|
17.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/31 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Settembru 2011
li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għall-gażolji u l-kerosin
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6422)
(2011/544/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tal-gażolji u l-kerosin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 (2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Biex is-suq intern jiffunzjona sewwa, u b’mod partikolari biex ma jkunx hemm evażjoni ta’ taxxa, id-Direttiva 95/60/KE tipprovdi għal sistema komuni ta’ immarkar għall-identifikazzjoni tal-gażolji, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 00 69 , u l-kerosin, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2710 00 55 , li nħarġu għall-konsum eżenti mis-sisa, jew suġġetti għal rata ta’ sisa mnaqqsa. Mill-2002, l-ewwel kodiċi nqasam fil-kodiċijiet NM 2710 19 41 , 2710 19 45 u 2710 19 49 , sabeix jittieħed kont tal-kontenut ta’ sulfat fil-gażolju, u t-tieni kodiċi ġie traspost bħala kodiċi NM 2710 19 25 . |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/428/KE tat-22 ta’ Ġunju 2006 li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għall-gażolji u l-kerosin (2) stabbiliet il-prodott identifikat bl-isem xjentifiku ta’ N-Ethyl-N-[2-(1-isobutoxyethoxy)ethyl]-4-(phenylazo)aniline (Solvent Yellow 124) bħala l-indikatur fiskali komuni stipulat bid-Direttiva 95/60/KE, għall-immarkar tal-gażolji u l-kerosin li ma ġewx intaxxati bir-rata sħiħa applikabbli għal prodotti tal-enerġija li jintużaw bħala fjuwil ta’ tagħmir tal-ġarr. |
|
(3) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/428/KE jitlob li d-Deċiżjoni 2006/428/KE tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi fil-qasam tas-sistemi ta’ mmarkar u billi titqies il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-frodi ta’ żjut minerali eżenti mis-sisa, jew suġġetti għal rata ta’ sisa mnaqqsa. |
|
(4) |
Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni saret konsultazzjoni mal-Istati Membri. L-Istati Membri huma ġeneralment sodisfatti li Solvent Yellow 124 leħaq l-objettivi tiegħu li jiġi miġġieled l-użu bi frodi ta’ żjut minerali eżenti mis-sisa, jew suġġetti għal rata ta’ sisa mnaqqsa. |
|
(5) |
Ma ġewx irrappurtati problemi fir-rigward tal-effetti fuq is-saħħa u l-ambjent bl-użu ta’ Solvent Yellow 124. |
|
(6) |
Ma ġie ppreżentat s’issa ebda prodott alternattiv, bħala sostitut potenzjali għal Solvent Yellow 124, li jissodisfa l-kriterji kollha li fuqhom intgħażel Solvent Yellow 124 bħala l-indikatur fiskali komuni, bl-appoġġ tal-informazzjoni xjentifika rilevanti. |
|
(7) |
Solvent Yellow 124 għandu jibqa’ jiġi użat bħala l-indikatur fiskali komuni fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 95/60/KE u suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva. |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni ma tħoll lill-ebda impriża mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 102 tat-Trattat. |
|
(9) |
L-opportunitajiet offruti mill-iżviluppi futuri fix-xjenza għandhom jiġu kkunsidrati billi jiġi stabbilit limitu ta’ żmien għar-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Iżda, reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha ssir f’kull ħin qabel dan il-limitu ta’ żmien jekk Solvent Yellow 124 jinstab li qed jikkawża żieda fl-evażjoni fiskali jew ħsara addizzjonali fuq is-saħħa jew l-ambjent. |
|
(11) |
Fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza, id-Deċiżjoni 2006/428/KE għandha tiġi sostitwita. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-indikatur fiskali komuni stipulat bid-Direttiva 95/60/KE, għall-immarkar tal-gażolji kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 41 , 2710 19 45 , u 2710 19 49 , kif ukoll tal-kerosin li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2710 19 25 , għandu jkun Solvent Yellow 124, kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
L-Istati Membri għandhom jiffissaw livell ta’ immarkar ta’ mill-anqas 6 mg u mhux aktar minn 9 mg ta’ indikatur għal kull litru ta’ żejt minerali.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, filwaqt li jitqiesu żviluppi tekniċi fil-qasam tas-sistemi ta’ immarkar u l-ħtieġa li jiġi miġġieled l-użu bi frodi ta’ prodotti tal-enerġija eżenti mis-sisa jew suġġetti għal rata ta’ sisa mnaqqsa.
Se ssir reviżjoni qabel il-waqt jekk jinstab li Solvent Yellow 124 qed jikkawża żieda fl-evażjoni tat-taxxa jew ħsara addizzjonali fuq is-saħħa jew l-ambjent.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2006/428/KE hija rrevokata.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
1.
Identifikazzjoni skont l-Indiċi tal-Kulur: Solvent Yellow 124
2.
L-isem xjentifiku: N-Ethyl-N-[2-(1-isobutoxyethoxy)ethyl]-4-(phenylazo)aniline.