European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6784

29.12.2025

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il kontribuzzjonijiet finanzjarji minn pajjiżi terzi għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-Istrument SAFE bħala riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) u l-Istrument ta' Appoġġ għall-Ukrajna (USI) skont ir-Regolament EDIP

(C/2025/6784)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jirrikonoxxu l-ħtieġa imperattiva li tiġi appoġġata l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea u l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ukrena biex tiżdied il-kompetittività tagħhom billi jitħaffef l-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali, inkluż billi jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni u tiżdied il-kooperazzjoni fl-akkwist ta' prodotti tad-difiża, b'mod partikolari fid-dawl tal-isfidi maħluqa mill-gwerra ta' aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna.

F'konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament SAFE, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu pprovduti minn pajjiżi terzi għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-istrument SAFE għandhom jintużaw għal programmi li jappoġġaw l-industrija tad-difiża tal-Unjoni, l-industrija tad-difiża Ukrena u l-Ukrajna f'konformità mar-regoli ta' dawk il-programmi. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li tali kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw biex isaħħu l-EDIP, inkluż l-USI.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6784/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)