|
18.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 430/25 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2142
tas-17 ta' Diċembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta' Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 (1) b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab. |
|
(2) |
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 jipprevedi li dik id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Fit-30 ta’ Ottubru 2020, is-Small Arms Survey (SAS), li hija l-Aġenzija ta' implimentazzjoni tal-proġett, imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789, talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex testendi l-perijodu ta’ implimentazzjoni stabbilit f'dik id-Deċiżjoni b'sitt xhur, biex b'hekk id-durata totali tal-perijodu ta’ implimentazzjoni ssir tilħaq 30 xahar. L-estensjoni mitluba hija dovuta għall-pandemija tal-COVID-19 u l-posponiment sussegwenti ta’ għadd ta’ attivitajiet previsti mill-proġett. |
|
(4) |
L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha. |
|
(5) |
L-estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 b'sitt xhur tista’ titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:
|
“2. |
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 30 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3).”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
S. SCHULZE
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1789 tad-19 ta' Novembru 2018 b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 24).