|
10.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 20/2010
tat-12 ta’ Marzu 2010
li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2008 tas-6 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 109/2007 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-monensin sodium (Coxidin) bħala addittiv tal-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2008 tas-6 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1356/2004 fir-rigward tat-termini ta’ awtorizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf “Elancoban”, li jagħmel parti mill-grupp tal-coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idroksinu tal-methionine bħala addittiv tal-għalf (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1zz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2004):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2007):
|
|
3. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1zzzzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1095/2008, (KE) Nru 1096/2008 u (KE) Nru 1253/2008 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, illi għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 298, 7.11.2008, p. 3.
(3) ĠU L 298, 7.11.2008, p. 5.
(4) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 78.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.