-finanzjament permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja billi ddifferixxa l-ħlas fi flus kontanti tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-kumpaniji investigati tal-grupp GITI bbenefikaw minn finanzjament fil-forma ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja li għalihom ma ġarrbu l-ebda kost. Ma nstabet l-ebda evidenza ta’ benefiċċju bħal dan għal Hankook. |
|
(110) |
Meta qieset dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sistema ta’ aċċettazzjoni bankarja fis-seħħ fir-RPĊ tat lill-produtturi esportaturi finanzjament bla ħlas tal-operazzjonijiet attwali tagħhom, li kkonferixxa benefiċċju kumpensabbli kif deskritt fil-premessi minn (115) sa (120) hawn taħt, f’konformità mal-Artikolu 3(1)(a)(i) u 3(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(111) |
Il-Kummissjoni stabbiliet f’investigazzjoni preċedenti (45) li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja effettivament għandhom l-istess għan u effetti bħas-self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir, peress li dawn jintużaw minn kumpaniji sabiex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet attwali tagħhom minflok ma jużaw self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir, u li konsegwentement, dawn jenħtieġ li jġarrbu kost ekwivalenti għal finanzjament ta’ self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir. |
3.4.3.2. Speċifiċità
|
(112) |
Fir-rigward tal-ispeċifiċità, kif imsemmi fil-premessa (71), skont id-Deċiżjoni Nru 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa. |
|
(113) |
Il-Kummissjoni qieset li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma oħra ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-industriji mħeġġa bħall-industrija tat-tajers. Kif speċifikat fit-Taqsima 3.3 ta’ hawn fuq, l-industrija tat-tajers hija fost l-industriji mħeġġa u għalhekk hija eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju kollu possibbli. L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, bħala forma ta’ finanzjament, huma parti mis-sistema ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-industriji mħeġġa, bħall-industrija tat-tajers. |
|
(114) |
Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li kwalunkwe impriża fir-RPĊ (minbarra fl-industriji mħeġġa) tista’ tibbenefika minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja taħt l-istess termini u kundizzjonijiet preferenzjali. |
3.4.3.3. Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
|
(115) |
Għall-kalkolu tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli, il-Kummissjoni vvalutat il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(116) |
Il-Kummissjoni sabet li GITI Group uża abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja biex jindirizza l-ħtiġijiet tagħhom għal finanzjament fuq terminu qasir mingħajr ma ħallas remunerazzjoni. |
|
(117) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-traenti tal-aċċettazzjoni bankarja jenħtieġ li jħallsu remunerazzjoni għall-perjodu ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni qieset li l-perjodu ta’ finanzjament beda fid-data tal-ħruġ tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja u spiċċa fid-data tal-maturità tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja. Fir-rigward tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja maħruġa qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja b’data ta’ maturità wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju biss għall-perjodu ta’ finanzjament kopert mill-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(118) |
F’konformità mal-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament fuq terminu qasir u li effettivament għandhom l-istess skop bħas-self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir, il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija kienet fil-fatt ħallset bħala remunerazzjoni tal-finanzjament permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u l-ammont li jenħtieġ li tħallas billi tapplika rata tal-imgħax ta’ finanzjament fuq terminu qasir. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni ddeterminat il-benefiċċju li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas ta’ kost ta’ finanzjament għal żmien qasir. Il-Kummissjoni kkunsidrat, kif stabbilit f’investigazzjonijiet preċedenti (46), li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jenħtieġ li jġarrbu kost ekwivalenti għal finanzjament ta’ self b’terminu qasir. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat l-istess metodoloġija bħal dik għall-finanzjament ta’ self fuq terminu qasir denominat f’CNY. |
|
(120) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward tas-self preferenzjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun jammonta għal: Abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja
|
3.4.4. Konklużjoni dwar self preferenzjali
|
(121) |
L-investigazzjoni tar-rieżami wriet li ż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw minn self preferenzjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, dawn is-self, il-linji ta’ kreditu, u l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jenħtieġ li jitqiesu bħala sussidju kumpensabbli. |
|
(122) |
L-ammont tas-sussidju stabbilit fir-rigward tas-self preferenzjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun jammonta għal: Self preferenzjali
|
3.5. Assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni
|
(123) |
Fit-talba, l-applikant allega li Sinosure pprovdiet assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni b’termini preferenzjali lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. |
3.5.1. Bażi legali
|
(124) |
Il-bażi legali għas-sussidji pprovduti minn Sinosure huma dawn li ġejjin:
|
|
(125) |
l-Avviż dwar il-Kultivazzjoni u l-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aċċellerazzjoni tal-Industriji Emerġenti tad-Deċiżjoni Strateġika (GuoFa[2010] Nru 32 tat-18 ta’ Ottubru 2010), maħruġ mill-Kunsill tal-Istat u l-Linji Gwida ta’ Implimentazzjoni tiegħu (GuoFa[2011] Nru 310 tal-21 ta’ Ottubru 2011) (47). |
3.5.2. Sejbiet tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza
|
(126) |
F’investigazzjonijiet antisussidji reċenti (48), il-Kummissjoni sabet li Sinosure hija korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, bħal fil-kuntest tas-self preferenzjali msemmi hawn fuq, il-konklużjoni li Sinosure hija mogħtija l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi hija bbażata fuq fatti disponibbli relatati mas-sjieda tal-Istat, indizji formali tal-kontroll tal-gvern kif ukoll evidenza li turi li l-GTĊ għadu jeżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta’ Sinosure. |
|
(127) |
Kif ikkonfermat f’investigazzjonijiet reċenti oħra (49), il-gvern jeżerċita sjieda sħiħa u kontroll finanzjarju fuq Sinosure. Sinosure hija impriża individwali tal-Istat, proprjetà 100 % tal-Kunsill tal-Istat. L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni (“AoA”, Articles of Association) jiddikjara li d-dipartiment kummerċjali kompetenti tal-kumpanija huwa l-Ministeru għall-Finanzi. Sinosure għandha l-obbligu li tippreżenta rapporti finanzjarji u ta’ kontabbiltà u r-rapport tal-baġit fiskali lill-Ministeru għall-Finanzi għall-analiżi u l-approvazzjoni. |
|
(128) |
Fir-rigward tal-kontroll tal-gvern, bħala impriża individwali tal-Istat, Sinosure ma għandhiex Bord tad-Diretturi. Rigward il-Bord tas-Superviżuri, is-superviżuri kollha jinħatru mill-Kunsill tal-Istat u jeżegwixxu dmirijiethom skont ir-“Regolament Interim dwar il-Bord tas-Superviżuri ta’ Istituzzjoni Finanzjarja Importanti tal-Istat.” Il-maniġment superjuri ta’ Sinosure huwa maħtur ukoll mill-gvern. |
|
(129) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li Sinosure ppreżentat indizji formali ta’ kontroll tal-gvern fir-rigward tal-industrija tat-tajers. Il-Kummissjoni nnotat li, skont l-Avviż dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni, Sinosure kienet mistennija żżid l-appoġġ tagħha għal industriji ewlenin u prodotti ta’ teknoloġija avvanzata. Il-prodotti msemmija huma speċifikament referenzjati fil-Katalogu tal-Esportazzjonijiet taċ-Ċina tal-2006 ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata, li jinkludi “Tajers radjali pnewmatiċi ġodda għall-vetturi tal-passiġġieri jew tal-merkanzija (jirreferi għal tajers tal-lastiku għall-vetturi bil-mutur, wisa’ trasversali ≥ 24 pulzier),” (50). |
|
(130) |
Fit-talba, l-applikant sostna li l-Katalogu tal-Esportazzjonijiet ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata għadu applikabbli sal-lum, mingħajr indikazzjoni ta’ modifiki prevedibbli għalih. |
|
(131) |
Abbażi tal-elementi ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li Sinosure hija organu pubbliku peress li hija mogħtija l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi. L-istess konklużjonijiet intlaħqu f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti li jikkonċernaw l-industriji mħeġġa fir-RPĊ, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (55). |
|
(132) |
Peress li Sinosure hija organu pubbliku mogħti l-awtorità mill-gvern u li jeżegwixxi l-liġijiet u l-pjanijiet governattivi, l-għoti tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni lil produtturi tat-tajers jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ trasferiment potenzjali dirett ta’ fondi mill-gvern fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. |
3.5.3. Benefiċċju
|
(133) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba kif ukoll tas-sejbiet fl-investigazzjonijiet reċenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti benefiċċju fis-sens tal-Artikoli 3(2) u 6(c) tar-Regolament bażiku peress li Sinosure, bħala mandat ta’ politika, tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni b’termini aktar favorevoli milli l-benefiċjarju normalment ikun jista’ jikseb fis-suq, jew tipprovdi kopertura tal-assigurazzjoni li altrimenti ma tkun disponibbli xejn fis-suq. Speċifiċità |
|
(134) |
Is-sussidji huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku, u għalhekk huma speċifiċi. |
3.5.4. Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
|
(135) |
Instab li waħda mill-kumpaniji fil-kampjun ibbenefikat mill-iskema, jiġifieri Hankook Group. Il-Kummissjoni kkalkulat il-benefiċċju għal dan il-produttur. Il-Kummissjoni ma sabitx evidenza li Giti Group irċieva xi benefiċċju minn din l-iskema ta’ sussidju. |
|
(136) |
Peress li Sinosure tirrappreżenta madwar 90 % tas-suq domestiku għall-assigurazzjoni tal-esportazzjoni fir-RPĊ, il-Kummissjoni ma setgħetx issib primjum tal-assigurazzjoni domestiku bbażat fuq is-suq. F’konformità ma’ investigazzjonijiet preċedenti kontra s-sussidji, il-Kummissjoni għalhekk użat l-aktar punt ta’ riferiment estern xieraq, li għalih kien hemm informazzjoni faċilment disponibbli, jiġifieri r-rati tal-primjum applikati mill-Export-Import Bank (“Ex-Im Bank”) tal-Istati Uniti tal-Amerika għal istituzzjonijiet mhux finanzjarji għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi tal-OECD. |
|
(137) |
Ir-rifużjonijiet tal-primjums tal-assigurazzjoni tal-esportazzjoni mogħtija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġew ittrattati bħala għotja. Peress li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ kostijiet addizzjonali mġarrba mill-kumpaniji li għalihom ikun meħtieġ aġġustament, il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala l-ammont sħiħ tar-rifużjoni riċevut fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(138) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook Group ikkummenta li fil-kalkolu, il-benefiċċju totali mill-esportazzjonijiet kollha jenħtieġ li ma jkunx allokat biss għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżball, mingħajr ma dan kellu xi effett sinifikanti ta’ bidla fuq l-ammont tas-sussidjar li ġie kkonstatat, u attribwiet il-benefiċċju għall-fatturat totali tal-esportazzjonijiet kollha. |
|
(139) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jammonta għal: Finanzjament u assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni
|
3.6. Forniment ta’ inputs b’remunerazzjoni inqas minn adegwata
|
(140) |
L-ebda wieħed mill-produtturi tal-lastiku naturali, tal-lastiku sintetiku, tal-iswed tal-karbonju u tal-korda tan-najlon li kien ipprovda inputs lill-kumpaniji fil-kampjun ma wieġeb għall-kwestjonarji speċifiċi, li l-Kummissjoni kienet talbet lill-GTĊ biex jgħaddilhom. |
|
(141) |
Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni dwar il-governanza korporattiva tal-produtturi tal-Istat li pprovdew inputs lill-kumpaniji fil-kampjun, u l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpanija dwar l-iffissar tal-prezzijiet tal-inputs ipprovduti mill-fornituri tal-inputs lill-kumpaniji fil-kampjun, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar il-forniment ta’ lastiku naturali, lastiku sintetiku, iswed tal-karbonju u korda tan-najlon b’remunerazzjoni inqas minn adegwata f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. |
3.6.1. Forniment ta’ elettriku b’remunerazzjoni inqas minn dik adegwata
|
(142) |
Il-kumpaniji kollha fil-kampjun xtraw l-elettriku abbażi ta’ kuntratt mal-fornituri tal-enerġija. Il-prezzijiet tax-xiri tal-elettriku mill-grilja segwew il-livelli tal-prezzijiet stabbiliti uffiċjalment iffissati fil-livell provinċjali għal klijenti industrijali kbar. Kif ġie ddeterminat f’investigazzjonijiet preċedenti (51), minkejja l-impjantazzjoni tar-riforma li tikkonċerna l-liberalizzazzjoni tal-prezz tas-suq għall-enerġija, is-suq tax-xiri tal-elettriku għadu rregolat ħafna. |
|
(143) |
Matul l-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni stabbiliet li l-kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn tnaqqis jew rifużjonijiet ta’ parti mill-kost tal-elettriku tagħhom. |
3.6.1.1. Bażi legali
|
(144) |
Il-bażi legali hija s-segwenti:
|
3.6.1.2. Sejbiet tal-investigazzjoni ta’ rieżami
|
(145) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun xtraw l-elettriku u bbenefikaw minn tnaqqis jew rifużjonijiet/aġġustamenti ta’ parti mill-kost tal-elettriku tagħhom billi dawn il-kumpaniji pparteċipaw fil-programm pilota għat-tranżazzjonijiet tal-elettriku orjentati lejn is-suq. |
|
(146) |
Meta wieħed iqis li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni mill-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-kumpaniji investigati jitħallew jixtru l-elettriku direttament mingħand il-ġeneraturi tal-enerġija billi jiffirmaw ftehimiet ta’ xiri dirett, minflok jixtru mill-grilja. Tali kuntratti jipprevedu ċerta kwantità ta’ elettriku bi prezz partikolari, li huwa inqas mill-prezzijiet uffiċjali stabbiliti fil-livell provinċjali għall-utenti industrijali kbar. |
|
(147) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjonijiet preċedenti (52), il-possibbiltà li wieħed jidħol f’kuntratti diretti bħal dawn bħalissa mhijiex miftuħa għall-konsumaturi industrijali kbar kollha. Fil-livell nazzjonali, l-Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija jispeċifikaw pereżempju li “l-intrapriżi li ma jikkonformawx mal-politika industrijali nazzjonali u li l-prodotti u l-proċessi tagħhom jiġu eliminati ma għandhomx jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet diretti” (53). L-istess Opinjonijiet jistipulaw ukoll li “wara li jiġu ddeterminati l-istandards tal-aċċess, għandhom jiġu aġġornati wkoll il-katalogi tal-intrapriżi lokali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-bejjiegħa bl-imnut tal-elettriku li jissodisfaw l-istandards li jiġu ppubbliċizzati kull sena mill-gvernijiet u jimplimentaw regolamentazzjoni dinamika tal-katalogu tal-utenti. L-intrapriżi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-bejjiegħa bl-imnut tal-elettriku u l-utenti inklużi fil-katalogu jistgħu jirreġistraw b’mod volontarju mal-istituzzjonijiet kummerċjali biex isiru atturi fis-suq”. Għalhekk, sabiex tipparteċipa fis-sistema ta’ kummerċ dirett, kumpanija jenħtieġ li tissodisfa ċerti standards u tkun inkluża fil-“katalogu tal-utenti”. |
|
(148) |
Fil-prattika, il-kummerċ dirett tal-elettriku jitwettaq mill-provinċji. Il-kumpaniji jridu japplikaw mal-awtoritajiet provinċjali għall-approvazzjoni sabiex jipparteċipaw fl-iskema pilota tal-elettriku dirett, u jridu jissodisfaw ċerti kriterji. Għal ċerti kumpaniji, fil-fatt ma hemm l-ebda proċess ta’ negozjar jew ta’ offerti, peress li l-kwantitajiet mixtrija b’kuntratti diretti mhumiex ibbażati fuq il-provvista u d-domanda reali. Fil-fatt, il-ġeneraturi tal-enerġija u l-utenti tal-enerġija mhumiex ħielsa li jbigħu jew jixtru direttament l-elettriku kollu tagħhom. Dawn huma ristretti minn kwoti kwantitattivi, li huma allokati lilhom mill-gvern lokali. Barra minn hekk, għalkemm il-prezzijiet suppost jiġu nnegozjati direttament bejn il-ġeneraturi tal-enerġija u l-utenti tal-enerġija jew permezz ta’ kumpaniji intermedjarji tas-servizzi, il-fatturi lill-kumpaniji fil-fatt jinħarġu mill-Kumpanija tal-Grilja Statali. Fl-aħħar nett, il-kuntratti kollha ta’ xiri dirett iffirmati jridu jiġu ppreżentati lill-gvern lokali għar-reġistrazzjoni. |
|
(149) |
Fl-2018, il-GTĊ ħareġ iċ-Ċirkolari tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Enerġija dwar il-Promozzjoni Attiva tat-Tranżazzjonijiet tal-Enerġija orjentati lejn is-Suq u t-Titjib Ulterjuri tal-Mekkaniżmu tan-Negozjar. Għalkemm iċ-Ċirkolari għandha l-għan li żżid l-għadd ta’ tranżazzjonijiet diretti fis-suq tal-elettriku, hija ssemmi speċifikament ċerti industriji, inklużi l-industriji tat-teknoloġija avvanzata bħall-industrija tat-tajers, kif appoġġati u li jibbenefikaw mil-liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku. B’mod partikolari, it-Taqsima III. “Ftuħ biex ikunu jistgħu jidħlu l-utenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti”, il-punt (2) jipprevedi li “jiġu appoġġati industriji emerġenti b’valur miżjud għoli, bħall-industriji tat-teknoloġija avvanzata, l-internet, il-big data u l-industriji tal-manifattura ta’ livell għoli, kif ukoll intrapriżi b’vantaġġi u karatteristiċi distinti u kontenut ta’ teknoloġija għolja, biex jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet, ħielsa minn restrizzjonijiet tal-livelli ta’ vultaġġ u fuq il-konsum tal-enerġija”. |
|
(150) |
Barra minn hekk, skont l-Avviż dwar il-Liberalizzazzjoni Totali tal-Pjan tal-Ġenerazzjoni u l-Konsum tal-Elettriku għall-Utenti Operattivi b’mod Kummerċjali, li għandu l-għan li jilliberalizza aktar is-suq tal-elettriku, dan jipprevedi li “fost l-utenti kummerċjali tal-elettriku, dawk li ma jikkonformawx mal-politiki nazzjonali tal-industrija ma għandhomx jipparteċipaw b’mod provviżorju fi tranżazzjonijiet orjentati lejn is-suq, u l-utenti tal-elettriku li l-prodotti u l-proċessi tagħhom jappartjenu għall-kategoriji eliminati u ristretti tal-‘Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija’ għandhom jimplimentaw b’mod strett il-politika attwali dwar il-prezzijiet differenzjali għall-elettriku.” |
|
(151) |
Għalhekk, il-leġiżlazzjoni tipprevedi applikazzjoni selettiva ta’ tranżazzjonijiet diretti fis-suq tal-elettriku limitati għal ċerti industriji bħall-industriji li jikkonformaw mal-politiki nazzjonali tal-industrija, b’enfasi partikolari fuq l-industriji tat-teknoloġija avvanzata. B’riżultat ta’ dan, dawn l-industriji jħallsu prezzijiet orħos għall-elettriku. |
|
(152) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li r-rata mnaqqsa tal-elettriku u r-rifużjonijiet/aġġustamenti li jirriżultaw min-negozjar dirett tal-elettriku, li fihom ipparteċipaw il-kumpaniji inklużi fil-kampjun jikkostitwixxu sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ (jiġifieri l-operatur tal-grilja) li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tal-kost tal-elettriku, jew permezz ta’ prezzijiet tal-elettriku mnaqqsa jew permezz ta’ rifużjonijiet/aġġustamenti, peress li l-elettriku ġie pprovdut bi prezz anqas mill-prezz normali tal-grilja mħallas minn utenti industrijali kbar oħrajn li ma setgħux jibbenefikaw mill-provvista diretta jew ma kinux parti mill-proġett pilota għall-provvista diretta. |
|
(153) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema biss għal intrapriżi li jikkonformaw ma’ ċerti objettivi tal-politika industrijali determinati mill-Istat u li l-prodotti jew il-proċessi tagħhom jitqiesu eliġibbli. |
|
(154) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema ta’ sussidju kienet fis-seħħ matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u li hija speċifika fis-sens tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku. |
3.6.1.3. Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
|
(155) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz totali tal-elettriku pagabbli skont ir-rata normali tal-grilja u l-prezz totali tal-elettriku pagabbli skont ir-rata mnaqqsa. |
|
(156) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook sostna li fil-kalkolu għal kumpanija waħda mill-grupp, CHKT, il-Kummissjoni ma użatx il-verżjoni riveduta tal-fajl ippreżentat mill-kumpanija għat-tweġiba għall-kwestjonarju. Il-kumpanija inizjalment ikkalkulat it-tariffi applikabbli għall-ammonti mħallsa għall-elettriku abbażi tar-rati li jeskludu t-tariffi tal-gvern, mentri r-rati tal-grilja jinkludu dawn it-tariffi. Għaldaqstant, qabel iż-żjara ta’ verifika, il-kumpanija ppreżentat il-verżjoni riveduta tal-prezzijiet tal-elettriku mħallsa minn CHKT. CHKT sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkalkula l-benefiċċju abbażi tar-rati riveduti. Il-Kummissjoni analizzat din l-affermazzjoni u kkonstatat li hija rilevanti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżball u kkalkulat li l-benefiċċju bbażat fuq ir-rati mħallsa minn CHKT inklużi t-tariffi tal-gvern. |
|
(157) |
Apparti hekk, Hankook allega li l-Kummissjoni applikat il-metodu tal-“azzerar” b’mod skorrett u injurat it-tranżazzjonijiet fuq bażi ta’ kull xahar fejn il-benefiċċju ma ġiex ikkonstatat. Il-Kummissjoni fakkret li l-benefiċċju ġie kkalkulat b’kunsiderazzjoni ta’ kull tranżazzjoni u mbagħad ipparagunat l-ammonti mar-rati tal-grilja biex tivverifika jekk is-servizz ġiex provdut lill-kumpanija b’remunerazzjoni anqas minn adegwata. It-tqabbil sar bejn l-istess servizzi jew dawk l-aktar simili, pereżempju bejn l-istess rata (quċċata għolja, quċċata, normali, wied), perjodu u erja. Għaldaqstant, fl-istanzi li fihom ma nstabx benefiċċju, dawn it-tranżazzjonijiet ma ġewx ikkunsidrati fil-benefiċċju totali. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni li l-metodu ta’ tpaċija affermat mill-kumpanija jenħtieġ li jiġi ġġustifikat u applikat għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju; għaldaqstant l-affermazzjoni ġiet injurata. |
|
(158) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jammonta għal: Forniment ta’ elettriku b’remunerazzjoni inqas minn dik adegwata
|
3.6.2. Drittijiet tal-użu tal-art (“LUR”, Land Use Rights)
3.6.2.1. Introduzzjoni
|
(159) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tat-tajers fir-RPĊ ibbenefikat mill-provvista tal-art u, b’mod aktar speċifiku, mill-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-art b’remunerazzjoni inqas minn adegwata. |
3.6.2.2. Bażi legali
|
(160) |
Fiċ-Ċina, l-għoti tad-dritt għall-użu tal-art jaqa’ taħt il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin huma wkoll parti mill-bażi legali:
|
3.6.2.3. Sejbiet tal-investigazzjoni ta’ rieżami
|
(161) |
Skont l-Artikolu 10 tad-“Dispożizzjoni dwar l-Assenjazzjoni tad-Dritt tal-Użu tal-Art tal-Istat għall-Kostruzzjoni permezz ta’ Stedina, Irkant u Kwotazzjoni”, l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu prezzijiet tal-art skont is-sistema ta’ evalwazzjoni tal-art urbana, li tiġi aġġornata biss kull tliet snin, u l- politika industrijali tal-gvern. |
|
(162) |
F’investigazzjonijiet preċedenti (61), il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet imħallsa għal-LURs fir-RPĊ ma kinux rappreżentattivi ta’ prezz tas-suq iddeterminat mill-provvista u d-domanda tas-suq ħieles, peress li s-sistema tal-irkantar instabet li ma kinitx ċara, mhux trasparenti u ma kinitx qiegħda tiffunzjona fil-prattika, u l-prezzijiet instabu li kienu stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet. Kif imsemmi fil-premessa preċedenti, l-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-sistema ta’ valutazzjoni tal-art urbana, li tagħtihom struzzjonijiet fost kriterji oħra biex jikkunsidraw ukoll il-politika industrijali meta jistabbilixxu l-prezz tal-art industrijali. |
|
(163) |
Fil-kuntest tal-aċċess preferenzjali għall-art industrijali għall-kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, il-Kummissjoni nnotat li l-prezz stabbilit mill-awtoritajiet lokali jrid iqis il-politika industrijali tal-gvern, kif imsemmi hawn fuq. Fi ħdan din il-politika industrijali, l-industrija tat-Tajers hija elenkata bħala industrija mħeġġa. Barra minn hekk, skont id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom iqisu “Il-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar Industrijali” u l-politiki industrijali meta jipprovdu l-art. L-Artikolu XVIII tad-Deċiżjoni Nru. 40 jagħmilha ċara li l-industriji li huma “ristretti” mhux se jkollhom aċċess għad-drittijiet tal-użu tal-art. Minn dan isegwi li s-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament bażiku minħabba li l-provvista preferenzjali tal-art hija limitata għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, f’dan il-każ l-industrija tat-tajers, u l-prattiki tal-gvern f’dan il-qasam mhumiex ċari u mhumiex trasparenti. |
|
(164) |
L-investigazzjoni tar-rieżami ma wriet l-ebda bidla notevoli fir-rigward tal-produtturi inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur wieħed biss minn Giti Group xtara roqgħa art ġdida sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(165) |
Is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni jikkonfermaw li s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-provvista u l-akkwist tal-art fir-RPĊ mhijiex trasparenti u l-prezzijiet ġew stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet. |
3.6.2.4. Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
|
(166) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti (62) u f’konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-art mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, ta’ Penghu, Kinmen u Matsu (“it-Tajwan”) intużaw bħala punt ta’ riferiment estern (63). Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jiġi kkalkulat billi titqies id-differenza bejn l-ammont effettivament imħallas minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun (jiġifieri, il-prezz attwali mħallas kif iddikjarat fil-kuntratt u, meta applikabbli, il-prezz iddikjarat fil-kuntratt imnaqqas bl-ammont ta’ rifużjonijiet/għotjiet tal-gvern lokali) għad-drittijiet tal-użu tal-art u l-ammont li normalment kellu jitħallas abbażi tal-parametru referenzjarju tat-Tajwan. |
|
(167) |
Il-Kummissjoni qieset lit-Tajwan bħala parametru referenzjarju estern xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(168) |
Wara l-metodoloġija applikata fl-investigazzjonijiet preċedenti (64) (65), il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Tajwan ikkoreġut għall-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG mid-dati tal-kuntratti LUR rispettivi. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-art industrijali mill-2015 ’l hawn inkisbet mis-sit web tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan (66). Għas-snin preċedenti, il-prezzijiet ġew ikkoreġuti bl-użu tar-rati tal-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG per capita bil-prezzijiet attwali f’USD għat-Tajwan kif ippubblikati mill-FMI għall-2015. |
|
(169) |
Wara d-divulgazzjoni, iż-żewġ produtturi esportaturi allegaw li t-Tajwan mhuwiex parametru referenzjarju xieraq minħabba li, fost affarijiet oħra, it-Tajwan ma għandux l-istess livell ta’ żvilupp ekonomiku; minflok hemm pajjiżi oħra bl-istess livell ta’ infrastruttura industrijali. Hankook Group sostna li jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrikorri għat-Tajlandja bħala parametru referenzjarju xieraq, kif sar mir-Renju Unit. Giti sostna li t-Tajwan bħala parametru referenzjarju ma kienx xieraq billi dan ukoll ma jirriflettix il-kundizzjonijiet tas-suq fir-RPĊ u li l-prezzijiet tal-art ma ġew aġġustati bl-ebda mod biex iqisu l-kundizzjonijiet tas-suq fiċ-Ċina kontinentali. |
|
(170) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-għażla tat-Tajwan bħala parametru referenzjarju estern adattat kienet ibbażata fuq l-analiżi ta’ diversi fatturi elenkati fil-premessa (168) tar-Regolament u fl-investigazzjoni riċenti (67) li ġġustifikat l-għażla tagħha bħala parametru referenzjarju validu, inkluż il-kunsiderazzjoni tal-paragun taż-żoni industrijali fit-Tajwan mal-provinċji industrijali rilevanti fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, anki kieku kien hemm ċertu differenzi fil-kundizzjonijiet tas-suq bejn id-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina kontinentali u l-bejgħ tal-art fit-Tajwan, dawn ma kinux ikunu ta’ natura li jxejnu l-għażla ta’ Tajwan bħala parametru referenzjarju validu. Il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika, matul l-investigazzjoni, xi parametru referenzjarju xieraq ieħor jew metodu ta’ aġġustament li altrimenti jirrifletti b’mod xieraq dawn id-differenzi fil-kundizzjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet fir-rigward tal-parametru referenzjarju abbażi tal-valutazzjoni tagħha stess u r-riżultat tal-investigazzjoni u mhux abbażi tas-sejbiet tal-pajjiżi terzi fil-proċeduri proprji tagħhom. Abbażi ta’ dan, l-affermazzjoni kellha tiġi rrifjutata. |
|
(171) |
Giti sostna li r-roqgħa art li Giti akkwista d-drittijiet tagħha matul il-PIR jenħtieġ li ma tiġix ikkunsidrata fil-kalkolu tal-benefiċċju billi ma tintużax għall-finijiet tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-kumpanija stess tammetti li l-iskop tal-akkwiżizzjoni tal-art huwa biex tibni fabbrika ġdida u eventwalment tittrasferixxi l-produzzjoni f’dan il-post. Is-sempliċi fatt li l-produzzjoni ma sseħħx f’dak il-waqt mhuwiex rilevanti għall-ammont ta’ sussidju riċevut mill-kumpanija. Il-kumpanija gawdiet mill-benefiċċju u għalhekk din ir-roqgħa art ġiet inkluża wkoll fil-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju matul il-PIR. L-affermazzjoni ġiet injurata. |
|
(172) |
Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju ġie allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bl-użu tal-ħajja normali tad-drittijiet tal-użu tal-art għall-użu industrijali tal-art, jiġifieri 50 sena. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali rispettiv tal-kumpanija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, minħabba li s-sussidju mhuwiex kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. |
|
(173) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jammonta għal: Għoti ta’ Drittijiet għall-użu tal-art għal prezz inferjuri għall-valur adegwat
|
3.7. Programmi ta’ tnaqqis u ta’ eżenzjoni diretta mit-taxxa
3.7.1. Kummenti ġenerali
|
(174) |
Skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“il-Liġi EIT”), intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida li għalihom l-Istat jeħtieġ li jagħti appoġġ ewlieni jingħataw tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi ta’ 15 % minflok ir-rata ta’ taxxa standard ta’ 25 %. |
|
(175) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tat-tajers kienu qed jirċievu sussidji kumpensabbli fil-forma ta’ trattament preferenzjali taħt programmi u politiki ta’ taxxa fuq l-introjtu u ta’ taxxa diretta oħra. |
|
(176) |
Fir-rigward ta’ tliet programmi speċifiċi (jiġifieri, il-privileġġi tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (EIT) għall-Prodotti tar-Riżorsi mill-Użu Sinerġistiku; Tpaċija tal-EIT għall-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp; u l-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq l-Użu tal-art), il-Kummissjoni, meta qieset in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, ibbażat is-sejbiet tagħha dwar il-bażi legali, l-eliġibbiltà, in-natura tas-sussidju u l-ispeċifiċità tiegħu fuq is-sejbiet minn investigazzjonijiet preċedenti (68) u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Bħala tali, il-Kummissjoni setgħet tikkalkula r-rati ta’ sussidju individwali għall-produtturi esportaturi fil-kampjun. |
|
(177) |
Instab li l-programmi ta’ introjtu u programmi oħra ta’ taxxa diretta kienu sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul tal-gvern mitluf li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. |
3.7.2. Bażi legali
|
(178) |
Il-bażi legali ta’ dan il-programm hija l-Artikolu 28 u l-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar l-EIT u l-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi dwar l-EIT, kif ukoll:
|
3.7.3. Sejbiet tal-investigazzjoni ta’ rieżami
|
(179) |
Huma biss il-kumpaniji li huma parti minn ċerti oqsma ewlenin tat-teknoloġija avvanzata u ġdida appoġġati mill-Istat, kif ukoll il-prijoritajiet attwali dwar oqsma ta’ teknoloġija għolja appoġġati mill-Istat, kif elenkati fil-Linji Gwida tal-Aħħar Oqsma Ewlenin ta’ Żvilupp ta’ Prijorità fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata li jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa. Dawn il-linji gwida jsemmu b’mod ċar it-teknoloġija tal-manifattura u l-materja prima ewlenija għat-tajers bħala qasam ta’ prijorità. |
|
(180) |
Il-kumpaniji li jibbenefikaw minn din il-miżura jridu jippreżentaw id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu tagħhom u l-annessi rilevanti. L-ammont reali tal-benefiċċju huwa inkluż fid-dikjarazzjoni tat-taxxa. |
|
(181) |
Il-Kummissjoni qieset li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal intrapriżi li qed joperaw f’ċerti żoni ta’ prijorità ta’ teknoloġija għolja stabbiliti mill-Istat, bħal xi teknoloġiji ewlenin fis-settur tat-tajers. |
3.7.4. Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
|
(182) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata tat-taxxa normali u t-taxxa totali pagabbli taħt ir-rata tat-taxxa mnaqqsa. |
|
(183) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jammonta għal: Programmi ta’ tnaqqis u ta’ eżenzjoni diretta mit-taxxa
|
3.8. Programmi ta’ Taxxa Indiretta u Tariffi ta’ Importazzjoni
3.8.1. L-eżenzjonijiet mill-VAT u r-rifużjonijiet tat-tariffi tal-importazzjoni għall-użu ta’ tagħmir u teknoloġija importati.
|
(184) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffi tal-importazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir kapitali użat fil-produzzjoni tagħhom. L-eżenzjonijiet kemm tal-VAT kif ukoll tad-dazju tal-importazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġew identifikati għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Dawn kienu jinkludu eżenzjonijiet għal tagħmir importat fis-snin preċedenti, iżda li għalih il-benefiċċju ġie amortizzat tul il-ħajja ta’ dak it-tagħmir u għalhekk ġie parzjalment allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Filwaqt li l-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li l-eżenzjonijiet mit-taxxa kienu applikabbli direttament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni stabbiliet li l-kumpaniji fil-kampjun xorta rċevew xi benefiċċji limitati taħt dan il-programm minn eżenzjonijiet applikabbli matul is-snin preċedenti. |
|
(185) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, dan il-programm jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) hekk kif Intrapriżi b’Investiment Barrani (“FIEs”, Foreign Invested Enterprises) u intrapriżi domestiċi eliġibbli oħrajn jinħelsu mill-ħlas tal-VAT u/jew tat-tariffi li kieku kienu jkunu dovuti. Jagħti wkoll benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(186) |
Il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Il-leġiżlazzjoni li abbażi tagħha topera l-awtorità awtorizzanti tillimita l-aċċess tagħha għal intrapriżi li jinvestu f’kategoriji kummerċjali speċifiċi definiti b’mod eżawrjenti mil-liġi u li jappartjenu jew għall-kategorija mħeġġa jew inkella għall-kategorija ristretta B fil-Katalogu għall-gwida tal-industriji għall-investiment barrani u t-trasferiment tat-teknoloġija, jew dawk li huma konformi mal-Katalogu ta’ industriji, prodotti u teknoloġiji ewlenin, li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ mill-Istat. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kriterji oġġettivi li jillimitaw l-eliġibbiltà għal dan il-programm u ma hemm l-ebda evidenza konklużiva sabiex wieħed jiddeduċi li l-eliġibbiltà hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(187) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa l-ammont ta’ VAT u dazji eżentati fuq tagħmir importat. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont kumpensabbli kopra biss il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-benefiċċju riċevut ġie amortizzat matul il-ħajja utli tat-tagħmir skont il-proċeduri kontabilistiċi normali tal-kumpanija. |
|
(188) |
Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw minn ribassi taħt din l-iskema. L-ammont ta’ sussidju stabbilit għal din l-iskema speċifika ġie stabbilit fil-livell ta’ 0,005 % għal Hankook Group u 0,02 % għal GITI Group. |
3.8.2. Skema ta’ ħlas lura tad-dazju ta’ importazzjoni għax-xiri ta’ lastiku naturali
|
(189) |
Il-Kummissjoni stabbiliet fl-investigazzjoni oriġinali li l-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun kienu ġew kwalifikati bħala l-hekk imsejħa “intrapriżi fl-ambitu tan-negozju tal-ipproċessar”. Matul l-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni sabet li din l-iskema kompliet tapplika matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(190) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Miżuri tad-Dwana tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għas-Superviżjoni tal-Merkanzija fl-Ambitu tan-Negozju tal-Ipproċessar (69), ““it-terminu ‘negozju tal-ipproċessar’ għandu jirreferi għal attivitajiet tan-negozju fejn l-impriża operazzjonali timporta l-materja prima jew awżiljari, parts u komponenti, partijiet komponenti u materjali ta’ imballaġġ kollha jew parti minnhom, u tesporta mill-ġdid il-prodotti lesti wara l-ipproċessar jew l-assemblaġġ, inkluż l-ipproċessar ta’ materja fornuta u impurtata.” Minbarra dan, l-Artikolu 5 jgħid ukoll li “Fejn it-taxxi jinġabru matul l-importazzjoni skont id-dispożizzjonijiet rilevanti, id-dwana għandha tnaqqas it-taxxi miġbura skont l-ammont ivverifikat tal-merkanzija realment ipproċessata u esportata mill-ġdid wara l-esportazzjoni tal-merkanzija lesta.” |
3.8.2.1. Bażi legali
|
(191) |
Il-bażijiet legali ta’ dan il-programm huma:
|
3.8.2.2. Sejbiet tal-investigazzjoni ta’ rieżami
|
(192) |
Matul l-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji kollha fil-kampjun kienu rreġistraw mad-dwana għall-iskema kummerċjali tal-ipproċessar u kollha kemm huma kienu rċevew eżenzjonijiet ta’ “taxxi miġbura matul l-importazzjoni” (jiġifieri dazji tal-importazzjoni) fuq l-importazzjonijiet ta’ lastiku naturali użat fil-produzzjoni ta’ tajers esportati. |
|
(193) |
Dan l-arranġament jikkorrispondi ma’ skema ta’ rifużjoni tad-dazju kif deskritta fl-Anness I(i) tar-Regolament bażiku. Skont il-punt (i) tal-Anness I, is-sistemi ta’ rtirar ta’ sostituzzjoni jistgħu jikkostitwixxu sussidju fuq l-esportazzjoni sa fejn jirriżultaw f’irtirar li jeċċedi l-imposti tal-importazzjoni li nġabru inizjalment minn fuq l-inputs importati li għalihom ikun qed jintalab l-irtirar. |
|
(194) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk tali remissjoni żejda kinitx teżisti, skont l-Anness III, il-punt II tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-GTĊ dwar l-iskema ta’ kummerċ tal-ipproċessar b’mod ġenerali, u b’mod aktar speċifiku dwar l-eżistenza u l-applikazzjoni effettiva tal-proċeduri ta’ monitoraġġ u verifika li jakkumpanjaw. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni f’dan ir-rigward. Bħala tali, il-Kummissjoni ddeterminat l-eżistenza tas-sussidjar abbażi tas-sejbiet fl-investigazzjoni oriġinali u fl-informazzjoni provduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(195) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, il-GTĊ stabbilixxa qafas leġiżlattiv għall-monitoraġġ tas-sistema kummerċjali tal-ipproċessar. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat ukoll li xi karatteristiċi inkorporati fis-sistema jistgħu potenzjalment iwasslu għal irtirar eċċessiv:
|
|
(196) |
Barra minn hekk, matul iż-żjarat ta’ verifika mal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, deher li dan il-qafas ma ġiex applikat b’mod effettiv fil-prattika. Pereżempju, il-Kummissjoni kkonstatat li l-esportatur iddikjara fis-sistema elettronika tad-dwana, data dwar importazzjonijiet ta’ lastiku naturali u kwantitajiet ta’ tajers esportati, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-konsum tal-lastiku jiġi ddikjarat abbażi tal-konsum standard u mbagħad jitqabbel mal-konsum attwali. Il-maġġorparti tal-produtturi inklużi fil-kampjun użaw l-istess rati tal-konsum fis-sistema tan-negozju tal-ipproċessar bħalma użaw fil-produzzjoni tagħhom, għajr għal wieħed. Matul iż-żjara ta’ verifika, il-Kummissjoni sabet li GITI Fujian irrapportat konsum għall-produzzjoni tal-lastiku li fil-fatt ma kienx intuża matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni kkalkolat l-użu tat-tipi partikolari tal-lastiku u ddeterminat li l-konsum reali jvarja minn dak irrapportat lis-sistema elettronika doganali. Ta’ min jinnota li d-differenza seħħet minkejja verifiki fuq il-post fil-bini tal-kumpanija fil-kampjun imwettqa mill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn is-sejbiet ġew ikkomunikati lill-GTĊ, bl-għan li jkun jista’ jwettaq eżami ulterjuri tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni. |
|
(197) |
B’riżultat ta’ dan, wieħed mill-esportaturi mill-grupp GITI ma ħallasx id-dazji tal-importazzjoni kollha li kellhom ikunu dovuti. |
3.8.2.3. Konklużjoni
|
(198) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sistema ta’ monitoraġġ tal-GTĊ għall-ipproċessar tal-kummerċ ma kinitx applikata b’mod effettiv f’dak li għandu x’jaqsam mal-lastiku naturali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeterminat li s-sistema tan-negozju tal-ipproċessar għal-lastiku naturali użata f’tajers esportati wasslet għal eċċess ta’ remissjonijiet, li jikkostitwixxu sussidju kumpensabbli fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, peress li jirriżultaw f’irtirar eċċessiv tal-imposti tal-importazzjoni imposti inizjalment fuq l-inputs importati li għalihom tkun qed tintalab rifużjoni. |
|
(199) |
Dawn ir-remissjonijiet żejda huma speċifiċi wkoll, minħabba li huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.8.2.4. Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
|
(200) |
Il-benefiċċju kien ikkalkulat bħala d-differenza bejn l-ammont ta’ dazji ta’ importazzjoni dovuti matul il-PI, u l-ammont attwali ta’ dazji fuq l-importazzjoni mħallsa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(201) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ sussidji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien kif ġej: Restituzzjoni ta’ dazju tal-importazzjoni fuq lastiku naturali
|
3.8.3. Total għall-iskemi kollha ta’ tnaqqis jew eżenzjoni mit-taxxa indiretta
|
(202) |
L-ammont totali ta’ sussidju stabbilit fir-rigward tal-iskemi kollha tat-taxxa indiretta u tat-tariffi tal-importazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien kif ġej: Eżenzjonijiet u tnaqqis tat-taxxi diretti
|
3.9. Programmi ta’ għotjiet
|
(203) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li xi kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn varjetà ta’ għotjiet relatati mal-protezzjoni ambjentali u t-tnaqqis tal-emissjonijiet u minn għotjiet relatati mar-R&Ż, it-titjib teknoloġiku u l-innovazzjoni. |
|
(204) |
L-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, iż-żewġ esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw minn diversi għotjiet ad hoc. |
3.9.1. Bażi legali
|
(205) |
Il-maġġoranza l-kbira tal-programmi rrapportati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kienet ibbażata fuq l-avviżi maħruġa mill-awtoritajiet lokali. Barra minn hekk, ġie stabbilit li dawn il-programmi jirriflettu l-politiki ġenerali stabbiliti, fost l-oħrajn, fl-atti li ġejjin:
|
3.9.2. Konklużjoni
|
(206) |
Meta jitqies in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-programmi ta’ għotja fuq il-fatti disponibbli, inkluża l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi komplew jibbenefikaw minn programmi simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kif ikkonstatat fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(207) |
L-applikant sostna fit-talba li l-esportaturi tat-tajers mir-RPĊ ibbenefikaw minn dawn il-programmi. Pereżempju, li f’Mejju 2022, il-Ministeru tal-Finanzi ħareġ l-Appoġġ Fiskali għall-ħidma favur Quċċata ta’ Newtralità Karbonika biex “jinkiseb l-għan tan-newtralità tal-karbonju, jissaħħu l-politiki ta’ appoġġ finanzjarju u l-‘14-il FYP’ nazzjonali.” Dan id-dokument għalhekk għandu l-għan li jimplimenta politiki finanzjarji governattivi biex “jappoġġjaw reġjuni u industriji biex jaċċelleraw it-trasformazzjoni ekoloġika u b’karbonju baxx.” L-industrija tat-tajers, kif ukoll l-ekonomija Ċiniża kollha, għalhekk jibbenefikaw mill-politiki ambjentali. Bil-ħsieb li tiġi promossa industrija aktar ekoloġika, il-MIIT ħareġ il-Pjan ta’ Żvilupp Ekoloġiku Industrijali għas-snin 2016-2020. Fil-mira tiegħu kellu t-teknoloġiji ewlenin li jniġġsu użati għall-manifattura tat-tajers, jiġifieri dawk petrokimiċi, tal-lastiku, tal-azzar u tat-tessuti (70). |
|
(208) |
Barra minn hekk, l-applikant saħaq li l-14-il FYP jipprovdi appoġġ għal “spejjeż tar-R&Ż u inċentivi fiskali għal intrapriżi b’teknoloġija avvanzata.” L-14-il FYP jinkludi proġetti xjentifiċi u teknoloġiċi fid-dispożizzjonijiet tar-R&D. (71) |
|
(209) |
Dawn il-programmi jitqiesu bħala sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li jittrasferixxu fondi mill-GTĊ fil-forma ta’ għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. |
|
(210) |
Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li dawn is-sussidji huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku għaliex huma biss il-kumpaniji li joperaw f’oqsma jew teknoloġiji ewlenin kif elenkati fil-linji gwida, miżuri amministrattivi u katalgi li huma ppubblikati fuq bażi regolari li huma eliġibbli biex jirċevuhom. It-tajers u/jew is-settur (petro)kimiku huma elenkati fost is-setturi eliġibbli. |
3.9.3. Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
|
(211) |
Il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala l-ammont riċevut fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jew allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, fejn l-ammont ġie deprezzat matul il-ħajja utli tal-assi fiss li miegħu kienet relatata l-għotja b’mod simili għall-investigazzjoni oriġinali. |
|
(212) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien kif ġej: Għotjiet għall-iffrankar tal-enerġija, għall-konservazzjoni u l-emissjonijiet
|
3.10. Konklużjoni dwar is-sussidjar
|
(213) |
Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun billi eżaminat kull sussidju jew programm ta’ sussidju, u żiedet dawn iċ-ċifri flimkien biex tikkalkula ammont totali ta’ sussidjar għal kull produttur esportatur għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Biex tikkalkula s-sussidju ġenerali hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkulat is-sussidju perċentwali, li kien l-ammont tas-sussidju bħala perċentwal tal-fatturat totali tal-kumpanija. Dan il-perċentwal imbagħad intuża biex jiġi kkalkulat is-sussidju allokat għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Imbagħad ġie kkalkolat l-ammont ta’ sussidju għal kull tunnellata ta’ prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u l-marġnijiet ta’ hawn taħt ikkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-Kostijiet, l-Assigurazzjoni u n-Noll (“CIF”, Cost, Insurance and Freight) tal-istess esportazzjonijiet għal kull tunnellata. |
|
(214) |
Ir-rati ta’ sussidju espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kienu bħala medja fil-livell ta’ [4 – 8] % għall-pajjiż kollu. Għalhekk ġie konkluż li l-iskemi ta’ sussidju investigati kienu fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.11. Probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar
|
(215) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ sussidjar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar, jekk il-miżuri jitħassru. |
|
(216) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni investigat l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
3.11.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(217) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ lejn l-Unjoni jsirux f’volumi sinifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ fuq il-bażi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. |
|
(218) |
Fit-talba, is-CRIA rrapportat output tal-produzzjoni ta’ 122,39 miljun tajer fir-RPĊ fl-2021, għal kapaċità ta’ produzzjoni stmata ta’ 141,76 miljun tajer fl-istess sena, li timmarka żieda fit-tajers prodotti ta’ 2,72 miljun mas-sena preċedenti. Ir-rati tal-użu tal-kapaċità derivati minn dawn iċ-ċifri jkunu ta’ madwar 86 %. Fl-2022, kienu diġà żdiedu mill-inqas 1,5 miljun unità ta’ kapaċitajiet addizzjonali tal-produzzjoni tat-tajers, kif irrapportat mis-CRIA. Dan ipoġġi l-kapaċità totali tal-produzzjoni tat-tajers għal madwar 143,25 miljun unità għall-2022. Jekk jittieħdu l-istess rati ta’ użu tal-kapaċità bħal tas-sena 2021, dan iwassal għal produzzjoni ta’ madwar 123,67 miljun tajer prodott. Għalhekk, il-kapaċità mhux użata disponibbli fiċ-Ċina fl-2022 kienet tammonta għal kważi 20 miljun unità, li kienet kważi ekwivalenti għall-konsum totali fis-suq tal-UE (li huwa madwar 20 miljun unità, kif stabbilit fil-premessa (232) hawn taħt). |
|
(219) |
Il-produtturi Ċiniżi tat-tajers, f’konformità mal-politiki industrijali tal-GTĊ u tas-CCP deskritti hawn fuq, komplew iżidu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni diġà żviluppati żżejjed tagħhom mill-PI oriġinali (li kien madwar 110 miljun). L-investigazzjoni anti-dumping Brażiljana, fl-2021, diġà enfasizzat l-eżistenza ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni sinifikanti fir-RPĊ, b’evidenza ta’ diversi investimenti fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni minn produtturi Ċiniżi ewlenin tat-tajers. (72) L-investigazzjoni anti-dumping tal-Afrika t’Isfel tal-2022 stabbiliet bl-istess mod, il-kapaċità ta’ produzzjoni żejda sinifikanti tal-produtturi tat-tajers Ċiniżi (minn tal-inqas 30 % ta’ kapaċità ta’ riżerva) li x’aktarx twassal għal żieda fl-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat. (73) |
3.11.2. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(220) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jkomplu l-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom bi prezzijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-Kummissjoni l-ewwel analizzat il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u qabblithom mal-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni, biex tiddetermina jekk is-suq tal-Unjoni kienx attraenti f’termini ta’ livelli tal-prezzijiet. |
|
(221) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-livell tal-prezzijiet irrapportati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun u sabet li għal tranżazzjonijiet komparabbli (jiġifieri fattura kummerċjali stabbilita fuq incoterms FOB (frank abbord, free on board)) il-prezz tal-unità tat-tajers tat-trakkijiet esportati lejn pajjiżi terzi kien jirrappreżenta madwar 80 % tal-prezz tal-unità tagħhom fl-UE. Barra minn hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni ntweriet mill-fatt li minkejja l-miżuri fis-seħħ, il-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni baqgħu madwar 30 % tal-volum tal-importazzjonijiet osservati matul l-investigazzjoni oriġinali. |
|
(222) |
L-istatistika turi li s-suq tal-Unjoni, it-tieni l-akbar wara l-Istati Uniti, huwa attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi f’termini ta’ prezzijiet. Fl-2023, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni kien sa 20 % ogħla meta mqabbel mal-prezzijiet medji tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn destinazzjonijiet oħra, bħall-Istati Uniti, il-Messiku, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Indoneżja, il-Malażja, l-Arabja Sawdija, in-Niġerja, l-Alġerija, l-Eġittu u l-Kenja. |
|
(223) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni kien jikkostitwixxi suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi tat-tajers tat-trakkijiet kemm f’termini tal-prezzijiet kif ukoll tad-daqs tiegħu. |
3.11.3. Kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(224) |
Huwa improbabbli li l-kapaċità ta’ riżerva tal-produtturi esportaturi Ċiniżi tintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi għajr l-UE. Il-Kummissjoni sabet li l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ huma fis-seħħ fl-Armenja, il-Botswana, il-Brażil, l-Eġittu, l-Eswatini, il-Każakistan, ir-Repubblika Kirgiża, il-Lesoto, in-Namibja, il-Federazzjoni Russa, l-Afrika t’Isfel, it-Turkija, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerka (74). B’konsegwenza ta’ dan, dawn is-swieq ta’ pajjiżi terzi, li huma konsumaturi sinifikanti tat-tajers tat-trakkijiet, huma inqas attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
3.11.4. Konklużjoni
|
(225) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm kontinwazzjoni tas-sussidjar. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni f’volumi kbar (meta mqabbla mad-daqs tas-suq) bi prezzijiet sussidjati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(226) |
Barra minn hekk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni sabet li l-kapaċità ta’ riżerva żejda fir-RPĊ kienet sinifikanti meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ daqs u prezzijiet tal-bejgħ indikat ukoll li l-esportazzjonijiet Ċiniżi x’aktarx ikunu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri kumpensatorji jiskadu. |
|
(227) |
Bħala tali, il-Kummissjoni sabet li huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom ta’ tajers bi prezzijiet sussidjati lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri kumpensatorji jitħallew jiskadu. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(228) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn aktar minn 400 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(229) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 18-il miljun tajer. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra totali tal-produzzjoni tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tat-Tajers u tal-Lastiku (“ETRMA”, European Tyre & Rubber Manufacturers Association), l-applikant u l-istatistika tal-Eurostat. Kif indikat fil-premessa (26), ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun finali jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili. Għalhekk, l-indikaturi mikroekonomiċi ġew eżaminati fuq il-bażi tad-data miksuba mit-tweġibiet ta’ dawk il-ħames produtturi tal-Unjoni. |
|
(230) |
Uħud mill-produtturi fil-kampjun instabu li jimportaw u jbigħu mill-ġdid il-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni mir-RPĊ. Madankollu, meta mqabbla mal-bejgħ globali tagħhom, l-importazzjonijiet jibqgħu marġinali (inqas minn 1 % tal-bejgħ globali tagħhom) u ma jaffettwawx il-kwalifika tagħhom bħala produtturi tal-Unjoni. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(231) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ETRMA u l-Eurostat. |
|
(232) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni (f’oġġetti)
|
||||||||||||||||||||||
|
(233) |
Il-konsum fis-suq tal-Unjoni żdied bi 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Kien hemm żieda notevoli mill-2020 għall-2022. Dan x’aktarx li huwa marbut mal-irkupru mill-kriżi tal-COVID u huwa spjegat mill-fatt li l-konsum tat-tajers huwa intrinsikament marbut ma’ kilometri vvjaġġati mill-flotot li, min-naħa tiegħu, jiddependi ħafna fuq l-attività ekonomika ġenerali u b’mod partikolari fuq il-volum ta’ merkanzija ttrasportata bit-triq. Iż-żieda fil-konsum laħqet il-quċċata tagħha fl-2022 u naqqset ir-ritmu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(234) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni fit-Tabella 1. |
|
(235) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 volum tal-importazzjonijiet (f’oġġetti) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(236) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet abbażi tal-konsum tal-Unjoni jinsab fit-Tabella 2. |
|
(237) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu bi 22 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn madwar 900 elf tajer fl-2020 għal madwar 1,1 miljun tajer fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi kienet partikolarment sinifikanti fl-2022 meta l-miżuri oriġinali ġew parzjalment annullati mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif deskritt fil-premessa (4). Il-volumi tal-importazzjonijiet baqgħu fl-istess livell anki matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami minkejja t-tnaqqis fid-domanda. Dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi minn 4,9 % għal 5,4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(238) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(239) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 3 Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/oġġett)
|
||||||||||||||||||||||
|
(240) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni (il-livelli kollha) żdiedu b’61 %. |
|
(241) |
Peress li l-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw b’mod predominanti tajers tal-Livell 1 u tal-Livell 2, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dettaljata dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi fil-Livell 3, fejn id-dannu primarju seħħ matul l-investigazzjoni oriġinali, u sussegwentement ikkawża effett ta’ kaskata inversa fiż-żewġ livelli l-oħra. |
|
(242) |
Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni stmat it-twaqqigħ tal-prezz għat-totalità tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni. |
|
(243) |
Il-Kummissjoni għalhekk għamlet paragun bejn:
|
|
(244) |
Dan il-paragun wera li għall-importazzjonijiet li jifdal, il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi żbarkati (EUR 270/oġġett) kien taħt il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (EUR 281/oġġett) u ftit biss ogħla mill-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni (EUR 260/oġġett). Jekk il-prezz tal-oġġett żbarkat jiġi stabbilit mingħajr id-dazji anti-dumping u kumpensatorji, dan jammonta għal EUR 251/oġġett, li jwaqqa’ b’mod sinifikanti l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u jkun ukoll taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(245) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, b’mod ġenerali, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu aktar baxxi mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(246) |
Wara divulgazzjoni finali, Hankook Group sostna li l-Kummissjoni kienet biddlet b’mod skorrett il-metodoloġija tagħha għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali. Hankook Group sostna li, l-Kummissjoni, minflok stmat it-twaqqigħ tal-prezz għall-importazzjonijiet fit-totalità tagħhom fuq il-bażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet, kien imissha wettqet analiżi skont it-tip jew il-livell. Fil-verżjoni sensittiva tas-sottomissjoni tiegħu, Hankook Group ippreżenta wkoll data dwar il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tiegħu u sostna li bl-użu ta’ dik id-data, il-Kummissjoni setgħet tiddeduċi l-prezzijiet tal-importazzjonijiet għal-livelli kollha u twettaq analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz skont il-livell. |
|
(247) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. L-ewwel nett, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li joperaw fil-livell 3, u kif iddikjarat fil-premessa (241), il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dettaljata dwar l-esportaturi Ċiniżi speċjalment fil-livell 3 u ma setgħetx twettaq analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz skont il-livell. Għalhekk, kien hemm bidla fid-data sottostanti disponibbli għall-Kummissjoni. It-tieni, id-data ppreżentata minn Hankook Group dwar il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tiegħu stess kienet insuffiċjenti biex titwettaq analiżi ulterjuri tat-twaqqigħ tal-prezz. Anki skont din id-data, jibqa’ l-fatt li hemm operaturi oħrajn fil-livell 1, 2 u 3 li dwarhom ma hemm l-ebda informazzjoni dettaljata, u kuntrarjament għal dak li qiegħed isostni Hankook Group, din id-data mhijiex suffiċjenti biex tagħti informazzjoni ulterjuri dwar it-twaqqigħ tal-prezz skont il-livell jew biex ixxejjen kwalunkwe riżultat tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz li saret mill-Kummissjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni hija rrifjutata. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina
|
(248) |
L-importazzjonijiet ta’ tajers minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina kienu prinċipalment mit-Tajlandja, mit-Turkija u mill-Vjetnam. |
|
(249) |
Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tat-tajers minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(250) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b’madwar 2 miljun oġġett, jiġifieri b’41 %. Dan huwa aktar mgħaġġel mill-progressjoni tal-konsum tal-Unjoni u rriżulta fiż-żieda fis-sehem mis-suq minn 26,5 % għal 33,5 %. |
|
(251) |
Iż-żieda prinċipali seħħet mill-importazzjonijiet mit-Tajlandja (856 elf oġġett), mit-Turkija (590 elf oġġett) u mill-Vjetnam (486 elf oġġett). Għal pajjiżi terzi oħra ż-żieda kienet biss modesta (53 elf oġġett). |
|
(252) |
Il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, speċjalment mit-Tajlandja u l-Vjetnam, kien ferm taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(253) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(254) |
Kif imsemmi fil-premessi (15) sa (17), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(255) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-talba għal rieżami, l-istatistika tal-Eurostat u s-sottomissjonijiet mill-ETRMA. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(256) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġini ta’ sussidju, u l-irkupru minn sussidjar li sar fil-passat. |
|
(257) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
|
(258) |
L-investigazzjoni oriġinali wettqet analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fuq bażi aggregata u, f’ċerti indikaturi mikroekonomiċi, ukoll skont il-livelli minħabba s-segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni. Fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni l-ewwel analizzat is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fuq bażi aggregata. |
|
(259) |
Il-Kummissjoni wettqet ukoll l-analiżi ta’ ċerti indikaturi skont il-livell. Kif muri fil-premessi (301) sa (308), din l-analiżi tikkonferma li x-xejriet għall-prodott ikkonċernat ikkunsidrat fl-intier tiegħu b’mod ġenerali jikkorrispondu għal dawk tal-livelli kkunsidrati separatament. |
|
(260) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni pponderat ir-riżultati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun f’konformità mas-sehem tagħhom fil-bejgħ totali tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni biex tiżgura li l-SMEs kienu rappreżentati skont is-sehem tagħhom fil-bejgħ totali tal-Unjoni fil-mikroindikaturi kollha. Peress li l-SMEs huma attivi biss fis-segment tal-livell 3, dan l-aġġustament kellu bħala konsegwenza diretta li jżid is-sehem tal-bejgħ tal-livell 3 fis-sett ta’ data li joriġina mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(261) |
Fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni qieset li l-ponderazzjoni oriġinali ma kinitx meħtieġa sabiex issir valutazzjoni oġġettiva tal-istat tal-industrija tal-Unjoni fil-kuntest tar-rieżami ta’ skadenza. Tabilħaqq, l-investigazzjoni sabet li l-istampa tad-dannu tal-SMEs li joperaw biss fil-Livell 3 kienet saħansitra agħar mill-istampa tad-dannu tal-Livell 3 b’mod ġenerali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li, anki mingħajr ponderazzjoni tad-data tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu fil-livelli kollha (ara l-premessi (301) sa (308)). Għalhekk, loġikament, kwalunkwe ponderazzjoni żżid biss ix-xejriet negattivi osservati bħalissa fl-istampa ġenerali tad-dannu. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(262) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(263) |
Flimkien mat-tkabbir tas-suq u tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, il-volumi tal-produzzjoni żdiedu mill-2020 għall-2021. Wara dan, il-produzzjoni naqset fl-2022 u naqset saħansitra aktar fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. It-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni kien attribwibbli għat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ, li min-naħa tiegħu kien marbut mat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u rriżulta fit-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni reġgħu lura għall-istess livell bħal fl-2020. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tadatta l-kapaċità tagħha għall-bidliet fil-volumi tal-produzzjoni, u b’hekk ttaffiet il-fluttwazzjonijiet tar-rata tal-użu tal-kapaċità - li saħansitra tjiebet ftit (bi 3 %) matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(264) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(265) |
Fis-suq li qed jikber, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu mill-2020 għall-2021. Matul l-2022, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu minkejja t-tkabbir tas-suq u komplew jonqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġgħu lura għall-istess livell bħall-2020. Minħabba li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni waqa’ lura meta mqabbel maż-żieda tas-suq fl-2022 u ddeterjora aktar malajr mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, is-sehem mis-suq naqas minn 69 % għal 61 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(266) |
Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, Hankook Group afferma li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq tagħha baqgħu essenzjalment stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u li t-tnaqqis żgħir mill-2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jista’ jiġi spjegat mit-tnaqqis fil-konsum. |
|
(267) |
Is-sejbiet tal-investigazzjoni ma jappoġġawx din l-affermazzjoni. Għalkemm il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien fl-istess livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020, kien hemm tnaqqis importanti (13 %) mill-2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 69 % għal 61 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(268) |
Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(269) |
Il-konsum tal-Unjoni l-ewwel żdied mill-2020 għall-2022 f’konformità maż-żieda fl-attività ekonomika wara l-COVID. Iż-żieda fil-konsum laħqet il-quċċata tagħha fl-2022 u naqqset ir-ritmu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li rriżulta f’żieda ġenerali ta’ 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huwa biss matul l-2021 li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni seta’ jsegwi x-xejra pożittiva tas-suq. Fl-2022 il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma żdiedx bl-istess pass bħas-suq u ddeterjora aktar malajr mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan irriżulta fi tnaqqis ta’ 8 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 69 % għal 61 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(270) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(271) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-industrija tal-Unjoni tilfet aktar minn 2 700 impjieg dirett. Meta l-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu mill-2020 għall-2021, l-impjiegi żdiedu wkoll. Madankollu, peress li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi wkoll ittejjeb il-produttività tagħha, l-impjiegi ma żdidux bl-istess rata bħall-volumi tal-produzzjoni. It-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni mill-2021 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami rriżulta fi tnaqqis fl-impjiegi kif ukoll f’xi telf ta’ produttività. |
4.5.2.5. Kobor tas-sussidjar u rkupru minn sussidju preċedenti
|
(272) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-marġnijiet individwali ta’ sussidju li nstabu għall-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu għadhom sostanzjali (ara l-premessa (214) hawn fuq). |
|
(273) |
Madankollu, minkejja l-fatt li kien għad hemm sussidjar miċ-Ċina, l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu turi li l-miżuri fis-seħħ kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, din is-sitwazzjoni pożittiva treġġgħet lura fl-2022 meta s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni reġgħet marret għall-agħar. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(274) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/oġġett)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(275) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ tat-tajers lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni żdiedu b’25 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Mill-2020 għall-2021 iż-żieda fil-prezzijiet ħabtet ma’ żieda fid-domanda. F’din is-sitwazzjoni l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha aktar (b’7 %) milli żdied il-kost tal-produzzjoni (b’4 %). |
|
(276) |
Din is-sitwazzjoni favorevoli nbidlet fl-2022, u warajha l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Għalkemm il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu bi 18-il punt perċentwali bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ma kinux konformi maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. |
|
(277) |
B’mod ġenerali, il-kost tal-produzzjoni żdied b’40 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-aktar żieda sinifikanti seħħet mill-2021 għall-2022 meta l-kost tal-produzzjoni żdied bi 30 %. |
|
(278) |
L-indikaturi ewlenin tad-dannu ġew analizzati wkoll għat-tliet livelli. |
|
(279) |
Fil-livell 1, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità żdied b’EUR 55 filwaqt li l-kostijiet unitarji żdiedu b’EUR 75 matul l-istess perjodu. Il-prezz medju tal-bejgħ żdied b’24 % filwaqt li l-kost tal-produzzjoni żdied b’39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/oġġett) – Livell 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(280) |
Fil-livell 2, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità żdied b’EUR 60 filwaqt li l-kostijiet unitarji żdiedu b’EUR 68 matul l-istess perjodu. Il-prezz medju tal-bejgħ żdied b’29 % filwaqt li l-kost tal-produzzjoni żdied b’39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 10 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/oġġett) – Livell 2
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(281) |
Fil-livell 3, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità żdied b’EUR 40 filwaqt li l-kostijiet unitarji żdiedu b’EUR 58 matul l-istess perjodu. Il-prezz medju tal-bejgħ żdied b’24 % filwaqt li l-kost tal-produzzjoni żdied b’34 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 11 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/oġġett) – Livell 3
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(282) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(283) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied b’9 % mill-2020 għall-2021 u mbagħad b’20 % mill-2021 għall-2022, u baqa’ fl-istess livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(284) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 13 Inventarji
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(285) |
Meta mqabbel mal-produzzjoni, l-istokk tal-għeluq baqa’ fl-istess livell mill-2020 sal-2022 (li huwa 14 % – 16 % tal-volum tal-produzzjoni). Ġiet osservata żieda (għal 21 % tal-volum tal-produzzjoni) meta jitqabbel l-istokk tal-għeluq fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (30 ta’ Ġunju 2023) mal-livelli tal-istokk fi tmiem is-sena fl-2020 – 2022. Madankollu, din iż-żieda hija fil-biċċa l-kbira spjegata mill-istaġjonalità. Volumi ogħla ta’ tajers jinbiegħu matul it-tieni nofs tas-sena meta mqabbel mal-ewwel nofs, filwaqt li l-produzzjoni hija inqas staġjonali. Minħabba din l-istaġjonalità, il-volumi tal-istokkijiet normalment ikunu ogħla fl-aħħar ta’ Ġunju meta mqabbel ma’ tmiem Diċembru. Għalhekk, bħala tali, iż-żieda apparenti tal-livelli tal-istokkijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami mhijiex indikattiva tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni. |
4.5.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(286) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 14 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(287) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(288) |
Il-profittabbiltà ġenerali l-ewwel tjiebet mill-2020 għall-2021 meta d-domanda tat-tajers żdiedet wara l-irkupru tat-trasport bit-triq mill-kriżi tal-COVID u meta l-importazzjonijiet ġenerali kienu għadhom ma żdidux bl-istess mod bħal wara. Kif spjegat fil-premessa (275), l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fl-2021 aktar miż-żieda fil-kost tal-produzzjoni li kkontribwiet għal żieda fil-marġnijiet ta’ profitt minn 7,9 % għal 13,4 %. |
|
(289) |
Is-sitwazzjoni nbidlet fl-2022, meta l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żidiet fil-kostijiet. B’konsegwenza ta’ dan, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset għal livelli baxxi (1,8 % fl-2022 u 1,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami). |
|
(290) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett kienet qed tonqos matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Din kienet influwenzata minn żewġ fatturi prinċipali. Minn naħa waħda, il-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni kkontribwiet b’mod pożittiv għall-fluss tal-flus fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din il-kontribuzzjoni ġiet prattikament eżawrita wara t-tnaqqis fil-profittabbiltà fl-2022. Min-naħa l-oħra, iż-żieda fil-volumi tal-produzzjoni u l-livelli tal-istokk tal-għeluq assorbew il-kapital operatorju u għalhekk kellhom impatt negattiv fuq il-fluss tal-flus diġà mill-2021. B’mod ġenerali, il-fluss tal-flus naqas minn EUR 96 miljun pożittivi għal EUR 95 miljun negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(291) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-investimenti żdiedu minn EUR 50 miljun għal EUR 66 miljun, jiġifieri bi 32 %. B’mod ġenerali, il-livell tagħhom baqa’ taħt l-10 % tal-fatturat totali matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(292) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. L-ewwel żdied minn –2,1 % għal 3,9 % mill-2020 għall-2021, f’konformità mal-profittabbiltà mtejba. Minn hemm ’il quddiem, meta l-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat, ir-redditu tal-investimenti naqas għal –15,2 % fl-2022 u għal –16,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(293) |
L-industrija tal-Unjoni hija frammentata bejn gruppi kbar ta’ kumpaniji multinazzjonali u aktar minn 400 SME madwar l-Unjoni u eteroġena fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jiġbru l-kapital. |
|
(294) |
Saret analiżi separata dwar l-istess metodoloġija kif deskritta għall-profittabbiltà fit-tliet livelli. |
|
(295) |
L-iżvilupp tal-profittabbiltà fil-livell 1 matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien simili għall-fluttwazzjoni tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kkunsidrata kollha kemm hi. L-ewwel tjieb mill-2020 għall-2021 u mbagħad naqas għal livelli baxxi (1,9 % fl-2022 u 1,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami). |
|
(296) |
Fil-livell 1, il-fluss tal-flus nett naqas minn EUR 85 miljun pożittivi għal EUR 56 miljun negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ir-redditu tal-investiment l-ewwel żdied minn 1,1 % għal 7,6 % u mbagħad naqas għal –14,0 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Tabella 15 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti — Livell 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(297) |
L-iżvilupp tal-profittabbiltà fil-livell 2 matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-ewwel tjieb mill-2020 għall-2021, imbagħad naqas għal 3,5 % fl-2022 u kompla jonqos għal 2,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(298) |
Fil-livell 2, il-fluss tal-flus nett naqas minn EUR 5,5 miljun pożittivi għal EUR 34,5 miljun negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ir-redditu fuq l-investiment naqas minn 15,8 % fl-2020 għal –28,0 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Tabella 16 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti — Livell 2
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(299) |
Il-livell 3 ma kienx profittabbli matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sitwazzjoni marret għall-agħar u l-profittabbiltà negattiva ta’ –1,6 % fl-2020 naqset għal –3,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-sitwazzjoni kienet saħansitra agħar għall-SMEs li joperaw fil-livell 3 li għalihom il-profittabbiltà varjat bejn 4,6 % u –7,0 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-“titjib” żgħir bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami wera s-suċċess limitat tal-isforzi tal-industrija biex tadatta għas-sitwazzjoni diffiċli. |
|
(300) |
Fil-livell 3, il-fluss tal-flus nett naqas minn EUR 5,3 miljun pożittivi għal EUR 4,2 miljun negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ir-redditu tal-investiment kien negattiv matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, u naqas minn –5,9 % għal –20,0 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 17 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti — Livell 3
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(301) |
L-investigazzjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi wriet irkupru mis-sussidjar tal-passat matul l-2021. Bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kien hemm treġġigħ lura ta’ dan l-irkupru. |
|
(302) |
Dan huwa partikolarment evidenti fit-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, fit-telf tas-sehem mis-suq u fl-inabbiltà li jiżdiedu l-prezzijiet f’konformità maż-żieda fil-kostijiet. Barra minn hekk, l-indikaturi relatati mal-profittabbiltà, bħall-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment, iddeterjoraw ukoll. Dan ġie osservat b’mod speċjali fost il-produtturi tal-livell 3, li huma partikolarment esposti għall-pressjoni tal-prezzijiet minn importazzjonijiet bi prezz baxx, li min-naħa tagħha taffettwa b’mod negattiv il-livelli ogħla permezz tal-effett kaskata invertit deskritt fl-investigazzjoni oriġinali (75). |
|
(303) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5. KAWŻALITÀ
|
(304) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq tagħha għall-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, b’mod partikolari t-Tajlandja, il-Vjetnam, it-Turkija u wkoll iċ-Ċina. |
|
(305) |
Id-deterjorament tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien parzjalment attribwibbli għaż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi wara l-annullament parzjali tad-dazji anti-dumping u aktar importanti minn dan, minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra bi prezzijiet baxxi. L-importazzjonijiet bi prezz aktar baxx għamluha diffiċli għall-industrija tal-Unjoni biex iżżid il-prezzijiet tagħha u żżomm is-sehem mis-suq tagħha fl-ambjent ta’ żieda fil-kostijiet. |
|
(306) |
Wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, il-prezzijiet tal-materjali tal-input u tal-enerġija żdiedu b’mod konsiderevoli u dan irriżulta f’żieda rapida fil-kost tal-produzzjoni. Fl-istess ħin, il-volumi tal-importazzjoni żdiedu u mill-2022 l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Għalkemm il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu bi 18 % bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ma kinux biżżejjed biex jikkumpensaw għaż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. |
|
(307) |
B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tinnota wkoll li s-sitwazzjoni dannuża li tinsab fiha l-industrija tal-Unjoni ġiet fi żmien meta seħħew fatturi oħra bħal żidiet sinifikanti fil-kostijiet u żieda sostanzjali ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi oħra, speċjalment mit-Tajlandja, mill-Vjetnam u mit-Turkija. Kif muri fil-premessi (248) sa (252) hawn fuq, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja u mill-Vjetnam żdiedu b’mod sostanzjali u l-livelli tal-prezzijiet tagħhom kienu ferm taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(308) |
Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina kkontribwew għad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami; madankollu, fatturi oħra b’mod partikolari ż-żieda fil-kostijiet u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, kienu kapaċi jpoġġu f’dubju r-relazzjoni ġenwina bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-effetti fuq l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta ulterjorment jekk hemmx il-possibbiltà li d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(309) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook sostna li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni mhuwiex ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Hankook sostna li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma jwaqqgħux il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni la fil-livell 3 u lanqas fil-livell 1. Biex isostni l-affermazzjoni tiegħu, Hankook ippreżenta data sensittiva fuq il-prezzijiet u l-volumi tal-esportazzjonijiet tiegħu. |
|
(310) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-affermazzjoni. Kif iddikjarat fil-premessa (247), id-data provduta minn Hankook mhijiex suffiċjenti biex titwettaq analiżi ulterjuri tat-twaqqigħ tal-prezz billi ma tinkludix informazzjoni suffiċjenti dwar operaturi oħra attivi fil-livell 1, 2 u 3. Konsegwentement, din id-data ma setgħet ixxejjen l-ebda riżultat tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz li saret mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk hija tal-fehma li l-pretest ta’ din l-affermazzjoni, jiġifieri li ma hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz fil-livell 1 jew fil-livell 3 huwa skorrett, u għalhekk, din l-affermazzjoni hija rrifjutata. |
|
(311) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook sostna wkoll li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni mhuwiex ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi iżda mit-tajers importati minn pajjiżi terzi oħra. |
|
(312) |
Kif iddikjarat fil-premessi (308), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkontribwew għad-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni iżda wkoll fatturi oħra, b’mod partikolari ż-żieda fil-kostijiet u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, kienu kapaċi jpoġġu f’dubju r-relazzjoni ġenwina bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-effetti fuq l-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li din l-affermazzjoni ma xxejjinx il-konklużjoni ta’ hawn fuq u hija għalhekk irrifjutata. |
6. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU
|
(313) |
Il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina jekk il-miżuri kontra jitħallew jiskadu. |
|
(314) |
F’dan ir-rigward, l-elementi li ġejjin ġew analizzati mill-Kummissjoni: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u r-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u fiċ-Ċina, il-kapaċità ta’ assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi, il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri antisussidji, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, inkluż it-twaqqigħ tal-prezz u l-livell dannuż u ż-żieda tal-importazzjonijiet Ċiniżi wara l-annullament temporanju tad-dazji anti-dumping. |
6.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(315) |
Kif stabbilit fil-premessi (217) - (219), hemm kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fiċ-Ċina biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni malajr f’każ li l-miżuri antisussidji jitħallew jiskadu. Kif stabbilit fil-premessa (218), il-kapaċità mhux użata disponibbli fiċ-Ċina fl-2022 tammonta għal kważi 20 miljun unità, kważi ekwivalenti għall-konsum totali fis-suq tal-UE. |
6.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni u prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(316) |
Kif stabbilit fil-premessi (220) - (223), is-suq tal-Unjoni, li huwa t-tieni l-akbar suq fid-dinja wara l-Istati Uniti, huwa suq attraenti kemm f’termini tal-prezzijiet tiegħu kif ukoll tad-daqs tiegħu. Fl-2023, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni kien ogħla b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-prezzijiet medji tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn destinazzjonijiet prinċipali oħra, inklużi l-Istati Uniti tal-Amerka. Barra minn hekk, minkejja l-miżuri antisussidji fis-seħħ, l-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni baqgħu madwar 30 % tal-volum tal-importazzjonijiet matul l-investigazzjoni inizjali. |
6.3. Kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(317) |
Kif stabbilit fil-premessa (224), il-miżuri għad-difiża tal-kummerċ fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott simili mir-RPĊ huma fis-seħħ fil-biċċa l-kbira tas-swieq tal-pajjiżi terzi li huma konsumaturi sinifikanti tat-tajers tat-trakkijiet. Dan jagħmel dawn is-swieq inqas attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Dan huwa element addizzjonali li jappoġġa s-sejba li l-kapaċità tal-produzzjoni attwali tar-RPĊ x’aktarx li tispiċċa fis-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jiġu revokati. |
6.4. Il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri antisussidji, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, inkluż it-twaqqigħ tal-prezz u l-livell dannuż.
|
(318) |
Kif muri fit-Tabella 3, il-prezzijiet tal-importazzjoni fl-Unjoni miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu ta’ EUR 218/oġġett li huwa materjalment aktar baxx mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ EUR 283/oġġett muri fit-Tabella 8, u wkoll taħt il-kost tal-produzzjoni tagħhom ta’ EUR 260/oġġett. |
|
(319) |
Għalhekk, huwa probabbli li mingħajr dazji antisussidji, l-importazzjonijiet Ċiniżi jwaqqgħu materjalment il-prezzijiet tal-Unjoni. |
6.5. Żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi wara l-annullament parzjali tad-dazji antisussidji
|
(320) |
Kif muri fit-Tabella 2 u stabbilit fil-premessa (237), iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi kienet partikolarment sinifikanti fl-2022 meta l-miżuri oriġinali ġew parzjalment annullati mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(321) |
Dan jindika li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jibqgħu interessati fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet x’aktarx li jerġgħu jiżdiedu, jekk il-miżuri jiġu revokati. |
|
(322) |
Fil-kummenti tiegħu mal-bidu, Hankook Group iddikjara li x-xejriet tal-importazzjoni jindikaw li ma hemm l-ebda theddida ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu. Skont Hankook Group, is-sehem mis-suq attwali tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma setax ikollu impatt sinifikanti fil-futur tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Hankook Group sostna li ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża ma kinitx iddedikata għas-suq tal-Unjoni iżda għal swieq oħra. |
|
(323) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. Anki jekk, sa ċertu punt, id-dazji attwali jipproteġu kemxejn lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ, l-importazzjonijiet Ċiniżi xorta setgħu jżidu s-sehem mis-suq tagħhom matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minħabba l-livelli tal-prezzijiet Ċiniżi mingħajr dazji u l-kapaċità ta’ riżerva disponibbli fiċ-Ċina, huwa probabbli li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi jiżdied sostanzjalment jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, l-affermazzjoni li ż-żieda fil-kapaċità Ċiniża kienet prinċipalment diretta lejn swieq oħra matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma kinitx sostanzjata. Anki jekk korretta, il-Kummissjoni tqis li s-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(324) |
Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati. |
|
(325) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook sostna li ma hemm l-ebda evidenza suffiċjenti ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. B’mod partikolari, Hankook sostna li ż-żieda fl-importazzjonijiet fl-2022 ma tistax tiġi kkollegata mal-annullament parzjali tal-miżuri fl-2022 u mhijiex indikattiva tal-komportament tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Hankook sostna wkoll li ma kien hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz fil-livell 3, li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-produtturi Ċiniżi jżidu l-profitti tagħhom aktar milli jbaxxu l-prezzijiet tagħhom u li ġaladarba s-suq tal-Unjoni kien jirrappreżenta biss 4 % tal-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali, is-suq tal-Unjoni ma jistax jitqies attraenti. |
|
(326) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. L-ewwel nett, l-annullament parzjali tal-miżuri mill-Qorti Ġenerali tabilħaqq bagħat sinjal lis-suq dwar il-possibbiltà ta’ kanċellazzjoni parzjali u rimborż sussegwenti tad-dazji, u b’hekk l-importazzjonijiet saru potenzjalment aktar attraenti. It-tieni, kif spjegat fil-premessi (247) u (310) hawn fuq, il-premessa ta’ din l-asserzjoni li m’hemm ebda twaqqigħ tal-prezz fil-livell 3 mhijiex korretta. It-tielet, Hankook ma ppreżenta l-ebda evidenza biex isostni l-affermazzjoni tiegħu li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-produtturi Ċiniżi jżidu l-profitti tagħhom aktar milli jbaxxu l-prezzijiet tagħhom. Finalment, il-livell attwali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni meta d-dazji huma fis-seħħ, ma jistax jinvalida l-fatt li s-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għar-raġunijiet elenkati fil-premessi (220) - (223) u (316) hawn fuq. Għalhekk, din l-affermazzjoni hija rrifjutata. |
6.6. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu
|
(327) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jiskadu, huwa probabbli li dan jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina b’livelli ta’ prezzijiet dannużi, u għalhekk tkompli taggrava s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(328) |
F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antisussidji eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti finali. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(329) |
Il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni kkooperaw mal-investigazzjoni. |
|
(330) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni vulnerabbli fejn ma setgħetx tgħaddi kompletament iż-żidiet fil-kostijiet fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u l-marġnijiet tal-profitt tagħha kienu naqsu. |
|
(331) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba li l-industrija tal-Unjoni diġà qed issofri dannu u f’każ ta’ skadenza tal-miżuri hemm probabbiltà kbira ta’ żieda fl-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina b’livelli ta’ prezzijiet dannużi, dan iwassal għal żieda fil-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u jkompli jaggrava d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(332) |
Il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija għalhekk b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati u tal-utenti
|
(333) |
L-ebda importatur jew utent ma kkoopera mal-investigazzjoni. |
|
(334) |
L-investigazzjoni oriġinali kkonkludiet li filwaqt li l-miżuri ma kinux fl-interess tal-importaturi li jiddependu b’mod predominanti fuq l-importazzjoni ta’ tajers irħas ħafna miċ-Ċina, huwa improbabbli li l-importaturi b’portafoll usa’ jiġu affettwati serjament mir-restawr tal-kompetizzjoni ġusta. |
|
(335) |
Fin-nuqqas ta’ evidenza ġdida, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se taffettwa b’mod sinifikanti lill-importaturi jew lill-utenti. |
7.3. Interessi oħra
|
(336) |
L-investigazzjoni oriġinali sabet li l-miżuri li jipproteġu l-manifatturi tat-tajers primjum tal-industrija tal-Unjoni li jipproduċu tajers ġodda ta’ kwalità għolja li huma mfassla biex ikollhom iċ-ċiklu tal-ħajja twil u li jistgħu jingħataw wiċċ ġdid, kif ukoll lil dawk li jagħtu wiċċ ġdid attivi fis-suq tal-livell 3, huma fl-interess tal-politika tal-Unjoni li tnaqqas l-iskart u li timmaniġġja l-materja prima b’mod sostenibbli. Barra minn hekk, peress li l-SMEs huma dawk l-aktar attivi fin-negozju tal-għoti ta’ wiċċ ġdid, l-impożizzjoni tal-miżuri tkun allinjata wkoll mal-objettiv importanti tal-Kummissjoni li ssostni lill-SMEs (76) . |
|
(337) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-fornituri tat-treads kienu għamlu sottomissjonijiet li jappoġġaw l-impożizzjoni ta’ miżuri antisussidji billi allegaw li tali miżuri huma essenzjali għas-sopravivenza tal-industrija tal-produzzjoni ta’ wċuħ ġodda u ddikjaraw li mingħajr attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ wċuħ ġodda, in-negozju tagħhom se jiġi affettwat b’mod sever. Sussegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri jkunu fl-interess tal-fornituri tat-treads. |
|
(338) |
Fin-nuqqas ta’ evidenza ġdida, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-miżuri jkunu fl-interess tal-fornituri tat-treads. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(339) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ tajers li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
8. MIŻURI ANTISUSSIDJI
|
(340) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidjar, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri antisussidji fuq it-tajers miċ-Ċina. |
|
(341) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antisussidji individwali. L-applikazzjoni ta’ dazju kumpensatorju individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(342) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu [1(3)] ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(343) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(344) |
Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodott mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali. |
|
(345) |
Il-kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (77). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(346) |
Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. |
|
(347) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (78), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat b’segwitu għal sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun dak tar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(348) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (79) |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju kumpensatorju definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (il-kodiċi TARIC 4012 12 00 10) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Id-dazji kumpensatorji definittivi applikabbli f’euro għal kull oġġett tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju kumpensatorju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Xingyuan Tire Group Ltd, Co.; Guangrao Xinhongyuan Tyre Co., Ltd |
57,28 |
C331 |
|
GITI Radial Tire (Anhui) Company Ltd.; GITI Tire (Fujian) Company Ltd.; GITI Tire (Hualin) Company Ltd.; GITI Tire (Yinchuan) Company Ltd. |
11,07 |
C332 |
|
Chongqing Hankook Tire Co., Ltd; Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd |
3,75 |
C334 |
|
Aeolus Tyre Co., Ltd, Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd; Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd; Pirelli Tyre Co., Ltd |
39,77 |
C877 |
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness I |
27,69 |
Ara l-Anness I |
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II |
57,28 |
Ara l-Anness II |
|
Kumpaniji oħrajn soġġetti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/738 li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness III |
27,69 |
Ara l-Anness III |
|
Zhongce Rubber Group Co., Ltd |
57,28 |
C379 |
|
Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd |
57,28 |
C875 |
|
Hefei Wanli Tire Co., Ltd |
57,28 |
C876 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
57,28 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju kumpensatorju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 jew fl-Annessi I, II jew III għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat(a) b’ismu/isimha u l-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt(a), niċċertifika li (l-oġġett(i)) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura, kienu mmanifatturati minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.
4. F’każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilha dannu qabel ma tkun daħlet fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas ikun imqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447, l-ammont ta’ dazju antisussidji stabbilit fil-paragrafu 2 għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li huwa pagabbli.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2025
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/683 tal-4 ta’ Mejju 2018 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 116, 7.5.2018, p. 8).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).
(5) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla, Kompożizzjoni Estiża) tal-4 ta’ Mejju 2022, China Rubber Industry Association (CRIA) u China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (CCCMC) vs il-Kummissjoni Ewropea, T-30/19 u T-72/19, EU:T:2022:226.
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/737 tal-4 ta’ April 2023 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi magħquda T-30/19 u T-72/19 (ĠU L 96, 5.4.2023, p. 9–44).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/738 tal-4 ta’ April 2023 li jimponi mill-ġdid dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi magħquda T-30/19 u T-72/19 (ĠU L 96, 5.4.2023, p. 45).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2217 tas-6 ta’ Settembru 2024 li jtemm ir-rieżami interim parzjali tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2219 tas-6 ta’ Settembru 2024 li jittermina r-rieżami interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(10) ĠU C 62, 20.2.2023, p. 4.
(11) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri kontra s-sussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ĠU C 711, 10.11.2023.
(12) Is-segmentazzjoni bejn il-livelli hija spjegata fit-taqsima 2.4.
(13) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/688 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 39).
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34)
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344).
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1)
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328 tal-24 ta’ Frar 2021 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 25.2.2021, p. 1).
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328 tal-24 ta’ Frar 2021 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 25.2.2021, p. 1).
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1123 tas-7 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 148, 8.6.2023, p. 84).
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2754 tad-29 ta’ Ottubru 2024 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ( ĠU L, 2024/2754, 29.10.2024).
(24) Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=mt.
(25) https://www.gov.cn/zhengce/2022-04/10/content_5684320.htm.
(26) NPC, 2021, Deskrizzjoni tal-14-il Programm ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u Viżjoni fit-Tul 2035, disponibbli minn: http://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm.
(27) Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Pubblikazzjoni ta’ “Made in China 2025” (disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0432_made_in_china_2025_EN.pdf).
(28) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali Nru 40 (2005); Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (2019) (disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf).
(29) Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (2019), p. 17 (disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019- 11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf).
(30) Katalgu tal-Industriji Inkoraġġuti għall-Investiment Barrani (Edizzjoni tal-2022, disponibbli fuq: https://www.tjftz.gov.cn/tisip/upload/files/2023/1/Catalogue%20of%20Encouraged%20Industries%20for%20Foreign%20Investment%20(2022_Edition).pdf).
(31) “L-Erbatax-il Pjan ta’ Ħames Snin” għall-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima, il-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, il-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tar-Riżorsi Naturali (disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0284_14th_Five_Year_Plan_EN.pdf).
(32) Inħareġ l-“14-il Pjan ta’ Ħames Snin” tal-industrija tal-lastiku, li ħoloq era ġdida ta’ glorja, Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Gomma taċ-Ċina, Nov. 2020.; Linji Gwida għall-Pjan ta’ Żvilupp tal-“14-il Pjan ta’ Ħames Snin” għall-Industrija tal-Lastiku, Novembru 2020 (disponibbli fuq: https://www.cria.org.cn/c174).
(33) Ara, pereżempju, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1123 tas-7 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, premessi. 44 et s.
(34) Ara r-Regolament 2018/1690, premessa 469, u l-Avviż dwar l-aċċellerazzjoni tan-negozjar tal-elettriku bbażat fuq is-suq u t-titjib tal-mekkaniżmi ta' negozjar, maħruġ mill-NDRC u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Enerġija, it-18 ta’ Lulju 2018.
(35) L-avviż tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar it-Twettiq tal-Attivitajiet tal-2022 ta’ “Provvista Eċċellenti u Promozzjoni tat-Titjib” tat-Tessuti u l-Ilbies, Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, Diċembru 2022 (disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-10/12/content_5717806.htm).
(36) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).
(37) Ara l-premessi 74 sa 136 tat-talba u l-annessi korrispondenti.
(38) Ara l-premessa 55 l-ittra (c)
(39) Fil-każ ta’ self b’imgħax fiss. Għal self b’rata tal-imgħax varjabbli, ittieħdet ir-rata normattiva tal-imgħax tal-PBOC matul il-PI.
(40) Business and Commercial Overdrafts | Metro Bank (metrobankonline.co.uk).
(41) Ara s-sit web tal-People’s Bank of China:
https://www.boc.cn/en/cbservice/cncb6/cb61/200811/t20081112_1324239.html, aċċessat l-aħħar fit-30 ta’ Awwissu 2024.
(42) Ibid.
(43) Ara s-sit web ta’ DBS Bank: https://www.dbs.com.cn/corporate/financing/working-capital/bank-acceptance-draft-bad-issuance, aċċessat l-aħħar fit-30 ta’ Awwissu 2024.
(44) Għal deskrizzjoni aktar speċifika tal-mod li bih ġeneralment jintużaw l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, ara l-każ tal-GFF imsemmi fin-nota 19 f’qiegħ il-paġna hawn fuq, il-premessi 359 sa 370.
(45) Ara r-Regolament GFF imsemmi fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, il-premessa 385.
(46) Ara l-premessa (55) l-ittra (c)
(47) Ara l-premessa (148) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1647.
(48) Ara l-premessa (54) l-ittra b)
(49) Ara l-premessa (54) l-ittra (c)
(50) Avviż tal-Ministeru għax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru għall-Finanzi, l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni u l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana dwar il-ħruġ tal-edizzjoni tal-2006 tal-Katalogu ta’ Esportazzjonijiet tal-Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, (disponibbli fuq: http://policy.mofcom.gov.cn/claw/clawContent.shtml?id=4139)
(51) Il-premessi (560) – (572) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344). Il-premessi (524) – (530) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34).
(52) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina C/2021/9713, (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344).
(53) Diversi Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija (Zhong Fa [2015] Nru. 9), it-Taqsima III (4).
(54) Ara l-Liġi tal-Proprjetà tar-RPĊ tas-16 ta’ Marzu 2007, disponibbli fuq: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Law/2009-02/20/ content_1471118.htm.
(55) Ara r-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Art tar-RPĊ tas-27 ta’ Diċembru 1998, kif emendata, disponibbli fuq: https://www.fao.org/faolex/results/details/en/c/LEX-FAOC170451,.
(56) Ara https://law.pkulaw.com/chinalaw/d8db5e659bc282b9bdfb.html.
(57) Ara https://law.pkulaw.com/chinalaw/66cde758ad66f43bbdfb.html.
(58) Ara https://law.pkulaw.com/chinalaw/6ef282863f024c04bdfb.html.
(59) https://law.pkulaw.com/chinalaw/58891db210496a5fbdfb.html?keyword=%E5%9B%BD%E6%9C%89%E5%BB%BA%E8%AE%BE%E7%94%A8%E5%9C%B0%E4%BD%BF%E7%94%A8%E6%9D%83.
(60) Ara https://www.gov.cn/zwgk/2006-09/05/content_378186.htm.
(61) Ara l-premessa (55) l-ittra (c).
(62) Ara l-premessa (55)(54)() l-ittra c).
(63) Ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-444/11 Gold East Paper u Gold Huacheng Paper vs Il-Kunsill, Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 ECLI:EU:T:2014:773.
(64) Ara l-premessa (55)() l-ittra c), ara b’mod partikolari l-investigazzjoni tal-GFF.
(65) Ara r-Regolament dwar il-GFF, in-nota (6) f’qiegħ il-paġna, il-premessi (506) u (507).
(66) https://lvr.land.moi.gov.tw, aċċessat l-aħħar fl-31 ta’ Mejju 2024.
(67) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2754 tad-29 ta’ Ottubru 2024 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (L2024/2754), il-premessi (451) – (464)
(68) Ara l-premessa (55) l-ittra (c).
(69) L-Ordni Nru 235 tal-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana, l-20 ta’ Diċembru 2017.
(70) Il-paragrafu 222 tat-talba.
(71) Il-paragrafu 233 tat-talba.
(72) (camex.gov.br) RESOLUÇÃO GECEX No 198, DE 3 DE MAIO DE 2021 - RESOLUÇÃO GECEX No 198, DE 3 DE MAIO DE 2021 - DOU - Imprensa Nacional (in.gov.br)
(73) 20220912111726_Report-700.pdf (itac.org.za)
(74) Abbażi tal-informazzjoni tal-Portal tad-Data dwar ir-Rimedji Kummerċjali tad-WTO, disponibbli fuq: https://trade-remedies.wto.org/en, u tal-Portal ta’ Notifika Anti-dumping tad-WTO, disponibbli fuq: https://ad-notification.wto.org/
(75) Ara l-premessa (242) tar-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163. ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3.
(76) Il-premessa (295) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3.)
(77) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(78) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni), ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024.
(79) Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).
ANNESS I
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw kemm fl-investigazzjonijiet oriġinali antisussidji kif ukoll anti-dumping:
|
Isem il-Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Bayi Rubber Co., Ltd |
C335 |
|
Bridgestone (Huizhou) Tire Co., Ltd |
C336 |
|
Megalith Industrial Group Co., Ltd |
C342 |
|
Michelin Shenyang Tire Co., Ltd |
C343 |
|
Nanjing Kumho Tire Co., Ltd |
C344 |
|
Qingdao Fudong Tyre Co., Ltd |
C348 |
|
Qingdao Hairunsen Tyre Co., Ltd |
C349 |
|
Shaanxi Yanchang Petroleum Group Rubber Co., Ltd |
C352 |
|
Shandong Changfeng Tyres Co., Ltd |
C354 |
|
Shandong Haohua Tire Co., Ltd |
C355 |
|
Shandong Hengfeng Rubber & Plastic Co., Ltd |
C357 |
|
Shandong Homerun Tires Co., Ltd |
C359 |
|
Shandong Hugerubber Co., Ltd |
C361 |
|
Shandong Mirage Tyres Co., Ltd |
C364 |
|
Shandong Vheal Group Co., Ltd |
C365 |
|
Shandong Wosen Rubber Co., Ltd |
C367 |
|
Shandong Yongfeng Tyres Co., Ltd |
C368 |
|
Shandong Yongsheng Rubber Group Co., Ltd; Shandong Santai Rubber Co., Ltd |
C369 |
|
Shandong Yongtai Group Co., Ltd |
C370 |
|
Shengtai Group Co., Ltd |
C372 |
|
Toyo Tire (Zhucheng) Co., Ltd |
C374 |
|
Weifang Goldshield Tire Co., Ltd |
C376 |
|
Xuzhou Armour Rubber Company Ltd |
C378 |
ANNESS II
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali anti-dumping iżda mhux fl-investigazzjoni oriġinali antisussidji:
|
Isem il-Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Briway Tire Co., Ltd |
C337 |
|
Goodyear Dalian Tire Co., Ltd |
C339 |
|
Shandong Hawk International Rubber Industry Co., Ltd |
C356 |
|
Sichuan Kalevei Technology Co., Ltd |
C373 |
ANNESS III
Kumpaniji oħrajn soġġetti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/738:
|
Isem il-Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd |
C338 |
|
Triangle Tyre Co., Ltd |
C375 |
|
Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd |
C366 |
|
Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd |
C347 |
|
Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd |
C345 |
|
Guizhou Tyre Co., Ltd |
C340 |
|
Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd |
C360 |
|
Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd |
C346 |
|
Shandong Linglong Tyre Co., Ltd |
C363 |
|
Shandong Jinyu Tire Co., Ltd |
C362 |
|
Sailun Group Co., Ltd |
C351 |
|
Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd |
C353 |
|
Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd |
C377 |
|
Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd |
C358 |
|
Jiangsu General Science Technology Co., Ltd |
C341 |
|
Shanghai Huayi Group Corp. Ltd; Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd |
C878 |
|
Qingdao GRT Rubber Co., Ltd |
C350 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/61/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)