1981D0121 — MT — 01.01.2003 — 009.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-3 ta' Marzu 1981

dwar l-għoti ta' allowances ta' kuljum u r-rimbors ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, is-supplenti u l-esperti

(81/121/KEE)

(ĠU L 067, 12.3.1981, p.29)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COUNCIL DECISION of 3 December 1982 (*)

  L 368

39

28.12.1982

 M2

COUNCIL DECISION of 19 July 1984 (*)

  L 208

52

3.8.1984

 M3

COUNCIL DECISION of 5 December 1985 (*)

  L 334

24

12.12.1985

 M4

COUNCIL DECISION of 19 December 1988 (*)

  L 356

73

24.12.1988

►M5

COUNCIL DECISION of 29 April 1992 (*)

  L 124

39

9.5.1992

 M6

COUNCIL DECISION of 29 June 1995 (*)

  L 205

38

31.8.1995

►M7

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tas-7 ta' Mejju 2001

  L 130

39

12.5.2001



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-3 ta' Marzu 1981

dwar l-għoti ta' allowances ta' kuljum u r-rimbors ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, is-supplenti u l-esperti

(81/121/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda, b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi għandhom jiġu stabbiliti proċeduri dwar l-għoti ta' allowances ta' kuljum u għar-rimbors ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, kif ukoll tas-supplenti u l-esperti fis-sens tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-13 ta' Ġunju 1974 ( 1 ), kif emendati fit-22 ta' Lulju 1980 ( 2 ),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, is-supplenti u l-esperti għandhom ikunu intitolati biex jirċievu allowance ta' kuljum għall-ġranet mogħddija f'laqgħat jew vjaġġi, kif għar-rimbors ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar f'konformità mad-disposizzjonijiet t'hawn taħt.

▼M7

Artikolu 2

1.  L-allowance ta' kull jum għal kull jum ta' vjaġġar għandha tkun:

— EUR 120 għall-membri u s-sostituti.

2.  L-allowance ta' kull jum għal kull jum ta' laqgħat għandha tkun:

— EUR 181 għall-membri u s-sostituti.

3.  Fejn il-benefiċjarju jforni prova sodisfaċenti li jkun għamel spiża biex għadda l-lejl fil-post tax-xogħol, huwa għandu jitħallas allowance supplimentari ta' kull jum ta' EUR 25.

▼B

Artikolu 3

1.  Iż-żmien li għandu jkun ikkunsidrat għar-rimbors ta' ġranet ta' vvjaġġar għandu jkun stabbilit fuq rata fissa għal żjajjar bir-ritorn f'konformità mal-kalkoli li ġejjin:

— tliet kwarti ta' ġurnata għal distanza ta' aktar minn 100 kilometru sa massimu ta' 200 kilometru,

— ġurnata sħiħa għal distanza ta' aktar minn 200 kilometru sa massimu ta' 500 kilometru,

— ġurnata u nofs għal distanza ta' aktar minn 500 kilometru sa massimu ta' 1 000 kilometru,

— jumejn għal distanza ta' aktar minn 1 000 kilometru.

 

The daily allowance per travel day shall amount to:

— Bfrs 4 450 for members

— Bfrs 3 000 for alternates and experts.

 ◄

Artikolu 4

1.  L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar għandhom jiġu rimborsati f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1981, waqt li jkun mifhum ukoll li s-supplenti għandhom jirċievu l-istess trattament bħall-membri u l-esperti.

2.  Madankollu, l-ivvjaġġar bl-ajru tal-membri, is-supplenti u l-esperti għandu jiġi rimborsat fuq il-bażi ta' noll ta' klassi ta' turist, ħlief fil-każ tal-president min-naħa l-waħda u tal-viċi-president min-naħa l-oħra, li jkunu fuq xi missjoni uffiċjali, li huma ntitolati għal rimbors tan-noll ta' l-ewwel klassi.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1981.



( 1 ) ĠU No L 228, tad-19.8.1974, p. 1.

( 2 ) ĠU No L 366, tal-31.12.1980, p. 30.