|
12.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/4 |
Notifika minnminn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9898 — Archer-Daniels-Midland/Marfrig Global Foods/Plantplus Foods)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 264/04)
1.
Fit-3 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Archer-Daniels-Midland Company (“ADM”, l-Istati Uniti tal-Amerka), kumpanija pubblika, |
|
— |
Marfrig Global Foods S.A (“Marfrig”, il-Brażil), |
|
— |
PlantPlus Food LLC (“PlantPlus Food”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn ADM u Marfrig. |
ADM u Marfrig jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ PlantPlus Food.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ADM: l-ipproċessar ta’ żrieragħ żejtnija, qamħirrum, zokkor, qamħ u komoditajiet agrikoli oħrajn u manifattur ta’ żjut u xaħmijiet veġetali, proteina veġetali, grixa, qamħirrum, sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, dqiq, bijodiżil, etanol, u ikel u għalf ieħor b’valur miżjud. ADM għandha operazzjonijiet mad-dinja kollha. |
|
— |
Marfrig: producing beef and beef patty producer. Marfrig hija produttur globali ewlieni ta’ prodotti tal-laħam li huma lesti biex jittieklu bħal-laħam taċ-ċanga fil-bottijiet, laħam taċ-ċanga jerky, zlazi u qratas, |
|
— |
PlantPlus Food: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-ikel lesti bbażati fuq il-proteini veġetali li jixbħu ċ-ċanga, il-majjal u t-tiġieġ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9898 — Archer-Daniels-Midland/Marfrig Global Foods/Plantplus Foods
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).