|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4089 |
16.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1425 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1438, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
(C/2025/4089)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1425 (2) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1438 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 u fir-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew Stati Membri rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-28 ta' Frar 2026, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 u l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2024/1485.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2024/1484, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1484/oj.
(2) ĠU L, 2025/1425, 15.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1425/oj.
(3) ĠU L, 2024/1485, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1485/oj.
(4) ĠU L, 2025/1438, 15.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1438/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4089/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)