|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3945 |
16.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Lulju 2025
li tissostitwixxi membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għall-Belġju
(C/2025/3945)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tat-23 ta' Settembru 2024 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għall-perjodu mill-25 ta' Settembru 2024 sal-24 ta' Settembru 2026. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Sihame FATTAH, sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tat-trade unions. |
|
(3) |
Il-Belġju nnomina kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Marie HANSE hija maħtura membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema minflok is-Sa Sihame FATTAH għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-24 ta' Settembru 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(2) ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-23 ta' Settembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C, C/2024/5865, 27.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5865/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3945/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)