|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1715 |
14.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1715
tat-13 ta’ Lulju 2026
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Bożnija-Ħerzegovina u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2081
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33, flimkien mal-Artikolu 31(2), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2081 (1) li taħtar lis-Sur Luigi SORECA bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Bożnija-Ħerzegovina. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2026. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perjodu ta’ 24 xahar u li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2026 sal-31 ta’ Awwissu 2028. |
|
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2081 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea 1. Is-Sur Luigi SORECA huwa b’dan maħtur bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Bożnija-Ħerzegovina (BiH) mill-1 ta’ Settembru 2024 sal-31 ta’ Awwissu 2026. 2. Il-mandat tas-Sur Luigi SORECA bħala r- RSUE għall-BiH huwa estiż mill-1 ta’ Settembru 2026 sal-31 ta’ Awwissu 2028. 3. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi terminat qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-‘RGħ’).” |
|
(2) |
fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2026 sal-31 ta’ Awwissu 2028 għandu jkun ta’ EUR 9 220 000.” ; |
|
(3) |
L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 13 Surroga tad-drittijiet Għall-finijiet li jiġi żgurat li impenji legali li daħlu għalihom RSUE preċedenti għall-BiH jiġu rispettati fir-rigward tal-membri tat-tim tagħhom u l-akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi u l-kiri ta’ art, bini jew proprjetà immobbli oħra, ir-RSUE għandu jieħu post, u jassumi d-drittijiet u l-obbligi ta’ tali RSUE preċedenti, bl-eċċezzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn kondotta ħażina serja li għaliha tali RSUE preċedenti għandhom jibqgħu unikament responsabbli.” |
|
(4) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 14 Rieżami L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Kull sena, ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport finali komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta’ Mejju 2028.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2081 tas-26 ta' Lulju 2024 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L, 2024/2081, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2081/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1715/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)