Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Jannar 2008 – Hoya vs UASI – Indo (AMPLITUDE)
(Kawża T-9/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja ‘AMPLITUDE’ – Trademark figurattiva nazzjonali preċedenti ‘AMPLY’ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 KE”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 59, 62-64)
Suġġett
| Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-3 ta’ Novembru 2004 (Każ R 433/2004-1) li tirrigwarda proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Indo Internacional, SA u Hoya Kabishiki Kaisha. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Hoya Kabushiki Kaisha |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali AMPLITUDE għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni Nru 001723931 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni: |
Indo Internacional, SA |
|
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni: |
Trade mark nazzjonali figurattiva AMPLY |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni miċħuda |
|
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell: |
Deċiżjoni appellata annullata; reġistrazzjoni rrifjutata |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Hoya Kabishiki Kaisha hija kkundannata għall-ispejjeż. |