<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRT12011MTB.0300146301.case.xml"><NO.CASE>T-117/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008TJ0117</NO.CELEX><NO.SEQ>0017.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>II-1467</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>II-1495</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>29</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110331">31.3.2011</DATE> — KAWŻA T-117/08</LEFT><RIGHT>ITALJA vs KESE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-117/08,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Taljana,</HT> irrappreżentata minn R. Adam, bħala aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja,</HT> irrappreżentat minn F. Díez Moreno, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><?PAGE NO="II-1468"?><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE),</HT> inizjalment irrappreżentat minn M. Bermejo Garde, sussegwentement minn M. Arsène, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għal annullament, minn naħa, tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ta’ impjieg Nru 73/07 li jirrigwarda impjieg ta’ Segretarju Ġenerali fis-segretarjat tal-KESE, ippubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tat-<DATE ISO="20071228">28 ta’ Diċembru 2007</DATE>, fil-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2007" NO.OJ="316A" PAGE.FIRST="1">ĠU C 316 A, p. 1</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, tar-rettifika tal-imsemmi avviż ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tat-<DATE ISO="20080130">30 ta’ Jannar 2008</DATE> fil-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2008" NO.OJ="025A" PAGE.FIRST="19">ĠU C 25 A, p. 19</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn V. Vadapalas (Relatur), li qed jaġixxi bħala President, K. Jürimäe u L. Truchot, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100414">14 ta’ April 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="II-1469"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>L-Artikoli 12 KE u 290 KE jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="012"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Artikolu 12</HT></TI.ART><ALINEA><P>Fil-kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali inklużi hemm, kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza għandha tiġi projbita.</P><P>[…]</P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="290"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 290</HT></TI.ART><ALINEA>In-normi li jirregolaw il-lingwi ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet previsti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, jiġu stabbiliti mill-Kunsill, b’mod unanimu.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="II-1470"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata fis-<DATE ISO="20021207">7 ta’ Diċembru 2002</DATE> f’Nice (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2002" NO.OJ="364" PAGE.FIRST="1">ĠU C 364, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Unjoni tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikoli 1, 4, 5 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1, tal-<DATE ISO="19580415">15 ta’ April 1958</DATE>, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Vol. 01, p. 3) fil-verżjoni tagħhom applikabbli għal din il-kawża, jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Artikolu 1</HT></TI.ART><ALINEA><P>Il-lingwi uffiċjali u l-lingwi użati fil-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni għandhom ikunu il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonu, il-Finlandiż, il-Franċiz, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, [l-Irlandiż], l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.</P><P>[…]</P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><ALINEA><P>Ir-Regolamenti u dokumenti oħra ta’ applikazzjoni ġenerali għandhom ikunu abbozzati fil-lingwi uffiċjali.</P></ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="II-1471"?><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 5</HT></TI.ART><ALINEA><P>Il-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea</HT> għandu jkun ippubblikat fil-lingwi uffiċjali.</P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="006"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 6</HT></TI.ART><ALINEA><P>L-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jistipulaw fir-regoli ta’ proċedura tagħhom liema minn dawn il-lingwi għandhom jintużaw f’każijiet speċifiċi.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/></P></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-avviż tal-kompetizzjonijiet miftuħa jkun ippubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> mhux anqas minn xahar qabel id-data ta’ l-għeluq għall-applikazzjonijiet u, fejn ikun il-każ, mhux anqas minn xahrejn qabel id-data ta’ l-eżamijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kompetizzjonijiet kollha jkunu rreklamati ġewwa l-istituzzjonijiet tat-tlett Komunitajiet Ewropej, jitħarsu l-istess limiti ta’ żmien.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="II-1472"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kondizzjonijiet tal-impjieg<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-ingaġġ tal-persunal temporanju għandu jkun dirett biex jiżgura għall-istituzzjoni s-servizzi ta’ persuni ta’ l-ogħla livell ta’ abilità, effiċjenza u integrità, reklutati mill-aktar bażi ġeografika wisgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunitajiet.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071228">28 ta’ Diċembru 2007</DATE>, ġie ppubblikat, skont l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ta’ impjieg Nru 73/07, li jirrigwarda impjieg ta’ Segretarju Ġenerali fis-segretarjat tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/>, fl-edizzjonijiet Ġermaniża, Ingliża u Franċiża biss tal-Ġurnal Uffiċjali (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2007" NO.OJ="316A" PAGE.FIRST="1">ĠU C 316 A, p. 1</REF.DOC.OJ>). L-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat jispeċifika li s-Segretarju Ġenerali se jkun irreklutat bħala persunal temporanju fil-grad AD 16, it-tielet skala.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-sezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kwalifiki meħtieġa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>, l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat kien isemmi b’mod partikolari l-ħtieġa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>jkun uffiċjal permanenti jew membru tal-persunal temporanju fi ħdan istituzzjoni Ewropea, korp, uffiċċju jew aġenzija<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/> u li jkollu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>għarfien profond ta’ lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ta’ għarfien eċċellenti ta’ minn tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/>, u jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>għal raġunijiet operattivi, għarfien tajjeb tal-Ingliż u/jew tal-Franċiż (kienet) imfittxija ħafna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/>. Fis-sezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>, l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kien isemmi it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/><DATE ISO="20080128">28 ta’ Jannar 2008</DATE><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1473"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Avviż (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>avviż imqassar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/>), abbozzat u ppubblikat bil-lingwi uffiċjali kollha, li wkoll deher fil-Ġurnal Uffiċjali tat-<DATE ISO="20071228">28 ta’ Diċembru 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2007" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="61">ĠU C 316, p. 61</REF.DOC.OJ>) kien jinforma li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[i]l-persunal ta’ l-istituzzjonijiet Ewropej [ġie] mgħarraf li l-post battal [ikkontestat] ta’ Segretarju Ġenerali tal-KESE (Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew) ġie ppubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni</HT> Ewropea bil-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="20071228" NO.OJ="316A">ĠU C 316 A, 28.12.2007</REF.DOC.OJ>).<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/></TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080130">30 ta’ Jannar 2008</DATE>, rettifika tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>rettifika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/>), ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża biss (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2008" NO.OJ="025A" PAGE.FIRST="19">ĠU C 25 A, p. 19</REF.DOC.OJ>). F’din ir-rettifika, il-KESE indika data tal-għeluq ġdida sa meta setgħu isiru l-applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali, li kienet it-<DATE ISO="20080208">8 ta’ Frar 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Avviż tar-rettifika tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat, abbozzat u ppubblikat bil-lingwi uffiċjali kollha, li deher ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali tat-<DATE ISO="20080130">30 ta’ Jannar 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2008" NO.OJ="025" PAGE.FIRST="21">ĠU C 25, p. 21</REF.DOC.OJ>) informa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Il-persunal ta’ l-Istituzzjonijiet Ewropej [ġie] mgħarraf li l-post battal [ikkontestat] ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l Unjoni Ewropea bil-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="20071228" NO.OJ="316A">ĠU C 316 A, 28.12.2007</REF.DOC.OJ>) [kien] ġie emendat (ara <REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="20080130" NO.OJ="025A">ĠU C 25 A, 30.1.2008</REF.DOC.OJ>)<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20080311">11 ta’ Marzu 2008</DATE>, ir-Repubblika Taljana ressqet, kontra l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-KESE, ir-rikors preżenti, intiż għall-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat u tar-rettifika tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1474"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20080429">29 ta’ April 2008</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20080605">5 ta’ Ġunju 2008</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja talab li jintervjeni insostenn tat-talbiet tar-Repubblika Taljana. Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20080711">11 ta’ Lulju 2008</DATE>, il-President tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ dan l-intervent.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080828">28 ta’ Awwissu 2008</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta n-nota ta’ intervent tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors sa fejn dan kien dirett kontra l-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara r-rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, stiednet lill-partijiet sabiex jirrispondu bil-miktub għal xi domandi. Il-partijiet ikkonformaw ruħhom ma’ dawn it-talbiet.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20100211">11 ta’ Frar 2010</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja informa li ma huwiex ser jipparteċipa fis-seduta.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1475"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20100414">14 ta’ April 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li l-Imħallef Tchipev ma setax jattendi wara l-għeluq tal-proċedura orali, il-kawża ġiet assenjata lill-Imħallef Vadapalas bħala Mħallef Relatur u l-Imħallef Jürimäë ġie maħtur, b’applikazzjoni tal-Artikolu 32(3) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex jikkompleta l-Awla.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’digriet tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), fil-kompożizzjoni l-ġdida tagħha, fetħet il-proċedura orali mill-ġdid u l-partijiet ġew infurmati li kienu ser jinstemgħu waqt is-seduta l-ġdida tat-<DATE ISO="20100922">22 ta’ Settembru 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tas-16 u tad-<DATE ISO="20100719">19 ta’ Lulju 2010</DATE> rispettivament, ir-Repubblika Taljana u l-KESE infurmaw lill-Qorti Ġenerali li huma jirrinunzjaw li jinstemgħu mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-President tas-Sitt Awla ddeċieda li jagħlaq il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana, sostnuta mir-Renju ta’ Spanja, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat u r-rettifika tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1476"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-KESE jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli jew infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Mingħajr ma jressaq eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura, il-KESE jikkontesta l-ammissibbiltà tar-rikors preżenti, ippreżentat skont l-Artikolu 230 KE.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-KESE jsostni li l-atti tiegħu ma joħorġu minn ebda waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 230 KE, u jinvoka s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20050315">15 ta’ Marzu 2005</DATE>, Spanja vs Eurojust (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-160/03" PAGE.ECR="I-2077" YEAR="2005">C-160/03, Ġabra p. I-2077</REF.DOC.ECR>, punti 35 sa 44). Skont il-KESE, il-motivazzjoni ta’ din is-sentenza, sostanzjalment tagħti x’tifhem li r-rikors ma ġiex biss iddikjarat bħala inammissibbli għaliex il-Eurojust ma jidhirx fost l-istituzzjonijiet hawn fuq imsemmija, iżda wkoll minħabba<?PAGE NO="II-1477"?> n-natura stess tal-atti kkontestati, li huma sejħiet għal applikazzjonijiet, li ma jaqgħux fost l-atti msemmija fl-Artikolu 230 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana essenzjalment tikkontesta n-nuqqas ta’ kapaċità li l-KESE jitressaq il-qorti taħt l-Artikolu 230 KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li l-KESE ma jidhirx fost l-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 230 KE. Madankollu, din il-kostatazzjoni ma tmurx kontra li l-Qorti Ġenerali tistħarreġ il-legalità tal-atti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif il-Qorti Ġenerali osservat b’mod partikolari fis-sentenzi tagħha tat-<DATE ISO="20081008">8 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Sogelma vs AER (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-411/06" PAGE.ECR="II-2771" YEAR="2008">T-411/06, Ġabra p. II-2771</REF.DOC.ECR>, punt 36), u tat-<DATE ISO="20100302">2 ta’ Marzu 2010</DATE>, Evropaïki Dynamiki vs EMSA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-70/05" PAGE.ECR="II-0313" YEAR="2010">T-70/05, Ġabra p. II-0313</REF.DOC.ECR>, punt 64), meta rreferiet għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, Les Verts vs Il-Parlament, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Les Verts<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="294/83" PAGE.ECR="1339" YEAR="1986">294/83, Ġabra p. 1339</REF.DOC.ECR>), il-Komunità Ewropea hija komunità ta’ dritt u t-trattat stabbilixxa sistema kompleta ta’ mezzi ta’ rikors u ta’ proċeduri bl-għan li tippermetti lill-Qorti li tistħarreġ il-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet tagħha. Is-sistema tat-trattat hija li tipprovdi azzjoni diretta kontra l-miżuri kollha adottati mill-istituzzjonijiet u li huma maħsuba li joħolqu effett legali. Abbażi ta’ dawn il-premessi, il-Qorti tal-Ġustizzja għaldaqstant ikkonkludiet, fis-sentenza Les Verts, iċċitata iktar ’il fuq, li r-rikors għal annullament seta’ jiġi ppreżentat kontra l-atti tal-Parlament Ewropew intiżi li jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ terzi, minkejja l-fatt li d-dispożizzjoni tat-trattat dwar ir-rikors għal annullament, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ f’dak iż-żmien, kienet issemmi biss l-atti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni. Fil-fatt, interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li teskludi l-atti tal-Parlament Ewropew minn fost dawk li jistgħu jiġu kkontestati allegatament wasslet, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, għal riżultat kuntrarju<?PAGE NO="II-1478"?> kemm għall-ispirtu tat-trattat kif ġie espress fl-Artikolu 164 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 220 KE), kif ukoll għas-sistema tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Les Verts, iċċitata iktar ’il fuq, punti 23 sa 25).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn din is-sentenza jista’ jiġi dedott il-prinċipju ġenerali li kull att li joħroġ minn korp tal-Unjoni, bħalma huwa l-KESE, bl-għan li joħloq effetti legali fir-rigward ta’ terzi, għandu jkun suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju (ara, b’analoġija, is-sentenza Evropaïki Dynamiki vs EMSA, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa minnu li s-sentenza Les Verts, iċċitata iktar ’il fuq, issemmi biss l-istituzzjonijiet Komunitarji, filwaqt li l-KESE, hekk kif ġie kkonstatat fil-punt 29 iktar ’il fuq, ma jagħmilx parti mill-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 230 KE. Madankollu għandu jiġi osservat li korp bħalma huwa l-KESE għandu l-kompetenza li joħroġ avviżi ta’ pożizzjoni vakanti bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża. Issa, tali atti jiddeterminaw, billi jiddefinixxu l-kundizzjonijiet dwar l-aċċess għall-impjieg, liema huma l-persuni li l-applikazzjoni tagħhom tista’ tiġi aċċettata u għalhekk jikkostitwixxu atti li jikkawżaw preġudizzju lill-kandidati potenzjali li l-applikazzjoni tagħhom hija eskluża mill-imsemmija kundizzjonijiet (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="19750619">19 ta’ Ġunju 1975</DATE>, Küster vs Il-Parlament, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="79/74" PAGE.ECR="725" YEAR="1975">79/74, Ġabra p. 725</REF.DOC.ECR>, punti 5 sa 8, u tal-<DATE ISO="19780511">11 ta’ Mejju 1978</DATE>, De Roubaix vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="25/77" PAGE.ECR="1081" YEAR="1978">25/77, Ġabra p. 1081</REF.DOC.ECR>, punti 7 sa 9; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-185/05" PAGE.ECR="II-3207" YEAR="2008">T-185/05, Ġabra p. II-3207</REF.DOC.ECR>, punt 55). Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li s-sitwazzjoni tal-KESE, korp li għandu s-setgħa li jadotta atti, bħalma huma dawk inkwistjoni f’din il-kawża, li jipproduċu effetti legali fir-rigward ta’ terzi, tista’ titqabbel ma’ dik tal-Parlament fil-kawża li wasslet għas-sentenza Les Verts, iċċitata iktar ’il fuq. Għalhekk, ma jistax jiġi aċċettat li, f’komunità ta’ dritt, tali atti ma jkunux suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju (ara, b’analoġija, is-sentenza Evropaïki Dynamiki vs EMSA, iċċitata iktar ’il fuq, punt 66, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat adottat mill-KESE, u intiż sabiex joħloq effetti legali fir-rigward tal-kandidati kollha li l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx aċċettata minħabba l-kundizzjonijiet meħtieġa, jikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1479"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkonfutata bis-sentenza Spanja vs Eurojust, iċċitata iktar ’il fuq, invokata mill-KESE, li fiha, rikors għal annullament ibbażat fuq l-Artikolu 230 KE kontra sejħiet għal applikazzjonijiet għal impjiegi ta’ persunal temporanju ġie ddikjarat bħala inammissibbli, bil-Qorti tal-Ġustizzja tosserva f’din is-sentenza li l-Artikolu 41 UE, applikabbli f’dak il-każ, ma kienx jippreskrivi li l-Artikolu 230 KE huwa applikabbli għad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija f’materji kriminali skont it-Titolu VI tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, li taħtu jaqa’ l-Eurojust, peress li l-kompetenza tal-Qorti f’din il-materja hija fil-fatt speċifikata fl-Artikolu 35 UE, li għalih jirriferi l-Artikolu 46(b) UE (sentenza Spanja vs Eurojust, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 230 KE, kif interpretat fid-dawl tas-sentenza Les Verts, iċċitata iktar ’il fuq (punti 23 sa 25), u tas-sentenza Sogelma vs AER, iċċitata iktar ’il fuq (punti 36 u 37), jirriżulta li r-rikors preżenti huwa ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors preżenti, ir-Repubblika Taljana tinvoka, essenzjalment, il-ksur tal-Artikoli 1, 4, 5 u 6 tar-Regolament Nru 1, tal-Artikoli 12 KE, 253 KE u 290 KE, tal-Artikolu 6 UE, tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ multilingwiżmu u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll ta’ użu ħażin ta’ poter.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali sejra teżamina l-kwistjoni ta’ jekk, abbażi tal-Artikolu 290 KE, il-KESE għandux il-kompetenza li jistabbilixxi s-sistema lingwistika tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat. It-tieni nett, sejra tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk il-KESE, meta stabbilixxa din is-sistema, injorax l-Artikoli 1, 4,<?PAGE NO="II-1480"?> 5 u 6 tar-Regolament Nru 1. It-tielet nett, sejra tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk il-pubblikazzjoni sħiħa fil-Ġurnal Uffiċjali fi tliet lingwi biss tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat, kif ukoll l-indikazzjoni fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat ta’ għarfien tajjeb tal-lingwa Ingliża u/jew tal-lingwa Franċiża fost il-kwalifiki meħtieġa jmorrux kontra l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ multilingwiżmu. Fl-eventwalità fejn ir-risposta għal din il-mistoqsija tkun fin-negattiv, ir-raba’ nett, ikunu eżaminati l-allegazzjonijiet ta’ ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ użu ħażin ta’ poter u ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tal-Artikolu 290 KE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana tikkunsidra li l-KESE issostitwixxa lill-Kunsill meta stabbilixxa s-sistema lingwistika tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat, bi ksur tal-Artikolu 290 KE, peress li huwa kellu sempliċiment isegwi s-sistema stabbilita mill-Kunsill bir-Regolament Nru 1. Barra minn hekk, l-ebda norma li tirregola lill-KESE ma tattribwilu kompetenzi fil-qasam lingwistiku.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jsostni l-argumenti tar-Repubblika Taljana fir-rigward tan-nuqqas ta’ kompetenza tal-KESE li jimmodifika s-sistema lingwistika stabbilita bl-Artikolu 290 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1481"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-KESE ma jikkontestax il-fatt li l-Kunsill biss jista’ jadotta l-atti li jiddefinixxu s-sistema lingwistika tal-Komunità, b’konformità mal-Artikolu 290 KE. Madankollu, il-KESE jissottometti li l-Kunsill ħalla, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1, marġini lill-istituzzjonijiet għall-bżonnijiet interni tagħhom li minnu l-KESE għamel użu għall-pubblikazzjoni tal-avviż tal-pożizzjoni vakanti kkontestat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet, ġie adottat mill-Kunsill skont l-Artikolu 290 KE. L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament espressament jippermetti lill-istituzzjonijiet li jistabbilixxu l-metodu ta’ applikazzjoni tas-sistema lingwistika fir-regoli ta’ proċedura tagħhom, kompetenza li sabiex tiġi eżerċitata huma għandhom jingħataw ċerta awtonomija funzjonali, sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tagħhom (ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Poiares Maduro għas-sentenza Spanja vs Eurojust, iċċitata iktar ’il fuq, Ġabra p. I-2079, punt 48, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak imsemmi iktar ’il fuq, għandu jiġu konkluż li l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat ma jmurx kontra l-Artikolu 290 KE, iżda ġie adottat skont il-kompetenza mogħtija lill-istituzzjonijiet u lill-korpi komunitarji bl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 290 KE għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1482"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tal-Artikoli 1, 4, 5 u 6 tar-Regolament Nru 1</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-Repubblika Taljana ssostni li l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat, fil-Ġurnal Uffiċjali bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża biss tmur kontra l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Nru 1. Fil-fatt, atti ta’ applikazzjoni ġenerali, bħalma huwa avviż ta’ pożizzjoni vakanti, għandhom jiġu abbozzati bil-lingwi uffiċjali kollha, b’mod konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1, u, għaldaqstant, jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali bil-lingwi uffiċjali kollha, b’mod konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>testi ta’ applikazzjoni ġenerali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/> użata fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1 teskludi li din il-frażi tirreferi biss għall-atti leġiżlattivi. Għaldaqstant, ir-Regolament Nru 1 jipprovdi li kwalunkwe manifestazzjoni ta’ xewqa tal-istituzzjonijiet li tista’ tkun ta’ interess għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali bil-lingwi uffiċjali kollha. Issa, avviż ta’ pożizzjoni vakanti huwa att li għandu dawn il-karatteristiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana tosserva wkoll li l-Artikolu 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, li jirregola l-post ta’ pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kompetizzjoni u d-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet għal kompetizzjoni, ma jipprovdi l-ebda informazzjoni dwar il-lingwi li bihom l-avviż għandu jkun ippubblikat. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1 jipprovdi li r-regolamenti u t-testi l-oħra ta’ applikazzjoni ġenerali għandhom ikunu abbozzati bil-lingwi uffiċjali kollha.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1483"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Repubblika Taljana ssostni li l-indikazzjoni mogħtija fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat, li żewġ lingwi biss huma l-lingwi użati fil-ħidma tal-KESE tmur kontra l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi li l-lingwi nazzjonali kollha tal-Istati Membri għandhom l-istatus ta’ lingwa uffiċjali u ta’ lingwa ta’ ħidma. Barra minn hekk, kuntrarjament għal dan l-artikolu, din il-limitazzjoni tintroduċi ġerarkija bejn il-lingwi tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Din il-limitazzjoni ma hijiex iġġustifikata bl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1. Ċertament, huwa minnu li d-dispożizzjoni tippermetti lill-istituzzjonijiet jiddeterminaw ir-regoli ta’ applikazzjoni tas-sistema lingwistika fir-regoli tal-proċedura interna tagħhom. Madankollu, din is-setgħa tikkonċerna biss il-ħidma interna tal-istituzzjonijiet u mhux l-iżvolġiment ta’ kompetizzjonijiet esterni li għandhom l-għan li jirreklutaw persunal biex jaħdem mal-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, sal-preżent, l-ebda istituzzjoni ma adottat regolament li jipprovdi għall-użu ta’ lingwi partikolari fi ħdanha, u inqas u inqas l-użu tal-Ġermaniż, tal-Ingliż jew tal-Franċiż, bl-unika eċċezzjoni tkun prevista biss għall-Qorti tal-Ġustizzja li hija deliberatament imsemmija b’mod speċjali fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jikkunsidra li l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1 jippermetti lill-istituzzjonijiet li jistabbilixxu r-regoli ta’ applikazzjoni tas-sistema lingwistika fir-regoli ta’ proċedura tagħhom. Madankollu, huwa jżid, l-ewwel nett, li ma jeżistu ebda regoli miktuba li juru li l-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża huma l-lingwi tal-ħidma interna. It-tieni nett, l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat huwa biss immirat għall-persunal tal-istituzzjonijiet. It-tielet nett, teżisti ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ma tippermettix li jkun hemm prijorità bejn il-lingwi (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, EMU Tabac <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-296/95" PAGE.ECR="I-1605" YEAR="1998">C-296/95, Ġabra p. I-1605</REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-KESE jikkontesta l-argumenti kollha tar-Repubblika Taljana.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1484"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>L-Artikoli 1, 4 u 5 tar-Regolament Nru 1, invokati mir-rikorrenti, ma humiex applikabbli għar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-uffiċjali u membri tal-persunal tagħhom, peress li huma jistabbilixxu biss is-sistema lingwistika applikabbli bejn l-istituzzjonijiet u Stat Membru jew persuna li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20051005">5 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Rasmussen vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-203/03" PAGE.ECR="II-1287" PAGE.SUM="I-A-279" YEAR="2005">T-203/03, ĠabraSP p. I-A-279 u II-1287</REF.DOC.ECR>, punt 60, u L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 117). L-istess jgħodd, għaldaqstant, fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn il-korpi, bħalma huwa l-KESE, u l-uffiċjali u membri oħra tal-persunal tal-Komunitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-uffiċjali u l-membri l-oħra tal-persunal tal-Komunitajiet, kif ukoll il-kandidati għal tali pożizzjonijiet, jaqgħu taħt l-istess kompetenza tal-Komunitajiet, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, inklużi dawk relattivi għar-reklutaġġ fi ħdan istituzzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20010207">7 ta’ Frar 2001</DATE>, Bonaiti Brighina vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-118/99" PAGE.ECR="II-97" PAGE.SUM="I-A-25" YEAR="2001">T-118/99, ĠabraSP p. I-A-25 u II-97</REF.DOC.ECR>, punt 13, u L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 118).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>L-assimilazzjoni tal-kandidati għal tali pożizzjonijiet mal-uffiċjali u mal-membri tal-persunal l-oħra tal-Komunitajiet, fir-rigward tas-sistema lingwistika applikabbli, hija ġġustifikata mill-fatt li l-imsemmija kandidati jidħlu f’relazzjoni ma’ istituzzjoni biss bl-għan li jiksbu pożizzjoni ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal li għaliha, ċertu għarfien lingwistiku huwa meħtieġ u jista’ jkun meħtieġ mid-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli sabiex timtela l-pożizzjoni inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 119).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Artikoli 1, 4 u 5 tar-Regolament Nru 1 ma japplikawx għall-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1485"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1 espressament jippermetti lill-istituzzjonijiet jistabbilixxu r-regoli ta’ applikazzjoni ta’ sistema lingwistika fir-regoli ta’ proċedura tagħhom. F’dawn il-kundizzjonijiet, huma l-istituzzjonijiet li għandhom jagħżlu l-lingwa tal-komunikazzjoni interna, b’kull istituzzjoni jkollha s-setgħa li timponiha fuq il-persunal tagħha u fuq dawk li jfittxu li jiksbu tali status (ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Poiares Maduro għas-sentenza Spanja vs Eurojust, iċċitati iktar ’il fuq, punt 46). L-għażla tal-lingwa ta’ pubblikazzjoni esterna ta’ avviż ta’ pożizzjoni vakanti wkoll taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 122).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-argument li l-KESE uża fakultà li ma ġiex rikonoxxut lilu mill-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1 għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, il-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1, 4, 5 u 6 tar-Regolament Nru 1 għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u l-multilingwiżmu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-Repubblika Taljana tqis li l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-avviż ikkontestat ta’ pożizzjoni vakanti bi tliet lingwi ma ppermettietx liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jsiru jafu bl-eżistenza tiegħu taħt ċirkustanzi ugwali, skont il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza stabbilit fl-Artikolu 12 KE.<?PAGE NO="II-1486"?> Fil-fatt, dan jagħti vantaġġ kompetittiv liċ-ċittadini ta’ lingwa Ġermaniża, Ingliża jew Franċiża, meta mqabbla maċ-ċittadini l-oħra kollha tal-Unjoni. Din il-pubblikazzjoni tikkostitwixxi wkoll ksur tal-prinċipju ta’ multilingwiżmu stabbilit bl-Artikolu 6(3) UE, u bl-Artikolu 22 tal-Karta, li kull ċittadin tal-Unjoni għandu jkollu d-dritt li jkun infurmat, bil-lingwa tiegħu, bl-atti Komunitarji li jeffettwaw id-drittijiet tiegħu, b’mod partikolari billi jaqra l-Ġurnal Uffiċjali bil-lingwa materna tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni li ftit jimporta li numru kbir ta’ ċittadini tal-Unjoni li ma humiex ġejjin minn Stati Membri ta’ lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża, u b’mod partikolari iċ-ċittadini Taljani, applikaw għall-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali tal-KESE meta saru jafu b’tali pożizzjoni vakanti permezz tal-avviż imqassar bil-lingwi uffiċjali l-oħra ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fl-istess jum li fih ġie ppubblikat l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat. Din hija kumbinazzjoni ta’ ċirkustanzi verament aċċidentali li ma teliminax id-diskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza teżisti wkoll f’dak li jikkonċerna t-terminu li fih setgħu jsiru l-applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali tal-KESE. Fil-fatt, anki jekk il-kandidati ta’ lingwa Ġermaniża, Ingliża jew Franċiża kellhom żmien xahar mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat, il-kandidati l-oħra kellhom terminu iqsar, peress li huma saru jafu bl-avviż wara li qraw l-avviż imqassar ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali bil-lingwa materna tagħhom, li jirreferi għall-qari tat-test sħiħ tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat, fil-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża fil-Ġurnal Uffiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Ir-Republika Taljana tqis ukoll li l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-avviż kkontestat ta’ pożizzjoni vakanti bi tliet lingwi biss tmur kontra dak imsemmi fl-Artikolu 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 12 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tal-Artikolu 72(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-KESE.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1487"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni li l-bżonn ta’ għarfien tajjeb tal-Ingliż jew tal-Franċiż xorta twassal għal diskriminazzjoni qawwija kontra lingwi oħra, li tmur kontra l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ multilingwiżmu. Barra minn hekk, dan ir-rekwiżit joħloq diskriminazzjoni daqstant qawwija kontra ċittadini li jafu, apparti l-lingwa proprja tagħhom, it-tieni u jista’ jkun ukoll it-tielet, ir-raba’ u l-ħames lingwa uffiċjali li fosthom la hemm l-Ingliż u lanqas il-Franċiż.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Taljana ssostni li avviż ta’ kompetizzjoni jew avviż ta’ pożizzjoni vakanti huwa test li l-kontenut tiegħu huwa totalment legali, li permezz tiegħu il-kandidat jieħu idea tad-drittijiet u tal-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ att importanti, bħalma hija l-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni ta’ reklutaġġ fl-istituzzjonijiet. Għaldaqstant, il-kandidati li għandhom għarfien profond tal-Ġermaniż, tal-Ingliż jew tal-Franċiż huma vvantaġġati fil-qari tal-avviż ippubblikat kollu kemm hu fil-Ġurnal Uffiċjali b’dawn it-tliet lingwi, meta mqabbla ma kwalunkwe kandidat ieħor li ma għandux għarfien eċċellenti ta’ waħda minn dawn it-tliet lingwi.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jaqbel mal-argument invokat mir-Repubblika Taljana li l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat bi tliet lingwi biss tikser l-Artikolu 12 KE u jżid li din it-tip ta’ pubblikazzjoni selettiva toħloq preċedent gravi ħafna kieku kellha tintuża f’oqsma oħra, għaliex bħala konsegwenza, ikun hemm biss tliet verżjonijiet lingwistiċi tal-Ġurnal Uffiċjali li jkunu ta’ min jista’ jorbot fuqhom u li huma kompluti.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-KESE jfakkar li hija r-Repubblika Taljana li għandha turi li l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat bi tliet lingwi biss xekklet milli ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jsiru jafu bl-eżistenza tal-avviż f’kundizzjonijiet ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni u josserva li l-ebda element fattwali fir-rigward ta’ dan ix-xkiel allegat ma ġie mressaq.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1488"?><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Il-fatt li għadd ta’ ċitaddini tal-Unjoni li ma jappartjenux għal Stati Membri ta’ lingwa Ġermaniża, Ingliża jew Franċiża applikaw għall-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali tal-KESE ma huwiex ir-riżultat ta’ xi kumbinazzjoni, iżda jispjega ruħu mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali bil-lingwi uffiċjali kollha tal-avviż imqassar li jirreferi għall-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-KESE jikkunsidra li l-argument tar-Repubblika Taljana li l-kandidati li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ewwel lingwa tagħhom<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/> ma hijiex il-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż kellhom żmien iqsar minn dak li kellhom il-kandidati li jitkellmu bil-Ġermaniż, Ingliż jew Franċiż u li għaldaqstant huma suġġetti għal differenza fit-trattament mhux iġġustifikata, ma huwiex fondat. Il-kandidati potenzjali kollha li saru jafu bl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat permezz tal-avviż imqassar ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali bil-lingwa materna tagħhom malajr setgħu jiksbu l-verżjoni sħiħa tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat. Il-persuni potenzjalment interessati huma persuni kkwalifikati li kisbu esperjenza twila bħala uffiċjali jew persunal fi ħdan xi istituzzjonijiet, u li, minn dan il-fatt, għandhom l-għodda kollha neċessarja sabiex ikunu jistgħu faċilment jiksbu verżjoni lingwistika mogħtija fil-Ġurnal Uffiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-KESE jikkontesta wkoll l-argument tar-Repubblika Taljana li l-limitazzjoni għall-Ingliż jew għall-Franċiż twassal għal diskriminazzjoni fir-rigward ta’ lingwi uffiċjali oħra. L-ewwel nett, l-Ingliż u l-Franċiż huma, flimkien mal-Ġermaniż, il-lingwi ta’ ħidma l-iktar użati fi ħdan l-istituzzjonijiet għal iktar minn 35 sena. It-tieni nett, il-kandidati li lejhom huwa partikolarment indirizzat l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat huma uffiċjali jew impjegati oħra Komunitarji li għandhom esperjenza twila ta’ xogħol ta’ livell għoli fi ħdan xi istituzzjonijiet u xi aġenziji Komunitarji u għalhekk huma perfettament kapaċi jifhmu l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat sal-inqas dettall u, għaldaqstant, huma perfettament kapaċi jkunu totalment infurmati bil-kontenut preċiż tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1489"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Rimarki preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-motiv preżenti jinqasam f’żewġ partijiet. Fil-kuntest tal-ewwel parti, il-Qorti Ġenerali hija essenzjalment mitluba tiddeċiedi fuq il-kwistjoni ta’ jekk il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat bi tliet lingwi biss, li huma l-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż, hijiex konformi mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ multilingwiżmu. Fil-kuntest tat-tieni parti, il-Qorti Ġenerali hija mitluba tiddeċiedi fuq il-konformità mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ multilingwiżmu fl-indikazzjoni fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat ta’ għarfien tal-Ingliż u jew tal-Franċiż fost il-kwalifiki <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>imfittxija ħafna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/>, u mhux, kif invokat mir-rikorrenti, fost il-kwalifiki <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>meħtieġa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq l-ewwel parti dwar il-pubblikazzjoni selettiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li l-ebda dispożizzjoni u l-ebda prinċipju ta’ dritt Komunitarju ma jimponi li avviżi ta’ pożizzjoni vakanti, bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża, għandhom jiġu ppubblikati b’mod sistematiku fil-Ġurnal Uffiċjali bil-lingwi uffiċjali kollha (ara, b’analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 115).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-pożizzjoni vakanti msemmija fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat tista’ potenzjalment tinteressa xi kandidati li ġejjin minn kwalunkwe Stat Membru. Madankollu, kif diġà ġie deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-għadd kbir ta’<?PAGE NO="II-1490"?> referenzi fit-Trattat KE fir-rigward tal-użu tal-lingwi ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala li huma manifestazzjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ dritt Komunitarju li jiżgura lil kull ċittadin id-dritt li, f’kull ċirkustanza, dak kollu li jista’ jeffettwa l-interessi tiegħu jiġi abbozzat bil-lingwa tiegħu (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20030909">9 ta’ Settembru 2003</DATE>, Kik vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-361/01 P" PAGE.ECR="I-8283" YEAR="2003">C-361/01 P, Ġabra p. I-8283</REF.DOC.ECR>, punt 82, u s-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 116).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li, jekk l-amministrazzjoni għandha dritt li tistabbilixxi miżuri li jidhrilha li huma xierqa sabiex tirregola ċertu aspetti tal-proċedura ta’ reklutaġġ tal-persunal, dawn il-miżuri ma għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa bejn il-kandidati għal pożizzjoni partikolari (ara, b’analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 127).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 12(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jipprekludi li l-istituzzjoni teżiġi mingħand il-kandidati għal pożizzjoni ta’ persunal temporanju għarfien perfett ta’ lingwa uffiċjali partikolari, peress li din il-kundizzjoni lingwistika għandha l-effett li tirriżerva din il-pożizzjoni għal nazzjonalità partikolari mingħajr ma dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet marbuta mal-funzjonament tas-servizz (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19640304">4 ta’ Marzu 1964</DATE>, Lassalle vs Il-Parlament, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="15/63" PAGE.ECR="57" YEAR="1964">15/63, Ġabra p. 57, 73</REF.DOC.ECR>, u 74, u s-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 129).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Isegwi li jekk il-KESE jiddeċiedi li jippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali t-test sħiħ ta’ avviż ta’ pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali b’ċerti lingwi biss, huwa għandu, sabiex jevita diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa bejn il-kandidati potenzjalment interessati fl-imsemmi avviż, jadotta miżuri adegwati sabiex jinforma lil dawn il-kandidati kollha bl-eżistenza tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkonċernat u bl-edizzjonijiet li bihom ġie ppubblikat it-test sħiħ tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 130).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1491"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Sakemm din il-kundizzjoni tkun sodisfatta, il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ avviż ta’ pożizzjoni vakanti f’numru limitat ta’ lingwi ma tistax twassal għal diskriminazzjoni bejn id-diversi kandidati jekk ikun stabbilit li dawn tal-aħħar għandhom konoxxenza suffiċjenti ta’ minn tal-inqas waħda minn dawn il-lingwi li tippermettilhom jiksbu għarfien utli tal-kontenut tal-imsemmi avviż (ara, b’analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 131).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandha tiġi mfakkra l-ġurisprudenza li tipprovdi li l-fatt li dokumenti indirizzati mill-amministrazzjoni lil wieħed mill-uffiċjali tagħha jkunu abbozzati b’lingwa differenti mil-lingwa materna ta’ dan l-uffiċjal jew mill-ewwel lingwa barranija magħżula minnu, ma jikkostitwixxi ebda ksur tad-drittijiet ta’ dan l-uffiċjal, jekk dan ikollu għarfien tal-lingwa użata mill-amministrazzjoni li tippermettilu jifhem b’mod effettiv u faċli l-kontenut tad-dokumenti inkwistjoni. Din il-konklużjoni tgħodd ukoll fir-rigward tal-avviż tal-pożizzjoni vakanti kkontestat (ara, b’analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 132, u l-ġurisprudenza iċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>B’hekk, meta jkun meħtieġ mill-ħtiġijiet tas-servizz jew dawk tal-impjieg, l-istituzzjoni kkonċernata tista’ leġittimament tispeċifika l-lingwi li tagħhom ikun meħtieġ għarfien tajjeb ħafna jew sodisfaċenti (ara, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, is-sentenza Lassalle vs Il-Parlament, iċċitata iktar ’il fuq, p. 73 u 74; ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Lagrange għal din is-sentenza, Ġabra p. 77, 94). F’dan il-każ tal-aħħar, il-fatt li t-test tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkonċernat ikun disponibbli biss f’dawn il-lingwi ma jistax iwassal għal diskriminazzjoni bejn il-kandidati peress li huma għandu jkollhom, kollha kemm huma, għarfien profond ta’ minn tal-inqas waħda minn dawn il-lingwi.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-pubblikazzjoni f’ċerti lingwi uffiċjali biss fil-Ġurnal Uffiċjali tat-test tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat, meta persuni li jkollhom biss għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħra jkunu intitolati jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom, tista’ twassal, fin-nuqqas ta’ miżuri oħra intiżi li jippermettu lil din il-kategorija ta’ kandidati potenzjali li jkollhom għarfien utli tal-kontenut ta’ dan l-avviż, għal diskriminazzjoni<?PAGE NO="II-1492"?> kontra tagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 135).</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’din l-eventwalità, il-kandidati inkwistjoni jsibu ruħhom f’pożizzjoni inqas vantaġġjuża meta mqabbla ma’ kandidati oħra peress li huma ma jkunux f’pożizzjoni li jkollhom għarfien utli tal-kwalifiki meħtieġa mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kif ukoll tal-kundizzjonijiet u tar-regoli tal-proċedura ta’ reklutaġġ. Issa, tali għarfien jikkostitwixxi prerekwiżit neċessarju għall-preżentazzjoni ideali tal-applikazzjoni tagħhom, sabiex jilħqu l-massimu taċ-ċansijiet tagħhom li jintgħażlu għall-pożizzjoni inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 136).</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-dispożizzjonijiet tal-punt 3 tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat jirriżulta, kif iċċitati fil-punt 7 iktar ’il fuq, li l-għarfien tal-Ingliż u jew tal-Franċiż huwa biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>imfittex ħafna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/>, u mhux meħtieġ. Kandidati potenzjali għall-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali tal-KESE, li għandhom għarfien profond ta’ lingwa uffiċjali u għarfien tajjeb ħafna ta’ minn tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali oħra barra mit-tliet lingwi tal-pubblikazzjoni, kienu adattati u setgħu anki japplikaw għall-pożizzjoni kieku l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kien ġie ppubblikat b’lingwa li huma kienu jafu u kieku huma kienu wkoll infurmati bl-eżistenza tal-pożizzjoni vakanti.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, xi kandidati, għalkemm ikollhom għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, tal-Ingliż jew tal-Franċiż, mhux neċessarjament jikkonsultaw l-edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali f’waħda minn dawn it-tliet lingwi, iżda jikkonsultaw dik bil-lingwa materna tagħhom (sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 148).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1493"?><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, teżisti probabbiltà importanti li l-kandidati potenzjalment interessati fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkuntestat ikunu kkonsultaw biss l-avviżi ppubblikati bil-lingwi uffiċjali kollha, li huma l-avviż imqassar tat-<DATE ISO="20071228">28 ta’ Diċembru 2007</DATE>, li jsemmi biss il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat fil-Ġurnal Uffiċjali, u l-avviż tar-rettifika tal-avviż ta’ pożizzoni vakanti tat-<DATE ISO="20080130">30 ta’ Jannar 2008</DATE>, li jindika biss li l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat kien ġie emendat.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Ma jistax jiġi kkunsidrat li dawn iż-żewġ avviżi, li ma jinkludu ebda indikazzjoni importanti, bħalma huma t-tul u l-possibbiltà ta’ tiġdid tal-mandat tal-pożizzjoni vakanti, il-kundizzjonijiet ta’ aċċettazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali meħtieġa, il-metodu ta’ selezzjoni u d-data sa meta jistgħu jsiru l-kandidaturi, jistgħu jkunu biżżejjed sabiex jinfurmaw lill-kandidati potenzjali bil-kontenut tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat. Issa, kif ġie indikat fil-punt 79 iktar ’il fuq, tali għarfien jikkostitwixxi prerekwiżit neċessarju għall-preżentazzjoni ideali tal-applikazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">84</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, il-kandidati li ma jafu la l-Ġermaniż, la l-Ingliż, u lanqas il-Franċiż, iżda xorta waħda għandhom l-għarfien lingwistiku meħtieġ, qatt ma kellhom il-possibbiltà li jsiru jafu bil-kontenut sħiħ tat-test tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal qabel jirriżulta li l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti, fl-edizzjonijiet bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża biss tal-Ġurnal Uffiċjali tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa bejn il-kandidati potenzjali, bi ksur tal-Artikolu 12 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-KESE kiser ukoll, indirettament, l-Artikolu 12 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg, peress li l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat li saret biss bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tista’ tiffavorixxi, fil-kuntest<?PAGE NO="II-1494"?> ta’ proċedura ta’ reklutaġġ ta’ persunal temporanju bħala Segretarju Ġenerali, lill-kandidati ta’ ċerti nazzjonalitajiet, jiġifieri dawk li ġejjin minn pajjiżi fejn dawn il-lingwi huma mitkellma bħala lingwa materna, u tippreġudika lil minn tal-inqas parti mill-kandidati li ġejjin minn Stati Membri oħra (ara, b’analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 150).</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandha tintlaqa’ l-ewwel parti tal-motiv preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat, li ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fl-edizzjonijiet bil-lingwa Ġermaniża, Ingliża u Franċiża biss, għandu jiġi annullat, mingħajr il-bżonn li tiġi eżaminata t-tieni parti tal-motiv preżenti u lanqas il-motivi l-oħra invokati mir-Repubblika Taljana.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu intalbu. Barra minn hekk, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 87(4) tal-imsemmija regoli, l-Istati Membri li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-KESE tilef. Madankollu, ir-Repubblika Taljana ma għamlitx talbiet dwar l-ispejjeż. F’dawn iċ-ċikustanzi, għandu jiġi ordnat li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1495"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ta’ impjieg Nru 73/07 li jirrigwarda impjieg ta’ Segretarju Ġenerali fis-segretarjat tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), ippubblikat fit-<DATE ISO="20071228">28 ta’ Diċembru 2007</DATE>, kif rettifikat fit-<DATE ISO="20080130">30 ta’ Jannar 2008</DATE>, huwa annullat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Vadapalas</P><P>Jürimäe</P><P>Truchot</P><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>