European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1801

1.7.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1801

tat-28 ta’ Ġunju 2024

li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2024 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1221

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (2), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1221 (3) iffissa l-livell tad-dazji tal-importazzjoni għaċ-ċereali. Ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 tħassar. Ir-regoli li f’konformità magħhom huma stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għaċ-ċereali huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2834 (4). Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1221 jiġi sostitwit u jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għaċ-ċereali f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2384.

(2)

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834 jipprevedi li, għall-prodotti taċ-ċereali li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 91 20 [il-qamħ komuni għaż-żrigħ], ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta’ kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ], 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni tagħhom, biż-żieda ta’ 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni tal-kost, assigurazzjoni u nol (CIF - Cost, Insurance, Freight) applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Madankollu, dak id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata konvenzjonali ta’ dazju kif stabbilita fuq il-bażi tan-NM.

(3)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834 jipprevedi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, kull tant żmien għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni tas-CIF għall-prodotti msemmija f’dak il-paragrafu.

(4)

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834, il-prezz tal-importazzjoni li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 15(1) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kuljum stabbilit bl-użu tal-metodu previst fl-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1652 (5) li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni jipprevedi miżuri tariffarji sabiex jiġi evitat, fost prodotti oħra, iċ-ċereali, iż-żrieragħ żejtnin u l-prodotti derivati mill-Belarussja u mir-Russja milli jkomplu jidħlu fis-suq tal-Unjoni b’termini ugwalment favorevoli bħal dawk applikati għall-prodotti minn oriġini nonpreferenzjali oħra.

(6)

Sabiex jiġi żgurat trattament bla xkiel tal-importazzjonijiet, jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-dazji stabbiliti f’dan ir-Regolament ma japplikawx għall-importazzjonijiet mill-Belarussja u mir-Russja.

(7)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834 u jenħtieġ li japplikaw sakemm jiġi stabbilit u jidħol fis-seħħ dazju tal-importazzjoni ġdid.

(8)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1221 jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament.

(9)

F’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Lulju 2024, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1221 jitħassar mill-1 ta’ Lulju 2024.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kummissjoni,

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta’ Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/642/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1221 tas-26 ta’ Awwissu 2020 li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, applikabbli mis-27 ta’ Awwissu 2020 (ĠU L 279, 27.8.2020, p. 1, (ELI:http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1221/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2834 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-importazzjonijiet fis-setturi tar-ross, taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-ħops (ĠU L, 2023/2834, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2834/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill 2024/1652 tat-30 ta’ Mejju 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L, 2024/1652, 10.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1652/oj).


ANNESS I

DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI GĦALL-PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 15(1) TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2023/2834 APPLIKABBLI MILL-1 TA’ LULJU 2024

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Dazju tal-importazzjoni (1)  (2)

(EUR/tunnellata)

1001 11 00

Qamħ durum, għaż-żrigħ

0,00

1001 19 00

Qamħ durum ta’ kwalità għolja, minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

Ta’ kwalità medja, minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

Ta’ kwalità baxxa, minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

Qamħ komuni ta’ kwalità għolja, minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

1002 10 00

Segala, għaż-żrigħ

0,00

1002 90 00

SEGALA minbarra dik għaż-żrigħ

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra l-qamħirrum ibridu

0,00

1005 90 00

Qamħirrum, minbarra dak għaż-żrigħ (3)

0,00

1007 10 90

Sorgu tal-qamħ, minbarra ibridi għaż-żriegħ

0,00

1007 90 00

Sorgu tal-qamħ, minbarra dak għaż-żrigħ

0,00


(1)  Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834, l-importatur jista’ jibbenefika minn tnaqqis fid-dazji ta’:

—

EUR 3 għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fil-Baħar Mediterran (lil hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez;

—

EUR 2 għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, fl-Irlanda, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja u fl-Iżvezja u fejn il-merkanzija tasal mill-Oċean Atlantiku.

(2)  Għall-prodotti li joriġinaw fi jew li huma esportati direttament jew indirettament mill-Belarus u mir-Russja, id-dazji applikabbli għandhom jikkorrispondu mar-rata konvenzjonali ta’ dazju stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

(3)  L-importatur jista’ jibbenefika minn tnaqqis fiss ta’ EUR 24 għal kull tunnellata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2023/2834.


ANNESS II

FATTURI GĦALL-KALKOLU TAD-DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI STABBILITI FL-ANNESS I

1.   

Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834:

(EUR/tunnellata)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Il-Borża

ta’ Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

263,298

163,896

Primjum fuq il-Golf Messikan

-

19,921

Primjum fuq l-Għadajjar il-Kbar

40,942

-

2.   

Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834:

(EUR/tunnellata)

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

24,529

Spejjeż għat-trasport: L-Għadajjar il-Kbar-Rotterdam

44,129


(1)  Primjum pożittiv ta’ EUR 14 għal kull tunnellata inkorporata f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1801/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)