Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
Official Journal L 240 , 26/08/1986 P. 0001 - 0018
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0238
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0238
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 197 - 214
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 197 - 214
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 197 - 214
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 197 - 214
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 197 - 214
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 197 - 214
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 197 - 214
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 197 - 214
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 197 - 214
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (86/415/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-ħtiġiet tekniċi li magħhom għandhom jaqblu it-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, fost ħwejjeġ oħra, ma' l-installazzjoni, post, operazzjoni u identifikazzjoni tal-kontrolli; Billi dawk il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor, billi huwa meħtieġ għalhekk li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew b'żieda mar-regolamenti eżistenti jew minflokhom, b'mod partikolari sabiex jippermettu l-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw mat-tip ta' approvazzjoni tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [3] kif l-aħħar emendat bl-Att ta'Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall li tiġi applikata b'rispett għal kull tip ta' trattur; Billi l-armonizzazzjoni ta' dawn il-ħtiġiet hija fattur ovvju tas-sigurezza u, fejn hija konċernata l-post tal-kontrolli u s-simboli wżati għalihom, issir possibbli li jingħeleb il-problema assoċċjat ma' l-indikazzjonijiet fil-lingwi varji; Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrelataw mat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija tinvolvi r-rikonoxximent mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-ħtiġiet komuni, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. ‘Tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija' tfisser kull vettura bil-magna, iffittjati bir-roti jew b'ċineg infiniti, li għandu mill-inqas żewġ fusijiet, li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija fil-qawwa tal-ġbid u li ġiet iddisinjata speċjalment sabiex tirmonka, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti għodod, makkinarju jew karrijiet maħsubin għall-agrikoltura jew għall-foresterija. Jista jkun mgħammar sabiex iġorr tagħbija jew passiġġieri. 2. Din id-Direttiva tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu 1, li huma ffittjati b'tyres pneumatiċi u li għandhom mill-inqas żewġ fusijiet u veloċità massima skond id-disinn ta' bejn 6 u 30 kilometru fis-siegħa. L-Artikolu 2 L-ebda Stat Memru ma jista' jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' trattur, jew jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu tiegħu għal raġunijiet li jirrelataw ma' l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli jekk dawn ta' l-aħħar jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Anness I, II, III u IV. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva m'għandiex taffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri li jispeċifikaw – b'osservazzjoni xierqa tat-Trattat – il-ħtiġiet li jaħsbu li huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema huma protetti meta jużaw it-tratturi in kwistjoni, sakemm dan ma jfissirx li t-tratturi jiġu modifikati b'mod li m'huwiex speċifikat f'din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Kull emenda neċessarja li taddatta l-ħtiġiet ta' l-Annessi għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura preskrittta fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE. L-Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 1987. Għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva huma kommunikati lill-Kummissjoni. L-Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 1986. Għall-Kunsill Il-President A. Clark [1] ĠU C 172, tat-13.7.1981, p. 108. [2] ĠU C 189, tat-30.7.1981, p. 15. [3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. -------------------------------------------------- L-ANNESS I DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 1. DEFINIZZJONIJIET 1.1. Tip ta' trattur ‘Tip ta' trattur fir-rigward ta' l-installazzjoni, post, operazzjoni u identifikazzjoni tal-kontrolli' tfisser tratturi li ma jkunux differenti mill-aspetti essenzjali fir-rigward ta' dawk l-aċċessorji nterni li jistgħu jaffettwaw il-post u l-identifikazzjoni tal-kontrolli. 1.2. Kontroll ‘Kontroll' tfisser kull parti li, meta mħaddma direttament, tgħin li jinbidel l-istat jew l-iffunzjonar tat-trattur jew ta' kull apparat li hu mqabbad miegħu. 2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 2.1. L-applikazzjoni għall-approvazjoni tat-tip ta' tip ta' trattur, fir-rigward ta' l-installazzjoni, post, opeazzjoni u identifikazzjoni ta' kontrolli, għandha tintbagħat mill-manifattur tat-trattur jew minn repreżentant awtorizzat tiegħu. 2.2. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji ta' deskrizzjoni (ritratti jew tpinġija) tal-partijiet tat-trattur koperti bil-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. 2.3. Trattur rappresentattiv tat-tip li għandu jiġi approvat jew tal-parti jew partijiet tat-trattur bħallma huma kkunsidrati li huma essenzjali għat-twettieq tal-verifiki preskritti f'din id-Direttiva għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-test ta' l-approvazzjoni tat-tip. 3. APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness V għandu jkun mehmuż maċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. -------------------------------------------------- L-ANNESS II ĦTIĠIET TEKNIĊI 1. ĦTIĠIET ĠENERALI 1.1. Il-kontrolli għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u m'għandhomx jikkostitwixxu periklu lill-operatur, li għandu jkun jista' jħaddimhom mingħajr diffikultà jew riskju; għandhom ikunu ddisinjati u mqiegħda b'dan il-mod, jew protetti, sabiex jipprekludi xi operazzjoni ta' swiċċjar involontarju jew tħaddim ta' moviment jew kull operazzjoni oħra mhux intenzjonata li tista' tkun perikoluża. 1.2. Għall-identifikazzjoni tal-kontrolli b'mezz ta' simboli, is-simboli wżati għandhom ikunu konformi ma dawk murija fl-Anness III. 1.3. Simboli ħlief għal dawk murija fl-Anness III jistgħu jintużaw għall-għanijiet oħra, sakemm ma' jkun hemm ebda perikolu li jiġu mfixkla ma' dawk murija f'dak l-Anness. 1.4. Simboli jitqiesu li jkunu konformi jekk il-proporzjonalità tad-dimensjonijiet murija fl-Anness IV tiġi rispettata. 1.5. Is-simboli għandhom jidhru fuq il-kontrolli jew fil-viċinanza immedjata tagħhom. 1.6. Is-simboli għandhom jidhru ċari b'kuntrast ma' l-isfond. 1.7. Il-kontrolli għandhom jissodisfaw kull ħtieġa partikolari, sal-limitu li japplikaw, li hemm stipulata fis-sezzjoni 2 fir-rigward ta' l-installazzjoni, post, operazzjoni u identifikazzjoni tal-kontrolli. Arranġamenti oħra huma permess, sakemm manifattur jipprovdi evidenza li għandhom effett ta' l-inqas ekwivalenti għal dawk il-ħtiġiet speċifikati f'din id-Direttiva. 2. ĦTIĠIET SPEĊJALI 2.1. Kontroll ta' l-apparat li jqabbad il-magna M'għandux ikun possibbli li l-magna titqabbad jekk ikun hemm riskju li din tista' tikkawża moviment mhux kontrollat tat-trattur. Din il-ħtieġa titqies li tkun twettqet jekk il-magna ma tistax titqabbad jekk: - il-kolonna li taqleb il-gerijiet tkun fil-pożizzjoni newtrali jew fil-ger newtrali, jew - il-kolonna li tagħżel il-proporzjon tal-gerijiet tkun fil-pożizzjoni newtrali jew fil-ger newtrali, jew - il-mekkaniżmu tal-klaċċ ma' jkunx imqabbad, jew - l-istrument idrostatiku jkun fil-pożizzjoni neutrali jew mingħajr pressa, jew - fejn hija ffittjata trasmissjoni idrolika, l-istrument li jħaddimha jerġa' lura awtomatikament għall-pożizzjoni newtrali. 2.2. Kontroll li jitfi l-magna It-tħaddim ta' dan l-apparat għandu jitfi l-magna mingħajr sforz kontinwu manwali, m'għandux ikun possibbli li l-magna terġa' titqabbad b'mod awtomatiku. Jekk il-kontroll li jitfi l-magna ma jkunx ikkombinat mal-kontroll ta' l-apparat li jqabbad il-magna, għandu jkun ta' kulur li jikkuntrasta b'mod ċar ma' l-isfond u mal-kontrolli l-oħra. Jekk il-kontroll li jitfi l-magna huwa buttuna, din għandha tkun ta' kulur aħmar. 2.3. KONTROLL LI JSAKKAR ID-DIFFERENTIAL L-identifikazzjoni tal-kontroll, fejn iffittjat, hija obbligatorja. L-iffunzjonar tal-qfiel tad-differential għandu jkun identifikat b'mod ċar, jekk dan ma jkunx jidher mill-pożizzjoni tal-kontroll. 2.4. Kontroll tal-mekkaniżmu ta' rfigħ fi tliet bnadi 2.4.1. Il-kontrolli tal-mekkaniżmu ta' rfigħ fi tliet bnadi għandu għandhom jew ikunu mwaħħlin b'tali mod sabiex jiġi assigurat li l-manuvri ta' rfigħ u majnar ikunu jistgħu jsiru b'mod sikur, u/jew il-partijiet ta' l-ingaġġar awtomatiku għandhom ikunu mwaħħlin ma' l-apparat ta' l-irfigħ sabiex il-presenza ta' operatur bejn it-trattur u l-apparat ma tkunx meħtieġa. Il-preżenza ta' dan il-kontroll, fejn imwaħħal, għandha tkun indikata. 2.4.2. Il-ħtiġiet ta' sigurtà għall-irfigħ u majnar ta' l-għodda li tkun qiegħda tinġarr jitqiesu li jkunu ntlaħqu meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin: 2.4.2.1. Kontrolli prinċipali Il-kontrolli prinċipali u kull tagħqid huma rranġati u protttti b'mod tali li l-operatur ma jkunx jista' jilħaqhom jekk ikun bil-wieqfa fl-art bejn it-trattur u l-għodda mwaħħla, jew għandhom jitwaħħlu kontrolli esterni; 2.4.2.2. Kontrolli esterni 2.4.2.2.1. Il-kontrolli esterni għandhom ikunu mqiegħda b'tali mod li l-operatur ikun jista jħaddimhom minn post li m'huwiex perikoluż, per eżempju fejn il-kontrolli tal-lift idroliku bi tliet bnadi jew l-kontrolli addizzjonali għall-mekkaniżmu ta' l-irfigħ jinsabu barra mill-pjanijiet vertikali fformati mil-ħitan ta' ġewwa tal-parafangi u 2.4.2.2.2. Il-mekkaniżmu ta' rfigħ bi tlett ibnadi jitħaddem b'mezz ta' kontrolli li jirrestrinġu l-ammont ta' moviment għal massimu ta' 100 millimetru kull darba li jitħaddem il-kontroll. Il-punti tal-kejl f'dan il-każ huma ffurmati mill-punti ta' gganċjar fuq il-brazzi t'isfel tat-tqabbid fi tlett ibnadi, jew 2.4.2.2.3. Il-mekkaniżmu idroliku ta' l-irfigħ minn tlett ibnadi jitħaddem b'mezz ta' kontrolli li jaħdmu bil-prinċipju li jridu jibqgħu jinżammu l-ħin kollu; 2.4.2.3. Tratturi dojoq Fil-każ ta' tratturi b'fus wieħed li jdur bil-forza tal-magna li għandhom wisa' fissa jew aġġustabbli ta' mhux aktar minn 1150 millimetri, il-kontrolli prinċipali għandhom ikunu lokati quddiem il-pjan vertikali li jgħaddi mill-punt tar-referenza tas-sedil, bis-sedil fil-pożizzjoni ċentrali; 2.4.2.4. Arranġamenti oħra huma permessi jekk il-manifattur jipprovdi evidenza li għandhom effett ekwivalenti ta' l-anqas mal-ħtiġiet stipulati f'2.4.2.1., 2.4.2.2. u 2.4.2.3. -------------------------------------------------- L-ANNESS III SIMBOLI 1. Kontroll tat-tqabbid tal-magna +++++ TIFF +++++ 2. Kontroll tal-veloċità tal-magna +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Sinjifikat: varjazzjoni kontinwa ta' rotazzjoni | Varjazzjoni kontinwa lineari | 3. Kontroll li jitfi l-magna +++++ TIFF +++++ (Magna li taħraq il-karburant permezz ta' xrar tan-nar u magna li taħraq il-karburant permezz ta' kompressjoni) 4. Kontroll tal-brejk tal-parkeġġ +++++ TIFF +++++ 5. Kontroll tal-qfil tad-differential +++++ TIFF +++++ 6. Kontroll tal-klaċċ ta' tluq bl-enerġija +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Sinjifikat: pożizzjoni ‘mixgħula' | pożizzjoni ‘mitfija' | 7. Apparat li jħaddem it-tluq bl-enerġija u/jew selettur tal-veloċità rotazzjonali +++++ TIFF +++++ Sinifikat unit mhux mhux imqabbad u mhux imħaddem +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Signifikat: unità attwata iżda mhux ingaġġata | unità ingaġġata u attwata | NB: Dawn is-simboli jirrelataw ma' l-apparat ta' tħaddim u s-selettur ta' veloċità rotazzjonali ta' tluq bl-enerġija b'żewġ veloċitajiet. Fis-Simbolu Nru 1, is-selettur huwa muri f'ger newtrali u mbux imqabbad; fis-Simbolu Nru 2 it-tluq bl-enerġija huwa muri li hu ssettjat li jdur b'veloċità ta' 1000 rpm revoluzzjoni fil-minuta, iżda mhux imqabbad, u f'Simbolu Nru 3 huwa mqabbad u mħaddem bil-veloċitàrotazzjonali ta' 1000 rpm. 8. Kontroll tal-mekkaniżmu ta' l-irfigħ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Sinjifikat: pożizzjoni mtella' | Pożizzjoni mniżżla | 9. Swiċċ għall-kontroll mill-bogħod tas-servizzi esterni +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Sinjifikat: pożizzjoni ‘mixgħula' | pożizzjoni ‘mitfija' | 10. Kontroll tal-lampi prinċipali b'dawl li jitfa' l-isfel +++++ TIFF +++++ 11. Kontroll tal-lampi ta' l-indikazzjoni tad-direzzjoni +++++ TIFF +++++ 12. Kontroll tad-dawl ta' twissija ta' perikolu +++++ TIFF +++++ 13. Swiċċ li jikkontrolla d-dawl kollu +++++ TIFF +++++ 14. Kontroll tal-lampi ta' pożizzjoni ta' quddiem (mal-ġenb) +++++ TIFF +++++ 15. Kontroll tal-lampi b'dawl prinċipali +++++ TIFF +++++ 16. Kontroll tal-lampi taċ-ċpar ta' quddiem +++++ TIFF +++++ 17. Kontroll tal-lampa(i) taċ-ċpar ta' wara +++++ TIFF +++++ 18. Kontroll tal-lampa(i) meta l-vettura tkun ipparkjata +++++ TIFF +++++ 19. Kontroll tal-lampa ta' ġol-kabina +++++ TIFF +++++ 20. Kontroll tal-windscreen wipers +++++ TIFF +++++ 21. Kontroll ta' sistema ta' twissija permezz ta' ħoss +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS IV KOSTRUZZJONI TAL-MUDELL BAŻIKU GĦAS-SIMBOLI MURIJA FL-ANNESS III +++++ TIFF +++++ Mudell bażiku Il-mudell bażiku jikkonsisti minn: 1. kwadru bażiku ta' kejl ta' 50 x 50 mm, bid-dimensjoni (a) tkun ugwali għad-dimensjoni nominali (a) ta' l-oriġinal; 2. ċirku bażiku b'dijametru ta 56mm, li jkollu bejn wieħed u ieħor l-istess daqs tal-wiċċ tal-kwadru bażiku (1); 3. ċirku ieħor, b'dijametru ta' 50mm, impinġi fil-kwadru bażiku (1); 4. Kwadru ieħor li għandu l-kantunieri fuq il-ċirku bażiku (2) u li għandu l-ġnub paralleli mal-ġnub tal-kwadru bażiku (1); 5. u 6, żewġ rettangoli li għandhom l-istess daqs tal-wiċċ tal-kwadru bażiku (1); il-ġnub rispettivi tagħhom huma perpendikolari u kull wieħed minnhom huwa mibni b'mod sabiex jaqsam il-ġnub opposti tal-kwadru bażiku f'punti simetriċi; 7. It-tielet kwadru li l-ġnub tiegħu jgħaddu mill-punt ta' intersezzjoni tal-kwadru bażiku (1) u taċ-ċirku bażiku (2) u li huma inklinati b'angolu ta' grad, b'hekk jagħtu l-akbar dimensjonijiet orizzontali u vertikali tal-mudell bażiku; 8. ottagonu irregolari fformat b'linji inklinati f'angolu ta' 30 grad mal-ġnub tal-kwadru (7). Il-mudell bażiku jinsab fuq xibka ta' kejl ta' 12,5mm li tikkoinċiedi mal-kwadru bażiku (1). -------------------------------------------------- L-ANNESS V MUDELL Format massimu: DIN A4 (210 x 297 mm) +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------