19.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 365/87


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1356/2014

tas-17 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fejn jidħol l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-settur tal-laħam tat-tjur u fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 183 tiegħu,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-settur tal-laħam tat-tjur u fis-settur tal-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li jwasslu biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur u tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-bżonn li jeżisti li din il-miżura tiġi applikata eżatt malli tkun disponibbli d-dejta aġġornata, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 1995, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ, 70 % lesti għall-bejgħ, iffriżati

125,5

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ, 65 % lesti għall-bejgħ, iffriżati

145,2

0

AR

151,5

0

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam, ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati

328,6

0

AR

246,8

16

BR

343,8

0

CL

278,1

7

TH

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

208,7

1

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

136

2

BR

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjan, iffriżati

361,5

0

BR

516,1

0

CL

1602 32 11

Preparazzjonijiet mhux imsajra ta' sriedaq jew ta' tiġieġ

252,3

10

BR


(1)  Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘oriġini oħrajn’.”