|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1413 |
27.5.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1413
tad-29 ta’ April 2024
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), il-punt (a)(v) u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta’ Mejju 2003, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolata “Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT): proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE”. Il-Pjan ta’ Azzjoni stabbilit f’dik il-komunikazzjoni (il-“Pjan ta’ Azzjoni FLEGT”) għamel appell biex jittieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam billi jiġu żviluppati ftehimiet ta’ sħubija volontarji ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni kienu adottati f’Ottubru tal-2003 (2), u l-Parlament Ewropew adotta reżoluzzjoni dwar is-suġġett fil-11 ta’ Lulju 2005 (3). |
|
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1412 (4), il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) ġie ffirmat fid-19 ta’ Frar 2024, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard. |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropeahuwa approvat f’isem l-Unjoni (5).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f’isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 31 tal-Ftehim (6).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta lill-Unjoni fil-kumitat konġunt ta’ implimentazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim.
L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kumitat konġunt ta’ implimentazzjoni bħala membri tad-delegazzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 4
Għall-fini li jiġu emendati l-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 26 tiegħu, il-Kummissjoni hija awtorizzata, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (7), li tapprova kwalunkwe tali emenda f’isem l-Unjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ April 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
D. CLARINVAL
(1) Approvazzjoni tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.
(3) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 482.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1412 tad-19 ta’ Frar 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u ta’ prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (ĠU L, 2024/1412, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1412/oj).
(5) It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/1414 tat-27.5.2024.
(6) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1413/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)