<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑338/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0338</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2092">EU:C:2014:2092</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>4</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20140717">17.7.2014</DATE> — KAWŻA C‑338/13</P><P>NOORZIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/86/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(5)</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li titlob li l-isponsor u l-konjuġi jkunu għalqu l-età ta’ 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni konformi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑338/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20130529">29 ta’ Mejju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Marjan Noorzia</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesministerin für Inneres,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, J. L. da Cruz Vilaça, G. Arestis, J.‑C. Bonichot u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Noorzia, minn L. Binder, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn M. Michelogiannaki, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande u W. Bogensberger, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn M. Noorzia u l-Bundesministerin für Inneres (Ministru Federali tal-Intern, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Bundesministerin<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar iċ-ċaħda minn din tal-aħħar tal-applikazzjoni tagħha intiża sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/86 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>[L]-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul u r-residenza, skond din id-Direttiva u suġġetti għal konformita mal-kondizzjonijiet preskritti fil-Kapitolu IV, kif ukoll l-Artikolu 16, tal-membri tal-familja li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-konjugi ta’ l-isponsor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Biex tkun żgurata integrazzjoni aħjar u jkunu impeduti żwiġijiet furzati Stati Membri jistgħu jirrikjedu l-isponsor u l-mara tiegħu/r-raġel tagħha li jkunu ta’ età minima, u għal massimu ta’ 21 sena, qabel ma l-konjugi ikun jista’ jingħaqad miegħu/magħha.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><P>4 Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li liġi applikabbli għall-kawża prinċipali hija l-Liġi dwar l-istabbiliment u r-residenza tal-barranin (Niederlassungs- und Aufenthaltsgesetz, BGBl. I, 100/2005, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>NAG<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>.</P><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali (BGBl. I, 111/2010), l-Artikolu 46(4) tan-NAG jipprevedi li għandha tingħata, taħt ċerti kundizzjonijiet, awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment lill-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ Stati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt 9 tal-Artikolu 2(1) tan-NAG jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Membru tal-familja: il-konjuġi, il-wild minorenni mhux miżżewweġ, inkluż il-wild adottat, l-iben tar-rispett jew il-bint tar-rispett (nukleu tal-familja); kif ukoll l-imsieħba rreġistrati; il-konjuġi u l-imsieħba rreġistrati jridu jkunu diġà għalqu 21 sena meta jissottomettu l-applikazzjoni; fil-każ ta’ żwieġ poligamu, jekk wieħed mill-konjuġi diġà jgħix mal-isponsor fit-territorju federali, il-konjuġi l-oħra ma humiex membri tal-familja li għandhom id-dritt għal permess ta’ residenza.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>M. Noorzia, li twieldet fl-<DATE ISO="19890101">1 ta’ Jannar 1989</DATE>, hija ċittadina Afgana li applikat, fit-<DATE ISO="20100903">3 ta’ Settembru 2010</DATE>, għal awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja ma’ żewġha, li twieled fl-<DATE ISO="19900101">1 ta’ Jannar 1990</DATE> u li huwa wkoll ċittadin Afgan u residenti fl-Awstrija.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Bundesministerin ċaħdet din l-applikazzjoni permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20110309">9 ta’ Marzu 2011</DATE> peress li, minkejja li r-raġel ta’ M. Noorzia għalaq 21 sena fl-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, fl-ambaxxata tal-Awstrija f’Islamabad (il-Pakistan), huwa ma kienx għadu għalaq din l-età u li, konsegwentement, ma ġietx issodisfatta kundizzjoni speċifika għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Bundesministerin sostniet li l-kundizzjoni li persuna tkun għalqet l-età ta’ 21 sena fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni kienet konformi mad-Direttiva 2003/86.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, adita bl-appell ta’ M. Noorzia kontra d-deċiżjoni tal-Bundesministerin, tqis li l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/86 ma tindikax b’mod ċar il-mument li mill-perspettiva tiegħu għandu jiġi evalwat jekk persuna tkun għalqitx l-età minima ta’ 21 sena prevista f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva [2003/86] [...] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni [tad-dritt nazzjonali] li tipprevedi li l-konjuġi u l-imsieħba [rreġistrati] għandhom ikunu għalqu 21 sena fil-mument li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni sabiex jitqiesu bħala membri tal-familja eliġibbli għal riunifikazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi osservat li, sabiex tiġi żgurata integrazzjoni aħjar u jiġu evitati żwiġijiet furzati, l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/86 jippermetti lill-Istati Membri li jiffissaw età minima, li ma tistax tkun iktar minn 21 sena, u li trid tkun intlaħqet mill-isponsor u mill-konjuġi tiegħu qabel ma l-konjuġi jkun jista’ jingħaqad mal-isponsor.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tiddefinixxix id-data li mill-perspettiva tagħha l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu jekk il-kundizzjoni dwar din l-età minima hijiex issodisfatta, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/86 għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-konjuġi u l-imsieħba rreġistrati għandhom ikunu għalqu 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sabiex jitqiesu bħala membri tal-familja eliġibbli għal riunifikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, billi ma ppreċiżax jekk l-awtoritajiet nazzjonali għandhomx, sabiex jiddeterminaw jekk il-kundizzjoni dwar din l-età minima hijiex issodisfatta, jikkunsidraw il-kwistjoni mill-perspettiva tad-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja jew tad-data li fiha tittieħed id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jħalli lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni, bil-kundizzjoni li ma tiġix ippreġudikata l-effettività tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-età minima ffissata mill-Istati Membri bis-saħħa tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/86 tikkorrispondi, fl-aħħar mill-aħħar, għall-età li fiha, skont l-Istat Membru kkonċernat, persuna titqies li kisbet maturità suffiċjenti mhux biss sabiex tirrifjuta żwieġ furzat iżda wkoll sabiex tagħżel volontarjament li tistabbilixxi ruħha f’pajjiż ieħor mal-konjuġi tagħha, sabiex hemmhekk tgħix miegħu ħajja tal-familja u tintegra ruħha.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, għandu jiġi kkonstatat li miżura bħal dik fil-kawża prinċipali, li tirrikjedi li l-isponsor u l-konjuġi tiegħu jkunu għalqu l-età minima mitluba fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, ma twaqqafx l-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja u lanqas ma tirrendi dan l-eżerċizzju eċċessivament diffiċli. Barra minn hekk, tali miżura ma taffettwax l-għan tal-prevenzjoni ta’ żwiġijiet furzati peress li hija tippermetti li jiġi preżunt li, minħabba maturità ikbar, ser ikun inqas faċli li l-persuni kkonċernati jiġu influwenzati sabiex jikkonkludu żwieġ furzat u jaċċettaw ir-riunifikazzjoni tal-familja jekk jiġi mitlub li jkunu għalqu l-età ta’ 21 sena fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni milli jekk ikunu għadhom ma għalqux din l-età fid-data msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tad-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjoni tal-età minima hijiex issodisfatta huwa konformi mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif osserva l-Gvern Awstrijak, il-kriterju marbut mad-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni jippermetti li jiġi ggarantit trattament identiku lill-applikanti kollha li jinsabu kronoloġikament fl-istess sitwazzjoni, billi jiġi żgurat li s-suċċess tal-applikazzjoni jkun jiddependi prinċipalment minn ċirkustanzi imputabbli lill-applikant u mhux lill-amministrazzjoni, bħal pereżempju ż-żmien meħud għall-ipproċessar tal-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-konjuġi u l-imsieħba rreġistrati għandhom ikunu għalqu 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sabiex jitqiesu li huma membri tal-familja eliġibbli għal riunifikazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-konjuġi u l-imsieħba rreġistrati għandhom ikunu għalqu 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sabiex jitqiesu li huma membri tal-familja eliġibbli għal riunifikazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>