1985R2220 — MT — 01.01.2007 — 004.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2220/85

tat-22 ta’ Lulju 1985

li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli

(ĠU L 205, 3.8.1985, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1181/87 tad-29 ta’April, 1987

  L 113

31

30.4.1987

 M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3745/89 tat-13 ta’ Diċembru 1989

  L 364

54

14.12.1989

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 3403/93 ta' l-10 ta' Diċembru 1993

  L 310

4

14.12.1993

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1932/1999 tad-9 ta' Settembru 1999

  L 240

11

10.9.1999

►M5

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 673/2004 tat-13 ta' April 2004

  L 105

17

14.4.2004

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1713/2006 ta' l-20 ta' Novembru 2006

  L 321

11

21.11.2006

►M7

COMMISSION REGULATION (EC) No 1913/2006 of 20 December 2006 (*)

  L 365

52

21.12.2006



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2220/85

tat-22 ta’ Lulju 1985

li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-REGOLAMENT tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1018/84 ( 2 ), u b’mod partikolari bl-Artikoli 7(5), 8(4), 12(2), 15(3) u (5) u 16(6) tiegħu, u d-disposizzjonijiet korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq għall-prodotti agrikoli, kif ukoll id-disposizzjonijiet l-oħra fir-Regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, meta applikati fil-prattika, jipprovdu garanzija,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/77 ta’ l-14 ta’ Marzu 1977 li jistabilixxi sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ l-ananas ippriservat ( 3 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1699/85 ( 4 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1079/77 tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar it-taxxa ta’ imposta għall-ko-responsabbilità u dwar miżuri għat-tkabbir tas-swieq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib ( 5 ) kif l-aħħar l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1302/85 ( 6 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2169/81 tas-27 ta’ Lulju 1981 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għal sistema ta’ għajnuna għall-qoton ( 7 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1462/84 ( 8 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1431/82 tat-18 Mejju ta’ l-1982 li jistabilixxi miżuri speċjali għall-piżelli, il-favetta u l-lupin ( 9 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1485/85 ( 10 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 (5) tiegħu,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1677/85 tal-11 ta’ Ġunju 1985 dwar l-ammonti monetarji kompensatorji fl-agrikoltura ( 11 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi d-disposizzjonijiet numerużi fir-Regolamenti agrikoli tal-Komunità jinħtieġu li jingħataw garanzija sabiex jiġi żgurat il-ħlas tas-somma li jkollha tingħata jekk ma jkunx inżamm obbligu; billi, madankollu, l-esperjenza uriet illi din il-ħtieġa fil-prattika ġiet interpretata b’ħafna modi differenti; billi, għaldaqstant, sabiex jiġu evitati kondizzjonijiet kompetittivi mhux ugwali, il-ħtieġa għandha tkun iddefinita aktar fid-dettal;

Billi, b’mod partikolari, għandha tiġi ddefinita l-għamla tal-garanzija;

Billi ħafna disposizzjonijiet fir-Regolamenti agrikoli tal-Komunità jipprovdu li l-garanzija mogħtija tintilef bi dritt jekk jiġi miksur obbligu tal-garanzija, bla ma ssir ebda distinzjoni bejn il-ksur ta’ l-obbligi fondamentali, dawk sekondarji jew dawk ta’ importanza subordinata; billi fl-interess ta’ l-ekwità għandha ssir distinzjoni bejn il-konsegwenzi tal-ksur ta’ obbligu fondamentali u l-konsegwenzi tal-ksur ta’ wieħed sekondarju jew subordinat; billi, b’mod partikolari għandha ssir disposizzjoni, fejn hu possibbli, sabiex jintilef id-dritt fuq parti biss mill-garanzija fejn l-obbligu l-aktar importanti huwa fil-fatt milħuq imma jkun inqabeż bi ftit iż-żmien tat-temma stabbilit sabiex jintlaħaq, jew meta ma jintlaħqux obbligu sekondarju jew subordinat;

Billi l-ebda distinzjoni bejn il-konsegwenzi ta’ nuqqas fiż-żamma ta’ obbligu ma għandha tkun imsejsa fuq jekk ikunx ġie rċevut ħlas bil-quddiem jew le; billi, għaldaqstant, il-garanziji mogħtija sabiex jagħmlu tajjeb għall-ħlas bil-quddiem huma koperti b’regoli separati;

Billi l-ispejjeż sabiex wieħed jiddepożita garanzija miġrura kemm mill-parti li tagħti l-garanzija u kemm mill-awtoritajiet kompetenti, jistgħu ma jkunux ipproporzjonati mas-somma li l-ħlas tagħha tiggarantixxi l-garanziji jekk din is-somma tkun taħt ċertu limiti; billi għaldaqstant l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jirrinunzjaw għall-ħtieġa ta’ garanzija għall-ħlas tas-somma taħt dan il-limitu; billi, barra minn hekk, awtorità kompetenti għandha tingħata l-poter li tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija fejn in-natura tal-persuna teħtieġ li tilħaq l-obbligi tagħmel din il-ħtieġa mhux neċessarja;

Billi awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta garanzija offruta meta tqis li din mhix sodisfaċenti,

Billi għandu jiġi stabbilit limitu taż-żmien sabiex tingħata x-xhieda meħtieġa għar-rilaxx ta’ somma assikurata fejn ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda limitu taż-żmien bħal dan x’imkien ieħor;

Billi, rigward ir-rata rappreżentattiva li trid tintuża għall-konverżjoni ta’ somma assigurata espressa fl-EKU għall-munita korrenti nazzjonali, għandu jiġi ddefinit l-avveniment operattiv imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 tal-11 ta’ Ġunju 1985 dwar il-valur ta’ l-unità tal-konitijiet u r-rati tal-kambju li jrid jiġi applikat għall-iskop tal-politika komuni agrikola ( 12 );

Billi għandha tiġi stabbilita l-proċedura li trid tiġi segwita ġaladarba darba l-garanzija tintilef bi dritt,

Billi l-Kommissjoni għandha tingħata l-poter illi ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar il-garanziji,

Billi dan ir-Regolament jistabilixxi r-regoli li jridu japplikaw b’mod ġenerali għas-setturi kollha u għall-prodotti kollha, għajr jekk il-leġislazzjoni Komunitarja speċifika għas-settur tistabilixxi regoli differenti; billi r-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull settur iridu jibqgħu japplikaw sakemm jiġu mħassra jew emendati,

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjinijiet tal-Kumitati Amministrattivi kollha relevanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



TITOLU I

L-iskop tar-Regolament

▼M5

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddisponi regoli li jirregolaw il-garanziji li għandhom jingħataw, jew taħt dawn ir-regolamenti jew taħt kwalunkwe regolament ieħor ta' implimentazzjoni, jekk kemm-il darba ma jkunx hemm regoli oħrajn stabbiliti b'dawn l-istess Regolamenti:

(a) Ir-Regolamenti li jiddisponu dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' ċerti prodotti agrikoli:

— Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE (żjut u xaħmijiet) ( 13 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 (żrieragħ) ( 14 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 (laħam tal-majjal) ( 15 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 (bajd) ( 16 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 (laħam tat-tjur) ( 17 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (ċereali) ( 18 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 (tabakk mhux maħdum) ( 19 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3072/95 (ross) ( 20 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 603/95 (għalf niexef) ( 21 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2200/96 (frott u ħaxix) ( 22 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2201/96 (prodotti proċessati tal-frott u l-ħaxix) ( 23 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1254/1999 (ċanga u vitella) ( 24 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 (ħalib u lattiċibi) ( 25 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1493/1999 (inbid) ( 26 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 104/2000 (sajd u prodotti ta' l-akkwakultura) ( 27 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1673/2000 (kittien u qanneb) ( 28 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru1260/2001(zokkor) ( 29 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2529/2001 (laħam tan-nagħġa u tal-mogħża) ( 30 ),

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 670/2003 (alkol etiliku ta' oriġini agrikola) ( 31 );

(b) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1782/2003 (skemi ta' appoġġ dirett) ( 32 );

(ċ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru1051/2001 (skema għall-għajnuna għall-qoton) ( 33 );

(d) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1251/1999 (sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti uċuħ ta' raba') ( 34 );

(e) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2202/96 (skema ta' għajnuna għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru) ( 35 );

(f) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/93 (arranġamenti għas-snajja' applikabbli għal ċerti prodotti riżultanti mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli)( ( 36 ) ).

▼M4

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-garanziji mogħtija sabiex jassiguraw il-ħlas tad-dazji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni li hemm referenza dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 37 ).

▼B

L-Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) “Garanzija” hija assigurazzjoni illi somma flus titħallas jew titlef id-dritt lil awtorità kompetenti jekk ma jitwettaqx obbligu partikolari.

Dan ir-Regolament japplika għall-każi kollha fejn ir-Regolamenti riferit fl-Artikolu 1 jipprovdu garanzija li taqbel ma’ din id-definizzjoni, sewwa jekk tintuża l-kelma partikolari “garanzija” u sewwa jekk le.

(b) “Garanzija fi blokk wieħed” hija garanzija disponibbli għall-awtorità kompetenti bl-iskop li tiżgura illi jintlaħaq aktar minn obbligu wieħed.

(ċ) “Obbligu” huwa ħtieġa jew sett ta’ ħtiġiet, imposti minn Regolament, sabiex jitwettaq/jitwettqu jew iżomm/u lura milli jwettaq att.

(d) “Awtorità kompetenti” hija jew parti awtorizzata li taċċetta l-garanzija jew parti awtorizzata li tiddeċiedi skond ir-Regolament rilevanti jekk garanzija għandhiex tiġi rrilaxxjata jew tintilef bi dritt.



TITOLU II

Il-ħtieĠa ta’ garanzija

L-Artikolu 4

Garanzija għandha tingħata minn jew f’isem il-parti responsabbli sabiex tħallas is-somma ta’ flus li għandha tingħata jekk obbligu ma jiġix onorat.

L-Artikolu 5

1.  L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija meta l-valur tas-somma assigurata hija ta’ anqas minn ►M4  500 EUR ◄ .

2.  Meta tintuża l-faċilità fil-paragrafu 1, il-parti interessata għandha tindaħal għal garanzija bil-miktub li tħallas is-somma daqs dik li kien ikun meħtieġ li tħallas li kieku tat garanzija u li din il-garanzija tkun wara intilfet bi dritt f’parti jew fl-intier tagħha.

▼M4 —————

▼B

L-Artikolu 6

L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija fejn il-parti responsabbli milli tonora obbligu tkun jew:

(a) korp pubbliku responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet ta’ awtorità pubblika, jew

(b) korp privat illi jwettaq dawn id-dmirijiet taħt is-sorveljanza ta’ l-Istat.

▼M3 —————

▼B



TITOLU III

Il-għamla tal-garanziji

L-Artikolu 8

1.  Garanziji tista’ tingħata billi:

(a) jsir depożitu ta’ flus kif riferit fl-Artikoli 13 u 14 u/jew

(b) jiġi pprovdut garanti kif iddefinit fl-Artikolu 16(1).

2.  Fid-deskrizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, garanzija tista’ tingħata billi:

(a) ssir ipoteka, u/jew

(b) issir kapparra fi flus kontanti ddepożitati f’bank, u/jew

(ċ) isir pleġġ ta’ pretensjonijiet ikkonoxxuti kontra korp pubbliku jew fondi pubbliċi, li jkunu għalqu u li jridu jitħallsu u li fuqhom l-ebda pretensjon oħra ma jkollha preċedenza, u/jew

(d) isir pleġġ ta’ garanziji negozzjabbli fl-Istati Membri interessati sakemm ikunu maħruġa u ggarantiti minn dan l-Istat, u/jew

(e) isir pleġġ ta’ bonds, maħruġa minn assoċjazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-ipoteki, ikkwotati f’Borża pubblika u għall-bejgħ fis-suq miftuħ, sakemm l-istima tal-kredtu tagħhom tidħol fil-faxxa ta’ l-egwaljanza tal-bonds tal-gvern.

3.  L-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet addizzjonali sabiex jaċċettaw il-garanziji tat-tip riferit fil-paragrafu 2.

L-Artikolu 9

L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li taċċetta jew għandha teħtieġ il-bdil ta’ kull garanzija li tqis mhux adegwata jew mhux sodisfaċenti jew li ma tkoprix perjodu suffiċjenti taż-żmien.

L-Artikolu 10

1.  

(a) Il-beni ipotekati skond l-Artikolu 8 (2) (a) jew il-garanziji jew il-bonds offruti bi pleġġ skond l-Artikolu 8(2)(d) u (e) għandhom, meta tingħata l-garanzija, ikollhom il-valur disponibbli ta’ mill-inqas 115 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa.

(b) Il-valur disponibbli tal-garanziji jew tal-bonds għandu jiġi stmat fuq l-aħħar kwotazzjoni disponibbli.

(ċ) Awtorità kompetenti tista’ taċċetta garanzija tat-tip imniżżel fil-lista fl-Artikolu 8(2) (a), (d) jew (e) biss jekk il-parti li toffriha timpenja ruħha, bil-miktub, jew li tagħti garanzija addizzjonali jew li tibdel il-garanzija oriġinali jekk il-valur disponibbli tal-beni, tal-garanziji jew tal-bonds fil-kwistjoni jkunu għal perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur taħt il-105 % tal-valur tas-garanzija meħtieġa. Dan l-impenn bil-miktub ma għandux jinħtieġ fejn i-liġijiet nazzjonali jipprovdu għal dan. L-awtorità kompetenti għandha tirrivedi regolarment il-valur ta’ dawn il-beni, garanziji jew bonds.

2.  

(a) Il-valur disponibbli tal-granzija kif riferit fl-Artikolu 8(2)(a), (d) u (e) għandu jiġi stmat mill-awtorità kompetenti, billi tqis l-ispejjeż tad-disponiment minnhom.

(b) Il-parti li tagħmel il-aranzija għandha, fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti, tipprovdi prova tal-valur disponibbli tagħha.

L-Artikolu 11

1.  Kull garanzija tista’ tiġi mibdula b’oħra.

Madankollu, għandu jkun meħieġ il-qbil ta’ l-awtorità kompetenti fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-garanzija oriġinali tkun intilfet bi dritt iżda tkun għadha mhux realizzata, jew

(b) fejn il-garanzija mibdula hija tat-tip imniżżel fil-lista fl-Artikolu 8(2).

2.  Garanzija fi blokk wieħed tista’ tiġi mibdula b’garanzija oħra fi blokk wieħed bil-kondizzjoni illi l-garanzija fi blokk wieħed ġdida tkopri mill-anqas dik il-parti tal-garanzija fi blokk wieħed oriġinali assenjata fiż-żmien tal-bdil sabiex tiżgura t-twettiq ta’ obbligu wieħed jew iżjed li jkunu għadhom mhux imwettqa.

▼M7

Article 12

1.  Securities as referred to in Article 1 shall be constituted in euro.

2.  Notwithstanding paragraph 1, where the security is accepted in a Member State outside the euro zone, in national currency, the amount of the security in euro shall be converted into that currency in accordance with Article 10 of Commission Regulation (EC) No 1913/2006 ( 38 ). The undertaking corresponding to the security and any amount withheld in the event of irregularities or breaches shall remain fixed in euro.

▼B

L-Artikolu 13

Fejn il-flus kontanti jiġu ddepożitati bi trasferiment ma għandhomx jitqiesu bħala li tkun ġiet stabbilita l-garanzija sakemm l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi għandha l-ammont għad-disposizzjoni tagħha.

L-Artikolu 14

1.  Ċekk għal somma li l-ħlas tagħha jkun garantit minn istituzzjoni finanzjarja rrikonoxxuta għall-iskop mill-Istat Membru ta’ l-awtorità kompetenti interessata għandu jiġi ttrattat bħala depożitu ta’ flus kontantri. L-awtorità kompetenti ma teħtieġx li tippreżenta ċekk bħal dan għall-ħlas sakemm il-perjodu taż-żmien li għalih huwa garantit ikun sejjer jiskadi.

2.  Ċekk, barra minn dak riferit fil-paragrafu 1, jikkostitwixxi garanzija biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi għandha l-ammont għad-disposizzjoni tagħha.

3.  Kull impost magħmul minn istituzzjoni finanzjarja għandhu jitħallas mill-parti li tagħti l-garanzija.

L-Artikolu 15

Ma għandu jitħallas l-ebda mgħax lill-parti li tagħmel il-garanzija fil-għamla ta’ depożitu ta’ flus kontanti.

L-Artikolu 16

1.  Il-garanti jrid ikollu r-residenza normali tiegħu jew stabiliment fil-Komunità u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, irid ikun approvat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tingħata l-garanzija. Il-garanti għandu jkun marbut b’garanzija bil-miktub.

2.  Il-garanzija bil-miktub trid mill-inqas tiddikjara:

(a) l-obbligu jew, fil-każ ta’ garanzija fi blokk wieħed, it-tip/i ta’ obbligu li, li kontra twettiq tiegħu/tagħhom, tiggarantixxi l-ħlas ta’ somma flus;

(b) l-ogħla lijabilità għall-ħlas li l-garanti jaċċetta;

(ċ) li l-garanti jimpenja ruħu konġuntement jew separatament mal-parti responsabbli li jħallas/iħallsu, fi żmien 30 jum mid-domanda ta’ l-awtoritajiet kompetenti, kull somma, fil-limiti tal-garanzija, li għandha titħallas ġladarba garanzija tiġi ddikjarata mitlufa bi dritt.

3.  L-awtorità kompetenti tista’ taċċetta telekomunikazzjoni bil-miktub mibgħuta mill-garanti bħala li tikkostitwixxi garanzija bil-miktub. Jekk l-awtorità kompetenti taċċetta dan, hija għandha tieħu kull pass li tqis meħtieġ sabiex tissodisfa ruħha illi t-telekomunikazzjoni hija ġenwina.

4.  Fejn garanzija fi blokk wieħed bil-miktub tkun diġà ngħatat, l-awtorità kompetenti għandha tistabilixxi l-proċedura li trid tiġi segwita sabiex biha tiġi allokata l-garanzija fi blokk wieħed kollha jew parti minnha għal obbligu partikolari.

L-Artikolu 17

Malli parti minn garanzija fi blokk wieħed tiġi assenjata għal xi obbligu partikolari, il-bilanċ tal-garanzija fi blokk wieħed li jifidal għandu jiġi nnotat.



TITOLU IV

Il-ħlas ta’ l-avvanzi

L-Artikolu 18

Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu:

— għandhom japplikaw għal kull każ fejn Regolament speċifiku jipprovdi illi somma tista’ titħallas bil-quddiem qabel jitwettaq l-obbligu.

▼M6 —————

▼B

L-Artikolu 19

1.  Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata meta:

(a) jkun ġie stabbilit l-intitolament finali għas-somma mogħtija bħala ħlas bil-quddiem, jew

(b) tkun reġgħet tħallset is-somma mogħtija, biż-żieda ta’ kull addizzjoni oħra mitluba skond ir-Regolament speċifiku.

▼M1

2.  La darba d-data ta’ l-għeluq biex ikun muri l-intitolament finali għas-somma mogħtija jkun skada mingħajr il-produzzjoni ta’ evidenza tal-intitolament, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament issegwi mal-proċedura fl-Artikolu 29.

Id-data tal-għeluq tista’ tkun posposta f’każ ta’ force majeure.

B'dana kollu, meta l-leġislazzjoni tal-Komunità hekk tipprovdi, evidenza tista’ xorta tkun ipproduċuta wara dik id-data permezz ta' pagament parzjali mill-ġdid tal-garanzija.

▼B

3.  Jekk id-disposizzjonijiet ta’ forza maġġuri fil-leġislazzjoni Komunitarja jippermettu l-ħlas lura tas-somma mħallsa bil-quddiem biss, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) iċ-ċirkostanzi miġjuba bħala pretensjonijiet ta’ forza maġġuri għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn 30 jum minn li fih ikun wasal it-tagħrif għand il-parti interessata li jindikaw li kien każ possibbli ta’ forza maġġuri, u

(b) il-parti interessata għandha tagħti lura s-somma mħallsa bil-quddiem jew il-parti rilevanti minnha fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-awtorità komptenti toħroġ it-talba għall-ħlas lura.

Jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-(a) u fil-(b) ma jiġux irrispettati, il-mod tal-ħlas lura għandu jkun l-istess daqs li kieku ma ġrawx iċ-ċirkostanzi ta’ forza maġġuri.



TITOLU V

Ir-rilaxx jew it-telf tad-dritt ta’ garanziji oħra għajr barra dawk riferiti fit-Titolu IV

L-Artikolu 20

1.  Obbligu jista’ jinkludi ħtiġiet primarji, sekondarji jew subordinati.

2.  Ħtieġa primarja hija ħtieġa, bażika għall-iskopijiet tar-Regolament li jimponiha, li jitwetaq jew jibqa’ lura milli jintgħamel att.

3.  Ħtieġa sekondarja hija ħtieġa li jiġi rrispettat il-limitu taż-żmien biex titwettaq ħtieġa primarja.

4.  Ħtieġa subordinata żgħira hija kull ħtieġa oħra imposta minn Regolament.

5.  Dan it-Titolu ma japplikax fejn ir-Regolament speċifiku rilevanti ma jiddefinixxix il-ħtiġiet primarji.

▼M1

6.  Għall-iskopijiet ta’ dan it-Titolu “il-parti relevanti tas-somma ggarantita” tkun tfisser li parti tas-somma garantita li tikkorrispondi għall-kwantità li dwarha il-ġtieġa tkun tkun ġiet miksura.

▼B

L-Artikolu 21

Ġaladarba tkun ġiet mogħtija x-xhieda stabbilita bir-Regolament speċifiku li twettqu l-ħtiġiet kollha primarji, sekondarji u subordinarji, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata

L-Artikolu 22

▼M1

1.  Il-Garanzija għandha tintilef kollha kemm hi għall-kwantità li dwarha l-ħtieġa primarja ma tkunx twettqet, sa kemm dan in-nuqqas ta’ twettiq ma jkunx minħabba forza maġġuri.

2.  Ħtieġa primarja għandha titqies li ma tkunx inkisret jekk l-evidenza relevanti ma tkunx prodotta fiż-żmien stipulat għall-produzzjoni ta’ dik l-evidenza apparti milli fil-każ ta' forza maġġuri ma tkunx ħalliet il-produzzjoni ta’ dik l-evidenza li ssir fiż-żmien stipulat. Il-proċedura fl-Artikolu 29 għall-irkupru tas-somma mitlufa għandha tkun segwita minnufih.

▼B

3.  Fejn tiġi prodotta x-xhieda illi l-ħtiġiet primarji kollha jkunu ntlaħqu fi żmien 18-il xahar mit-temma taż-żmien fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandha titħallas lura 85 % tas-somma mitlufa bi dritt.

Fejn tiġi prodotta x-xhieda illi l-ħtiġiet primarji jkunu ntlaħqu kollha fi żmien 18-il xahar mit-temma taż-żmien f’ċirkostanzi fejn ma jkunux ġew imwettqa l-ħtiġiet sekondarji rilevanti, is-somma li trid titħallas lura għandha tkun is-somma li kienet trid titħallas lura skond l-Artikolu 23(2), nieqsa 15 % tal-parti rilevanti tas-somma garantita.

4.  Ma għandu jerġa’ jsir l-ebda ħlas fejn tiġi prodotta x-xhieda turi illi ma ġewx imwettqa l-ħtiġiet primarji kollha wara li jkun skada l-perjodu taż-żmien ta’ 18-il xahar riferit fil-paragrafu 3 ►M1  , apparti milli fil-każ ta' force majeure li ma jkunx ħalla li sseħħ il-preżentazzjoni ta’ din l-evidenza f’dak il-perjodu ◄ .

L-Artikolu 23

1.  Jekk matul il-perjodu speċifikat tiġi prodotta l-prova stabbilita bir-Regolament speċifiku illi l-ħtiġiet primarji kollha ġew imwettqa, f’ċirkostanzi fejn ħtieġa sekondarja ma tkunx twettqet, isir ir-rilaxx parzjali tal-garanzija u l-bqija tas-somma garantita tintilef bi dritt. Għandha tiġi segwita l-proċedura fl-Artikolu 29 sabiex tiġi rkuprata s-somma mitlufa bi dritt.

2.  Il-proporzjon tal-garanzija rrilaxxjata għandu jkun: il-garanzija li tkopri l-parti relevanti tas-somma garantita bit-tnaqqis ta’:

(a) 15 %, u

(b) 

— 10 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:

— 

— ikun ġie maqbuż il-perjodu massimu taż-żmien ta’ 40 jum jew anqas,

— ma jiġix irrispettat perjodu minimu taż-żmien ta’ 40 ġurnata jew anqas;

— 5 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:

— 

— ikun ġie maqbux perjodu massimu taż-żmien ta’ bejn 41 u 80 jum,

— ma jiġix irrispettat perjodu minimu taż-żmien ta’ bejn 41 u 80 jum;

— 2 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:

— 

— ikun ġie maqbuż perjodu massimu ta żmien ta’ 81 jum jew iżjed,

— ma jkunx ġie rrispettat perjodu massimu ta żmien ta’ 81 jum jew iżjed.

3.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-perjodi taż-żmien sabiex wieħed japplika għal, jew juża, l-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u l-attestati li jiffisaw l-avvanzi, jew għall-perjodi taż-żmien li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iffissar ta’ l-imposti fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u r-rifondi bl-offerti għall-esportazzjoni.

L-Artikolu 24

▼M1

1.  Nuqqas li jitwettqu wieħed jew aktar ħtiġiet subordinati għandu jwassal għas-sekwestru ta’ 15 % tal-parti relevanti tas-somma ggarantita sa kemm force majeure ma jkunx ipprevjena t-twettiq.

▼B

2.  Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 għall-irkupru tas-somma mitlufa bi dritt għandha tidħol minnufih fis-seħħ.

3.  Dan l-Artikolu ma japplikax f’ċirkostanzi fejn japplika l-Artikolu 22(3).

▼M1

L-Artikolu 25

Jekk tkun prodotta evidenza li l-ħtiġiet primarji kollha kienu osservati imma li ż-żewġ ħtiġiet sekondarji u wkoll subordinati ikunu nkisru, l-Artikoli 23 u 24 għandhom japplikaw u s-somma totali li tkun issekwestrata għandha tkun is-somma isekwestrata bi qbil mal-Artikolu 23 flimkien mal-15 % tal-parti relevanti tas-somma ggarantita.

▼B

L-Artikolu 26

Is-somma totali li tintilef bi dritt ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-parti rilevanti tas-somma ggarantita.



▼M1

TITOLU VI

Provvedimenti Ġenerali

▼B

L-Artikolu 27

1.  Għandha tiġi rrilaxxjata parti mill-garanzija fuq talba fejn tkun ingħatat ix-xhieda rilevanti li għandha x’taqsam ma’ parti minn kwantità tal-prodott, sakemm din il-parti ma tkunx inqas mill-kwantità minima speċifikata fir-Regolament li teħtieġ din il-garanzija.

Fejn ir-regoli partikolari Komunitarji ma jispeċifikawx kwantità minima, l-awtorità kompetenti tista’ hija stess tirrestrinġi n-numru tar-rilaxxamenti parzjali ta’ kull waħda mill-garanziji, u tista’ tispeċifika somma minima għal kull rilaxx minn dan.

2.  Qabel ma tirrilaxxja l-garanzija kollha jew parti minnha l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ illi tingħata talba bil-miktub għar-rilaxx.

3.  Fil-każ tal-garanziji li jkopru, skond l-Artikolu 10(1), aktar minn 100 % tas-somma meħtieġa li tkun iggarantita, dik il-parti tal-garanzija li taqbeż il-100 % għandha tiġi rrilaxxjata meta l-bqija tas-somma garantita tkun fl-aħħarnett irrilaxxjata jew mitlufa bi dritt.

L-Artikolu 28

1.  Fejn ma hu stabbilit l-ebda perjodu taż-żmien sabiex tinġieb ix-xhieda meħtieġa sabiex tiġi rrilaxxjata somma garantita, dan il-perjodu taż-żmien għandu jkun ta’:

(a) 12-il xahar mil-limitu taż-żmien speċifikat sabiex jiġu rrispettati l-ħtiġiet primarji kollha, jew

(b) fejn ma jkun speċifikat l-ebda limitu ta’ dan iż-żmien, 12-il xahar mid-data li fiha l-ħtiġiet primarji kollha jkunu twettqu.

2.  Il-perjodu taż- żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż it-tliet snin minn meta l-garanzija kienet assenjata għal xi obbligu partikolari, barra minn f’każi ta’ forza maġġuri.



▼M1 —————

▼M3

L-Artikolu 29

1.  Ladarba l-awtorità kompetenti tkun konxja miċ-ċirkustanzi li qed iwasslu għas-sekwestru tal-garanzija, kollha kemm hi jew parti minnha, għandha mingħajr dewmien tinsisti mal-parti li tkun meħtieġa li jilħaq l-obbligazzjoni li tħallas is-somma ssekwestrata, bi tħollija ta' 30 ġurnata mill-ġurnata tal-wasla tat-talba għall-ħlas.

Meta l-ħlas ma jkunx sar fl-aħħar ta' dan il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha:

(a) mingħajr dewmien twarrab kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fl-Artikolu 8(1)(a) għall- kont xieraq;

(b) mingħajr dewmien teħtieġ li min jagħmel il-garanzija kif deskritt fl-Artikolu 8(1)(b) li jħallas, billi jitħallew 30 ġurnata mill-ġurnata tal-wasla tat-talba għall-ħlas;

(ċ) mingħajr dewmien tieħu l-passi biex:

(i) tikkonverti l-garanziji deskritti fl-Artikolu 8(2) (a), (ċ), (d) u (e) fi flus suffiċjenti għall-irkuprar tas-somma dovuta;

(ii) twarrab id-depositi ta' flus bi pleġġ lejn il-kont tagħha.

L-awtorità kompetenti tista' mingħajr dewmien twarrab kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fl-Artikolu 8(1)(a) lejn il-kont xieraq mingħajr ma' l-ewwel tkun teħtieġ li l-persuna kkonċernata li teffettwa l-ħlas.

2.  L-awtorità kompetenti tista twarrab is-sekwestru ta' ammont anqas minn ►M4  60 EUR ◄ , basta li disposizzjonijiet nazzjonali simili għal każijiet kumparabbli jkunu stabbiliti b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta d-deċiżjoni għall-sekwestru ta' garanzija tkun meħuda imma wara, fuq appell, tkun ipposponuta bi qbil mal-liġi nazzjonali, il-parti kkonċernata għandha tħallas l-imgħax fuq is-somma attwalment issekwestrata matul il-perjodu li jibda 30 ġurnata mill-jum tal-wasla tat-talba għall-ħlas kif hemm referenza dwar dan fl-ewwel subparagrafu tal-paagrafu 1 u li jispiċċa fil-jum ta' qabel il-ħlas tas-somma attwalment issekwestrata.

▼M4

Meta b'segwiment tar-riżultat tal-proċedura ta' l-appell il-parti kkonċernata tkun mitluba li tħallas fi żmien 30 ġurnata s-somma ssekwestrata, għall-iskopijiet biex ikun ikkalkolat l-imgħax, l-Istat Membru jista jikkonsidra li jagħmel ħlas nhar l-għoxrin ġurnata wara d-data ta' dik it-talba.

▼M3

Ir-rata ta' l-imgħax applikabbli hija kkalkulata bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, imma m'għandha fl-ebda każ tkun anqas mir-rata ta' l-imgħax applikabbli fil-każ ta' rkupru ta' l-ammonti nazzjonali.

L-aġenziji ta' ħlas għandhom inaqqsu l-imgħax imħallas mill-ispiża tal-Fond Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), bi qbil mad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 ( 39 ).

L-Istati Membri jistgħu perjodikalment jitolbu supplimentazzjoni tal-garanzija fir-rigward ta' l-imgħax involut.

Meta l-garanzija tkun ġiet issekwestrata u l-ammont diġa kkreditat lill-FAEGG u, b'segwiment tar-riżultat tal-proċedura ta' l-appell, is-somma ssekwestrata kollha kemm hi jew parti minha, inklużi l-imgħax fir-rata bi qbil mal-liġi nazzjonali, għandha tiġi mħallsa lura, is-somma li għandha titħallas lura għandha tkun merfuha mill-FAEGG sakemm il-ħlas mill-ġdid tal-garanzija ma jkunx attribwit għan-negliġenza jew żball serju ta' l-awtoritajiet amministrattivi jew ta' korpi oħra ta' l-Istat Membru.

▼B

L-Artikolu 30

Il-Kommissjoni tista’ skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE u fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, tipprovdi għal deroga mid-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq.



TITOLU VII

▼M4

Informazzjoni

L- Artikolu 31

1.  L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni, għal kull sena, in-numru totali u s-somma ta' garanziji ssekwestrati, tkun xi tkun il-fażi li tkun intlaħqet tal-proċedura fl-Artikolu 29, issir distinzjoni fiż-żewġ każijiet bejn dawk ikkreditati fuq il-budgets nazzjonali u dawk ikkreditati fuq il-budget tal-Komunità.

2.  L-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tinżamm għal dak li għandu x'jaqsam mal-garanziji kollha ssekwestrati għal ammont ta' aktar minn EUR 1 000 u għal kull disposizzjoni tal-Komunita li teħtieġ li garanzija tkun ippreżentata.

3.  L-informazzjoni għandha tkopri kemm somom imħallsa direttament mill-parti interessata u somom irkuprati bir-rilaxx tal-garanzija.

L- Artikolu 32

L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni segwenti disponibbli għall-Kummissjoni:

(a) it-tipi ta' l-istituzzjonijiet awtorizzati li jaġixxu bħala dawk li jagħmlu pleġġ u l-kondizzjonijiet stabbiliti;

(b) it-tipi tal-garanziji aċċettati permezz ta' l-Artikolu 8(2) u tal-kondizzjonijiet stabbiliti.

▼B

L-Artikolu 33

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1986.

Għandu japplika għall-garanziji mogħtija f’din id-data jew wara u għall-garanziji fi blokk wieħed li jintużaw f’din id-data jew wara sabiex jiġi żgurat illi jiġu rrispettati obbligu jew aktar.

Fuq it-talba tal-parti interessata, dan ir-Regolament għandu japplika għall-garanziji mogħtija qabel din id-data li ma ġewx irrilaxxajti jew intilfu bi dritt.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttamenti fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

( 2 ) ĠU L 107, tad-19.4.1984, p. 1.

( 3 ) ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 46.

( 4 ) ĠU L 163, tat-22.6.1985, p.12.

( 5 ) ĠU L 131, tas-26.5.1977, p. 6.

( 6 ) ĠU L 137, tas-27.5.1985, p. 9.

( 7 ) ĠU L 211, tal-31.7.1981, p. 2.

( 8 ) ĠU L 142, tad-29.5.1984, p. 1.

( 9 ) ĠU L 162, tat-12.6.1982, p. 28.

( 10 ) ĠU L 151, ta’ l-10.6.1985, p. 7.

( 11 ) ĠU L 164, ta’ l-24.6.1985, p. 6.

( 12 ) ĠU L 164 ta’ l-24.6 1985, p. 1.

( 13 ) ĠU C 172, tat-30.9.1966, pġ. 3025/66.

( 14 ) ĠU L 246, tal-5.11.71, pġ. 1.

( 15 ) ĠU L 282, ta' l-1.11.75, pġ. 1.

( 16 ) ĠU L 282, ta' l-1.11.75, pġ. 49.

( 17 ) ĠU L 282, ta' l-1.11.75, pġ. 77.

( 18 ) ĠU L 181, ta' l-1.7.92, pġ. 21.

( 19 ) ĠU L 215, tat-30.7.92, pġ. 70.

( 20 ) ĠU L 329, tat-30.12.95, pġ. 18.

( 21 ) ĠU L 63, tal-21.3.95, pġ. 1.

( 22 ) ĠU L 297, tal-21.11.96, pġ. 1.

( 23 ) ĠU L 297, tal-21.11.96, pġ. 1.

( 24 ) ĠU L 160, tas-26.6.99, pġ. 21.

( 25 ) ĠU L 160, tas-26.6.99, pġ. 48.

( 26 ) ĠU L 179, ta' l-14.7.99, pġ. 1.

( 27 ) ĠU L 17, tal-21.1.00, pġ. 22.

( 28 ) ĠU L 193, tad-29.7.2000, pġ. 16.

( 29 ) ĠU L 178, tat-30.6.1, pġ. 1.

( 30 ) ĠU L 341, tat-22.12.1, pġ. 3.

( 31 ) ĠU L 97, tal-15.4.3, pġ. 6.

( 32 ) ĠU L 270, tal-21.10.3, pġ. 1.

( 33 ) ĠU L 148, ta' l-1.6.1, pġ. 3.

( 34 ) ĠU L 160, tas-26.6.99, p. 1.

( 35 ) ĠU L 297, tal-21.11.96, p. 49.

( 36 ) ĠU L 318, ta' l-20.12.93, p. 18.

( 37 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

( 38 ) OJ L 365, 21.12.2006, p. 52.

( 39 ) ĠU Nru L 50, tat-22.2.1978, p. 1.