16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/31


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9171 — Covanta Holding Corporation/Green Investment Group/Brockwell Energy/Earls Gate Energy Centre)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 417/12)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Covanta Holding Corporation (“Covanta”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Green Investment Group Limited (“Green Investment Group”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-grupp Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

—

Brockwell Energy Limited (“Brockwell”, ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn Davidson Kempner Capital Management, L.P. (l-Istati Uniti tal-Amerika) u Pioneer Point Partners LLP (ir-Renju Unit),

—

Earls Gate Energy Centre Limited (“il-JV ta’ Earls Gate”, l-Iskozja, ir-Renju Unit).

Covanta u Green Investment Group, permezz ta’ veikolu ta’ investiment ikkontrollat b’mod konġunt, u Brockwell jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-joint venture (JV) ta’ Earls Gate.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Covanta: negozju dinji ta’ soluzzjonijiet sostenibbli tal-iskart u l-enerġija,

—   fGreen Investment Group: investiment prinċipali fl-infrastruttura ekoloġika, it-twettiq ta’ proġetti u ġestjoni ta’ assi tal-portafoll, u servizzi relatati,

—   Brockwell: l-iżvilupp, is-sjieda u t-tħaddim ta’ interessi fir-rigward ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli,

—   il-JV ta’ Earls Gate: il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli f’Grangemouth, l-Iskozja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9171 — Covanta Holding Corporation/Green Investment Group/Brockwell Energy/Earls Gate Energy Centre

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.