|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1752
tal-1 ta’ Ottubru 2021
li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu, tal-verifika u tar-rapportar tad-data dwar il-ġbir separat tal-iskart ta’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(3) u 13(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2019/904 tistabbilixxi miri għall-ġbir separat għar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness ta’ dik id-Direttiva (“skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss”). Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/904, il-mira għall-2025 hija 77 % skont il-piż ta’ dawn il-fliexken kollha li jintużaw darba biss li jitqiegħdu fis-suq u l-mira għall-2029 hija 90 %. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u għall-verifika ta’ dawk il-miri ta’ ġbir separat u l-format li fih l-Istati Membri jridu jirrapportaw id-data dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss li jkun nġabar separatament kull sena. |
|
(2) |
Biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-data, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għad-determinazzjoni tal-punti fejn jitkejjel il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur. Jenħtieġ li dawk ir-regoli jqisu l-prattiki tal-ġbir separat eżistenti u l-ammont ta’ materjali u sustanzi oħra preżenti fl-iskart miġbur flimkien ma’ dawn il-fliexken. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-data li trid tiġi rrapportata, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti regoli dettaljati dwar kif iridu jiġu applikati ż-żewġ metodi alternattivi, imsemmija fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/904, għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ dawn il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħed fis-suq. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-akkuratezza tad-data dwar il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur, jenħtieġ li l-format tar-rapportar jiżgura li l-parametri kollha rilevanti għall-kalkolu tal-ammont tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament jiġu identifikati u li tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-metodoloġiji applikati għall-kalkolu u għall-verifika tad-data għal dawk il-parametri. |
|
(5) |
Filwaqt li l-obbligu ta’ ġbir separat ta’ skart jirrikjedi li l-iskart jinżamm separat skont it-tip u n-natura, jenħtieġ li jkun possibbli li jinġabru ċerti tipi ta’ skart flimkien sakemm dan ma jimpedixxix riċiklaġġ ta’ kwalità għolja f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart skont l-Artikolu 10(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE. |
|
(6) |
Il-metodoloġija għall-kalkolu u għall-verifika tal-miri tal-ġbir separat għall-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss imsemmija fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva (UE) 2019/904 hija marbuta mill-qrib mal-format għar-rapportar dwar it-tali ġbir separat imsemmi fl-Artikolu 13(4) ta’ dik id-Direttiva fid-dawl tas-suġġett ta’ dawk il-miżuri u l-kuntest li fih iridu japplikaw. Għalhekk jixraq li jiġi adottat dan l-att abbażi ta’ dawk iż-żewġ dispożizzjonijiet sabiex tiġi żgurata koerenza bejn ir-regoli dwar il-kalkolu, il-verifika u r-rapportar dwar il-ġbir separat tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dawk ir-regoli. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Metodoloġija għall-kalkolu u għar-rapportar tal-ammont ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament
1. L-ammont ta’ skart ta’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss miġbur separatament elenkat fil-Parti F tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 (“skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss”) għandu jiġi kkalkulat billi jiġi diviż il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament bil-piż ta’ dawk il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq (“fliexken li jintużaw darba biss mqiegħda fis-suq”). Il-proporzjon li jirriżulta għandu jiġi espress f’perċentwali.
2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-formuli stabbiliti fl-Anness I biex jikkalkulaw l-ammont ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba miġbur separatament.
Artikolu 2
Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-piż ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament
1. Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss għandu jinkludi l-piż tat-tappijiet u l-għotjien tagħhom.
2. Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss ma għandux jinkludi l-piż ta’ kwalunkwe xarba li jifdal.
3. Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss jista’ jinkludi l-piż tat-tikketti u tal-adeżivi biss jekk ikun inkluż ukoll fil-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq.
4. Il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss għandu jitqies bħala miġbur separatament meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss ikun inġabar separatament għar-riċiklaġġ minn kwalunkwe skart ieħor; |
|
(b) |
l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss ikun inġabar flimkien ma’ skart ieħor ta’ frazzjonijiet ta’ imballaġġ ta’ skart muniċipali jew ma’ frazzjonijiet tal-plastik, tal-metall, tal-karta jew tal-ħġieġ li mhumiex imballaġġ ta’ skart muniċipali miġbur separatament għar-riċiklaġġ, u
|
5. Is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità msemmijin fil-paragrafu 4, il-punt (b)(iii) għandhom:
|
(a) |
iqisu l-adegwatezza tal-persunal, l-għarfien u l-ħiliet tagħhom, u l-organizzazzjoni tal-bini u tat-tagħmir sa fejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i) u (ii); |
|
(b) |
iwettqu l-operazzjonijiet ta’ verifika skont l-istruzzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti minn qabel; |
|
(c) |
jiġu ċċertifikati minn parti terza indipendenti. |
6. Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss li jinġabar separatament skont il-paragrafu 4, il-punt (a), għandu jitkejjel fil-punt fejn jinġabar jew fl-output tal-operazzjonijiet ta’ separazzjoni. Il-piż ta’ dan l-iskart tal-fliexken jista’ jiġi kkalkulat billi jingħaddu l-fliexken sakemm jiġu applikati fatturi ta’ konverżjoni li jqisu l-piż ta’ kull daqs tal-fliexken, it-tip ta’ polimeru tal-fliexken u l-għotjien u t-tappijiet kif ukoll it-telf fl-operazzjonijiet ta’ separazzjoni sussegwenti.
7. Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament skont il-paragrafu 4, il-punt (b), għandu jitkejjel fl-output tal-operazzjonijiet ta’ separazzjoni fejn jiġu separati mill-iskart l-ieħor li miegħu jkunu nġabru.
8. Fejn l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss u skart ta’ imballaġġ ieħor tal-istess polimeru jkunu preżenti fl-output ta’ operazzjoni ta’ separazzjoni, il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss għandu jkun proporzjonali għas-sehem tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss fl-input ta’ operazzjoni ta’ separazzjoni. Dak is-sehem għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ kampjunar rappreżentattiv u analiżi tal-kompożizzjoni sussegwenti jew bl-użu ta’ reġistri elettroniċi.
Artikolu 3
Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq
1. Il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss mqiegħda fis-suq għandu jinkludi biss il-piż ta’ tali fliexken li tqiegħdu fis-suq wara li jkunu mtlew bix-xorb.
2. Il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss mqiegħda fis-suq jista’, fejn ikun hemm importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew movimenti oħra sinifikanti fl-Unjoni ta’ tali fliexken minn operaturi jew minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom, jiġi aġġustat sabiex iqis it-tali movimenti.
3. F’każijiet fejn l-Istati Membri jiddeterminaw il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq abbażi tal-piż tal-iskart iġġenerat minn tali prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2019/904, il-piż ta’ dak l-iskart għandu jinkludi dan li ġej:
|
(a) |
l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament, irrispettivament minn jekk jissodisfax jew le r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4), il-punti (a) u (b); |
|
(b) |
l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat; |
|
(c) |
l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormi bħala żibel barra mis-sistemi tal-ġbir tal-iskart, irrispettivament minn jekk ikunx inġabar sussegwentement. |
Il-piż tal-fliexken imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata l-metodoloġija tal-kampjunar u l-analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart stabbiliti fl-Artikolu 4.
Artikolu 4
Metodoloġija tal-kampjunar u analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart biex jiġi kkalkulat il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat jew mormi bħala żibel
1. Il-ġbir ta’ data għall-analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart għandu jkun ibbażat fuq stħarriġ u ġbir ta’ kampjuni rappreżentattivi. Dan il-ġbir ta’ data għandu jqis:
|
(a) |
il-varjazzjonijiet staġonali tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormi bħala żibel barra mis-sistemi tal-ġbir tal-iskart; |
|
(b) |
il-varjazzjonijiet fil-livelli ta’ urbanizzazzjoni; |
|
(c) |
il-varjazzjonijiet fil-frekwenza, fit-tipi u fil-post tal-ġbir tal-iskart muniċipali. |
2. Il-ġbir ta’ data u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru t-territorju kollu ta’ Stat Membru partikolari.
Artikolu 5
Ġbir u rapportar ta’ data
1. Il-ġbir ta’ data għall-kalkolu tal-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss u tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 għandu jsir kull sena. Sa fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw reġistri elettroniċi biex jiġbru u jirrapportaw id-data.
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data msemmija fl-Artikolu 13(1), il-punt (c) tad-Direttiva (UE) 2019/904 fil-format stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni u jissottomettu r-rapport ta’ verifika tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ dik id-data fil-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data rrapportata mill-Istati Membri sakemm Stat Membru ma jipprovdix talba ġustifikata fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 biex ma tiġix ippubblikata ċerta data.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
ANNESS I
FORMULI GĦALL-KALKOLU TAL-AMMONT TAL-ISKART TA’ FLIEXKEN LI JINTUŻAW DARBA BISS MIĠBUR SEPARATAMENT
ASCB = (WSCB apart + WSCB blended)/(WBPM + WEWG) × 100 %
Fejn:
|
ASCB |
tfisser l-ammont ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
|
WSCB apart |
tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ minn kwalunkwe skart ieħor skont l-Artikolu 2(4), il-punt (a) |
|
WSCB blended |
tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ flimkien ma’ skart ieħor skont l-Artikolu 2(4), il-punt (b) |
|
WBPM |
tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) u (2) |
|
WEWG |
tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u ddeterminat abbażi tal-piż tal-iskart iġġenerat mit-tali prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) |
WBPM = WBPM gross – WB out + WB in
|
WBPM gross |
tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) |
|
WB out |
tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati jew trasferiti lejn Stati Membri oħra minn operaturi jew minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) |
|
WB in |
tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati jew riċevuti minn Stati Membri oħra minn operaturi jew minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) |
WB out = W B out moved to other MS + W B out exp + W B out moved to other MS by natural persons + W B out by natural persons
|
W B out moved to other MS |
tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti lejn Stati Membri oħra minn operaturi |
|
W B out exp |
tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati minn operaturi |
|
W B out moved to other MS by natural persons |
tfisser il-piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom |
|
W B out by natural persons |
tfisser il-piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom |
WB in = W B in from other MS + W B in imported + W B in moved from other MS by natural persons + W B in by natural persons
|
W B in from other MS |
tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew riċevuti minn Stati Membri oħra minn operaturi |
|
W B in imported |
tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati minn operaturi |
|
W B in moved from other MS by natural persons |
tfisser il-piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti minn Stat Membru ieħor minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom |
|
W B in by natural persons |
tfisser il-piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom |
WEWG = TWSCB + Wother SCB + WMSW + Wlitter
|
TWSCB |
tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4), il-punti (a) u (b) kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), il-punt (a) |
|
Wother SCB |
tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ mhux skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4), il-punti (a) u (b) kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), il-punt (a) |
|
WMSW |
tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), il-punt (b) |
|
Wlitter |
tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormi kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), il-punt (c). |
ANNESS II
FORMAT GĦAR-RAPPORTAR TAD-DATA
I. Format għar-rapportar tad-data kkalkulata abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 3
Tabella 1
Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ikkalkulat skont l-Artikolu 3 (f’tunnellati)
|
PAJJIŻ: |
|
|
SENA TA’ REFERENZA: |
|
|
Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss f’tunnellati kkalkulat skont l-Artikolu 3(1) |
|
|
Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq (1) |
|
|
Aġġustament tal-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2) |
|
|
Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati minn operaturi (2) |
|
|
Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew riċevuti minn Stati Membri oħra minn operaturi (3) |
|
|
Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati minn operaturi (4) |
|
|
Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti lejn Stati Membri oħra minn operaturi (5) |
|
|
Piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom (6) |
|
|
Piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom (7) |
|
|
Piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti minn Stat Membru ieħor minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom (8) |
|
|
Piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti minn Stat Membru ieħor minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom (9) |
|
|
Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq aġġustat (10) |
|
|
|
|
|
Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq iddeterminat abbażi tal-piż ta’ skart iġġenerat mit-tali prodotti kkalkulat skont l-Artikolu 3(3) |
|
|
Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4)(a) u (b) (11) |
|
|
Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament mhux skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4)(a) u (b) (12) |
|
|
Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat (13) |
|
|
Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormi (14) |
|
|
Noti: Kaxxi bi sfumatura skura: Ir-rapportar huwa volontarju |
|
II. Format għar-rapportar tad-data kkalkulata abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 2(4)
Tabella 2
Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ ikkalkulat skont l-Artikolu 2(4) (f’tunnellati)
|
PAJJIŻ: |
|
||
|
SENA TA’ REFERENZA: |
|
||
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Noti: |
|||
(1) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(1). (W BPM gross )
(2) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B in imported )
(3) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B in from other MS)
(4) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B out exp )
(5) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B out moved to other MS )
(6) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B out by natural persons )
(7) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B in by natural persons )
(8) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B out moved to other MS by natural persons )
(9) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B in moved from other MS by natural persons)
(10) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W BPM )
(11) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(3), il-punt (a). (TW SCB )
(12) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(3), il-punt (a). (W other SCB )
(13) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(3), il-punt (b). (W MSW )
(14) Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(3), il-punt (c). (W litter )
(15) Ikkalkulat skont l-Artikolu 2(4), il-punt (a). (W SCB apart)
(16) Miġbur flimkien ma’ skart ieħor ta’ frazzjonijiet ta’ imballaġġ ta’ skart muniċipali jew ma’ frazzjonijiet tal-plastik, tal-metall, tal-karta jew tal-ħġieġ li mhumiex imballaġġ u li mhumiex perikolużi ta’ skart muniċipali miġbur separatament għar-riċiklaġġ u kkalkulat skont l-Artikolu 2(4), il-punt (b). (W SCB blended)
ANNESS III
FORMAT GĦAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA TAL-KWALITÀ
I. Informazzjoni ġenerali
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
II. Deskrizzjoni tal-istituzzjonijiet involuti fil-ġbir tad-data
|
Isem l-istituzzjoni |
Deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet ewlenin |
|
|
|
|
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ
III. Deskrizzjoni tal-metodi użati
3.1. Fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq (l-Anness II, it-Tabella 1)
3.1.1. Deskrizzjoni tal-metodoloġija għall-istħarriġ u l-analiżi tal-kompożizzjoni
Fejn il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq jiġi ddeterminat abbażi tal-piż tal-iskart iġġenerat mit-tali prodotti, deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-kampjunar u għall-analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 4.
|
|
Metodoloġija użata |
Varjazzjonijiet meqjusa |
|
Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat |
|
|
|
Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormija bħala żibel |
|
|
3.1.2. Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe inkonsistenza sinifikanti bejn il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u l-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat jew kwalunkwe kwistjoni relatata oħra
Fejn xieraq, deskrizzjoni tal-miżuri korrettivi ppjanati jew meħuda.
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ
3.2. Informazzjoni dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament (l-Anness II, it-Tabella 2)
3.2.1. Deskrizzjoni tal-metodi u tas-sorsi għad-determinazzjoni tal-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament
Spjega l-prattiki li jitqiesu għall-kalkolu tas-sehem ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament, u l-metodi biex jiġi ddeterminat li l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur flimkien ma’ skart ieħor huwa ta’ kwalità komparabbli mal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament minn kwalunkwe skart ieħor. Inkludi d-dokumentazzjoni tas-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u tal-verifika minn parti terza li huma stabbiliti mill-operaturi tal-iskart biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(4)(b), il-punti (i) u (ii) huma ssodisfati.
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ
IV. Sistema għall-verifika u għall-kontroll tad-data
4.1. Verifika tad-data dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament
|
Proċeduri ta’ verifika u ta’ kontroll |
Applikati għad-data dwar |
Kummenti addizzjonali, jekk rilevanti |
||||
|
Fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq (iva/le) |
Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss (iva/le) |
Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament minn skart ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 2(4), il-punt (a) (iva/le) |
Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur flimkien ma’ skart ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 2(4), il-punt (b) (iva/le) |
Aġġustament biex jitqiesu materjali oħra maqbuda mill-ġbir separat, li mhumiex parti mill-fliexken li jintużaw darba biss (1) (iva/le) |
||
|
Verifiki tal-kompletezza tad-data |
|
|
|
|
|
|
|
Kontroverifiki |
|
|
|
|
|
|
|
Verifiki tas-serje kronoloġika |
|
|
|
|
|
|
|
Verifiki tal-awditi |
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn (speċifika) |
|
|
|
|
|
|
4.2. Deskrizzjoni tal-fatturi ewlenin li jaffettwaw l-akkuratezza tad-data rrapportata dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss, il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u/jew l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament
|
Fatturi potenzjali li jaffettwaw l-affidabbiltà tad-data |
Fatturi |
Deskrizzjoni ta’ kif l-akkuratezza tad-data hija affettwata u liema metodoloġiji ġew applikati biex jiġi minimizzat l-impatt ta’ data mhux preċiża |
||
|
Fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq (iva/le) |
Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss (iva/le) |
Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament (iva/le) |
||
|
Erruri tal-kampjunar (2) (eż. koeffiċjenti tal-varjazzjoni) |
|
|
|
|
|
Erruri tal-kopertura (3) (eż. regoli de minimis, kopertura reġjonali) |
|
|
|
|
|
Erruri tal-kejl (4) (eż. unità tal-kejl, materjal li mhuwiex parti minn flixkun vojt li jintuża darba biss inkluż it-tappijiet u l-għotjien tiegħu) |
|
|
|
|
|
Strumenti tat-test għall-ġbir tad-data (5) (eż. ittestjar tal-kwestjonarji) |
|
|
|
|
|
Erruri tal-ipproċessar (6) (eż. identifikazzjoni tal-erruri, korrezzjoni tal-erruri) |
|
|
|
|
|
Erruri marbuta ma’ nuqqas ta’ tweġib (7) |
|
|
|
|
|
Erruri fl-għażla tal-mudell (8) |
|
|
|
|
|
Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) |
|
|
|
|
4.3. Spjegazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-validità tal-istħarriġ biex tinġabar data dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss, il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u/jew l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ
4.4. Differenzi fid-data rrapportata għas-snin ta’ referenza preċedenti
Bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu użat għas-sena ta’ referenza attwali meta mqabbel mal-metodu tal-kalkolu użat għas-snin ta’ referenza preċedenti, jekk hemm (b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk għandux jiġi sinjalat waqfien fis-serje għal sena speċifika).
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ
4.5. Spjegazzjoni għad-differenza fit-tunnellaġġ
Fejn id-data rrapportata turi varjazzjoni akbar minn 10 % fir-rigward tad-data sottomessa għas-sena ta’ referenza preċedenti.
Raġuni għad-differenza jew il-kawża sottostanti għad-differenzi fil-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss, il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u/jew l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament.
|
Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss, fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u/jew skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament |
Varjazzjoni (%) |
Raġuni ewlenija għall-varjazzjoni |
|
|
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ
V. Kunfidenzjalità
Ġustifikazzjoni għat-talba biex ma tiġix ippubblikata ċerta data f’dan ir-rapport, flimkien ma’ lista tal-partijiet speċifiċi li għalihom saret talba li ma jidhrux.
|
|
VI. Siti web, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin
Isem u url tas-siti, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet ewlenin relatati ma’ dan il-ġbir ta’ data.
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ
(1) Tikketti, adeżivi, residwi ta’ xorb li kien fil-fliexken u kwalunkwe materjal ieħor li mhuwiex parti mill-flixkun li jintuża darba biss jew mit-tappijiet u mill-għotjien tiegħu
(2) Iddeskrivi l-koeffiċjenti stmati tal-varjazzjoni u l-metodoloġiji applikati għall-istima tal-varjanza.
(3) Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri tal-kopertura.
(4) Iddeskrivi l-istrumenti biex jitnaqqsu r-riskji potenzjali u jiġu evitati l-erruri.
(5) Iddeskrivi l-istrumenti u l-metodoloġiji applikati biex jiġu żgurati l-kwalità u l-istrumenti rilevanti għall-ġbir tad-data.
(6) Iddeskrivi l-passi tal-ipproċessar bejn il-ġbir tad-data u l-produzzjoni tal-istatistika u elenka kwalunkwe errur tal-ipproċessar identifikat u l-firxa tiegħu.
(7) Iddeskrivi r-rati ta’ nuqqas ta’ tweġib għall-unitajiet u għall-punti għall-varjabbli ewlenin u l-metodi ta’ imputazzjoni (jekk hemm).
(8) Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri fl-għażla tal-mudell.