Official Journal L 352 , 28/12/1974 P. 0043 - 0044
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0035
Greek special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0131
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0035
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0065
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0065
Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 1974 li temenda d-Direttiva Nru 68/193/KEE dwar il-marketing tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli (74/648/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wata li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi, għar-raġunijiet mogħtija hawn taħt, għandhom isiru emendi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 68/193/KEE [3] tad-9 ta’ April 1968 dwar il-marketing tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli, kif emendata bid-Direttiva Nru 71/140/KEE [4]; Billi l-għan tad-Direttiva Nru 68/193/KEE għandu jiġi magħmul ċar; Billi l-Istati Membri jridu jiġu awtoriżżati li jiddistingwu bejn ċertu materjal standardtal-propagazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji differenti tal-kwalità; Billi ċerti reġjuni jibbenefikaw minn kundizzjonijiet partikolari li tant huma favorevoli għall-iżvilupp tal-materjal tal-propagazzjoni illi l-Istat Membru interessat għandu jiġi mogħti l-poter li jawtoriżża eżenzjonijiet rigward it-tul tal-materjal tal-propagazzjoni għall-produzzjoni u l-marketing fit-territorji tagħhom; Billi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tista’ tikkawża diffikultajiet għall-importazzjoni f’ċerti Stati Membri, ġaladarba wħud minnhom jeħtieġu lill-importaturi illi jfornu partikolaritajiet differenti; billi dawn il-partikolaritajiet għandhom għalhekk jiġu armonizzati; Billi l-emendi għall-Anness huma essenzjalment maħsuba għalbiex jippermettu l- applikazzjoni tad-Direttiva u, għal dawn ir-raġunijiet, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura tal-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija; Billi t-tkabbir tad-dwieli u l-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni jistgħu jkunu ta’ importanza ekonomika minima fi Stat Memrbu; billi l-Istat Membru interessat għandu għalhekk ikollu l-possibbiltà li jkun eżentati minn ħafna mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 68/193/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: L-Artikolu 2 Dan li ġej għandu jissostitwixxi l-Artikolu 1: "Din id-Direttiva għandha tapplika għall-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli (minn issa’l quddiem imsejjaħ "il-materjal tal-propagazzjoni") immarkitjat fil-Komunità." L-Artikolu 3 Il-paragrafu 1a li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 3: "1a L-Istati Membri jistgħu jissuddividu l-kategorija "materjal standard" stabbilita fl-Artikolu 2 fi klassijiet li jħarsu kondizzjonijiet speċjali. Dawn il-kondizzjonijiet speċjali, il-għoti ta’ l-isem jew il-limitu taż-żmien, jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura sabbilita fl-Artikolu 17." L-Artikolu 4 Is-subparagrafu (ċ) li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 3(4): "(ċ) jawtorizza lill-Istati Membri, minkejja l-Anness II(III)(1B) u (2B), sabiex inaqqsu t-tulijiet minimi stabbiliti tal-materjal tal-propagazzjoni, għall-produzzjoni u l-marketing f’ċerti żoni fejn din l-awtorizzazzjoni tkun iġġustifikata skond il-kondizzjonijiet speċjali tat-tkabbir." L-Artikolu 5 1. L-Artikolu 11 għandu jsir l-Artikolu 11(1). 2. Il-paragrafu 2 li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 11: "2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jkunu forniti bil-partikolaritajiet li ġejjin matul il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni veġetattiva, li joriġina fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz: (a) l-ispeċi (id-desinenza botanika), (b) il-varjetà, il-kloni; fil-każ tat-tilqimiet bl-għeruq, dawn id-dettalji għandhom jiġu forniti għall-ħażniet ta’ l-għeruq u għall-qatgħa ta’ fuq tat-tilqima, (ċ) il-kategorija, (d) in-natura tal-materjal tal-propagazzjoni, (e) il-pajjiż tal-produzzjoni u l-awtorità uffiċjali tal-kontroll, (f) il-pajjiż tad-dispaċċ, (g) l-importatur, (g) il-kwantità tal-materjal. Il-manjiera li fiha jridu jiġu ppreżentati dawn il-partikolaritajiet tista’ tiġi stabbilita skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17." L-Artikolu 6 Dan li ġej għandu jissostitwixxi l-Artikolu 17a: "L-Artikolu 17a Kull emenda li trid issir lill-Annessi għall-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tal-metodi tat-teknika għandha tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17." L-Artikolu 7 Dan li ġej għandu jissostitwixxi l-Artikolu 18a: "L-Artikolu 18a Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, Stat Membru jista’, jekk hekk jitlob, jiġi meħlus totalment jew parzjalment mill-obbligu li japplika din id-Direttiva bl-eċċezzjoni, madankollu, ta’ l-Artikoli 12(1) u 12a, safejn u sakemm it-tkabbir tad-dwieli u l-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni jkunu ta’ importanza ekonomika minima fit- territorju tiegħu." L-Artikolu 8 Dan li ġej jissostitwixxi l-Artikolu 2 tat-Taqsima A(a) ta’ l-Anness IV: "2. L-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli mis-siġillar jew in-numru tiegħu ta’ identifikazzjoni." L-Artikolu 9 L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1976, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. L-Artikolu 10 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-9 ta’ Diċembru 1974. Għall-Kunsill Il-President Ch. Bonnet [1] ĠU C 2, tad-9.1.1974, p. 66. [2] ĠU C 8, tal-31.1.1974, p. 19. [3] ĠU L 93, tas-17.4.1968, p. 15. [4] ĠU L 71, tal-25.3.1971, p. 16. --------------------------------------------------