|
23.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 434/52 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2198
tat-22 ta’ Diċembru 2020
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628 li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar Salvagwardji u Regoli Komuni għall-esportazzjoni,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1628 (3), il-Kummissjoni introduċiet sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant. |
|
(2) |
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628 il-prodott ikkonċernat ikopri l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli li jinsabu fl-Etil tert-butil etere (ETBE), iżda l-kodiċi NM korrispondenti għal “ETBE” huwa nieqes mil-lista tal-kodiċijiet NM fit-Tabella tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628. Għalhekk, il-kodiċi NM ex 2909 19 10 irid jiżdied billi tiġi emendata t-Tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628, |
|
(3) |
Il-Kummissjoni tqis li l-iżball ma joħloq l-ebda tħassib billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1628 irrefera għal “etanol rinnovabbli użat bħala karburant” bħala l-prodott soġġett għal sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni u l-kodiċijiet NM u TARIC ġew ipprovduti għall-informazzjoni biss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1628 jinbidel b’dan li ġej:
|
“KODIĊI NM |
ESTENSJONIJIET TAL-KODIĊI TARIC |
|
ex 2207 10 00 |
11 |
|
ex 2207 20 00 |
11 |
|
ex 2208 90 99 |
11 |
|
ex 2710 12 21 |
10 |
|
ex 2710 12 25 |
10 |
|
ex 2710 12 31 |
10 |
|
ex 2710 12 41 |
10 |
|
ex 2710 12 45 |
10 |
|
ex 2710 12 49 |
10 |
|
ex 2710 12 50 |
10 |
|
ex 2710 12 70 |
10 |
|
ex 2710 12 90 |
10 |
|
ex 2909 19 10 |
10 |
|
ex 3814 00 10 |
10 |
|
ex 3814 00 90 |
70 |
|
ex 3820 00 00 |
10 |
|
ex 3824 99 92 |
66” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) ĠU L 123, 19.5.2015, p.33.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1628 tat-3 ta’ Novembru 2020 li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 12).