|
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/1112
tat-12 ta' Ġunju 2019
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1219 (EUNAVFOR MED/1/2019)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (“Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
|
(2) |
Fit-23 ta' Awwissu 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1219 (2) li ħatar lill-Viċi Ammirall (LH) Stefano TURCHETTO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Ettore SOCCI biex jieħu post il-Viċi Ammirall (LH) Stefano TURCHETTO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mit-12 ta' Ġunju 2019. |
|
(4) |
Fil-5 ta' Ġunju 2019, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1219 jenħtieġ li titħassar. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall (LH) Ettore SOCCI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mit-12 ta' Ġunju 2019.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1219 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2019.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/1219 tat-23 ta' Awwissu 2018 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin- Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2432 (EUNAVFOR MED/1/2018) (ĠU L 226, 7.9.2018, p. 5).