<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-950/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0950</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:230">EU:C:2021:230</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210324">24.3.2021</DATE> – Kawża C‑950/19</HT></P><P>A</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Il‑Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20210324">24 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/43/KE</KEYWORD><KEYWORD>Awditi statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet ikkonsolidati</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 22a(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Ingaġġ ta’ awditur statutorju minn entità awditjata</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ stennija</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ teħid ta’ pożizzjoni ta’ tmexxija importanti fi ħdan l-entità awditjata</KEYWORD><KEYWORD>Ksur</KEYWORD><KEYWORD>Gravità u tul tal-ksur</KEYWORD><KEYWORD>Espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>[jieħu] pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol mal-entità awditjata</KEYWORD><KEYWORD>Indipendenza tal-awdituri statutorji</KEYWORD><KEYWORD>Aspett estern</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑950/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Helsingin hallinto‑oikeus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Ħelsinki, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191213">13 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20191217">17 ta’ Diċembru 2019</DATE>, fil-proċedura mressqa minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">A</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Patentti‑ ja rekisterihallituksen tilintarkastuslautakunta</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan (Relatur), President tal-Awla, M. Ilešič, E. Juhász, C. Lycourgos u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez‑Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk, I. Koskinen u L. Armati, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20060517">17 ta’ Mejju 2006</DATE> dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 157, p. 87</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="196" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 158, p. 196</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 2006/43<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża mressqa minn A, awditur statutorju awtorizzat mill-Kamra tal-Kummerċ Finlandiża dwar id-deċiżjoni tal-Patentti‑ ja rekisterihallituksen tilintarkastuslautakunta (il-Kumitat ta’ Awditu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali, il-Finlandja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>awtorità nazzjonali kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li jimponilu multa wara l-ingaġġ tiegħu f’pożizzjoni ta’ tmexxija importanti f’kumpannija li huwa kien wettaq l-awditu statutorju tal-kontijiet tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 5, 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva 2006/43:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(5)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva timmira lejn armonizzazzjoni għolja, għalkemm mhux totali, tar-rekwiżiti tal-verifika statutorja. Stat Membru li jesiġi l-verifika statutorja jista’ jimponi rekwiżiti aktar stretti, sakemm it-test ta’ din id-Direttiva ma jipprovdix mod ieħor.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Sabiex jiġu protetti t-terzi, l-awdituri kollha approvati u l-kumpanniji tal-verifika għandhom jiddaħħlu f’reġistru li jkun aċċessibbli għall-pubbliku u li jkun fih tagħrif bażiku dwar l-awdituri statutorji jew dwar il-kumpanniji tal-verifika.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>L-awdituri statutorji għandhom iżommu ruħhom ma’ l-ogħla standards ta’ etika. Għalhekk huma għandhom ikunu suġġetti għall-etika professjonali li tkopri ta’ l-anqas il-funzjoni tagħhom fl-interess pubbliku, l-integrità, l-oġġettività tagħhom, il-kompetenza tagħhom u d-diliġenza dovuta minnhom. Il-funzjoni ta’ l-awdituri statutorji fl-interess pubbliku tfisser li hemm komunità usa’ ta’ persuni u ta’ istituzzjonijiet li jserrħu fuq il-kwalità tax-xogħol ta’ l-awditur statutorju. Il-kwalità tajba tal-verifika tal-kontijiet tikkontribwixxi sabiex is-swieq jiffunzjonaw b’mod organizzat billi ssaħħaħ l-integrità u l-effiċjenza tar-rapporti finanzjarji. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>L-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta’ awdituri għandhom ikunu indipendenti meta jwettqu verifiki statutorji. Huma jistgħu jinfurmaw lill-entità suġġetta għall-verifika dwar kwistjonijiet li jirriżultaw mill-verifika, iżda għandhom jastjenu mill-proċeduri deċiżjonali interni ta’ l-entità suġġetta għall-verifika. Jekk isibu ruħhom f’sitwazzjoni fejn il-livell ta’ periklu għall-indipendenza tagħhom, anke wara l-applikazzjoni ta’ salvagwardji sabiex jitnaqqas dak il-periklu, ikun wisq għoli, huma għandhom jirriżenjaw jew jastjenu minn dak ix-xogħol ta’ verifika. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Huwa importanti li tiġi żgurata, b’mod konsistenti, kwalità għolja fil-verifiki kollha meħtieġa mil-liġi [tal-Unjoni]. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Inkluż fil-Kapitolu I tad-Direttiva 2006/43, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Suġġett u definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, l-Artikolu 1 tagħha, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-verifika statutorja tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>F’dan il-Kapitolu I, l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>awditur statutorju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser persuna fiżika approvata skond din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru sabiex twettaq verifiki statutorji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kumpannija tal-verifika<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser persuna ġuridika jew kwalunkwe entità oħra, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun approvata skond din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru sabiex twettaq verifiki statutorji;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>16)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>soċju jew soċji essenzjali fil-verifika<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija tal-verifika għal kompitu partikolari ta’ verifika bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja f’isem il-kumpannija tal-verifika; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ verifika ta’ grupp, almenu l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija tal-verifika bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja fil-livell ta’ grupp u l-awditur jew awdituri statutorji maħtura bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli fil-livell ta’ sussidjarji materjali; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-awditur jew awdituri statutorji li ffirmaw ir-rapport tal-verifika.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Inkluż fil-Kapitolu IV tal-imsemmija direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Etika professjonali, indipendenza, oġġettività, konfidenzjalità u segretezza professjonali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, l-Artikolu 22 tagħha, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Indipendenza u oġġettività<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta titwettaq awditu statutorju, awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, u kwalunkwe persuna fiżika f’pożizzjoni li tista’ tinfluwenza b’mod dirett jew indirett l-eżitu tal-awditu statutorju, tkun indipendenti mill-entità awditjata u ma tkunx involuta fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-entità awditjata.</P><P>Għandha tintalab indipendenza tal-inqas kemm matul il-perijodu kopert mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jkunu ser jiġu awditjati kif ukoll il-perjodu li matulu ssir l-awditu statutorju.</P><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex tiżgura li, meta twettaq awditu statutorju, l-indipendenza tagħha ma tkun affettwata minn ebda konflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta’ negozju jew ta’ xorta oħra diretta jew indiretta li tinvolvi lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li tkun qed twettaq l-awditu statutorju u, fejn xieraq, in-netwerk, il-managers, l-awdituri, l-impjegati, kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi<?PAGE NO="4"?> tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar, jew kwalunkwe persuna b’konnessjoni diretta jew indiretta mal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar b’kontroll.</P><P>L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar m’għandhomx iwettqu awditu statutorju jekk ikun hemm kwalunkwe theddida ta’ awto rieżami, awtointeress, appoġġ, familjarità jew intimidazzjoni maħluqa minn relazzjonijiet finanzjarji, personali, kummerċjali, tal-impjieg jew relazzjonijiet oħra bejn:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar, in-netwerk tagħha, u kwalunkwe persuna fiżika f’pożizzjoni li tinfluwenza l-eżitu tal-awditu statutorju, u</P></ITEM><ITEM><P>l-entità awditjata,</P></ITEM></LIST><P>li abbażi tagħhom parti terza oġġettiva, raġonevoli u informata, meta tqis is-salvagwardji applikati, tikkonkludi li l-indipendenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar tkun kompromessa.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni jew il-kumpanniji msemmijin fil-paragrafu 2 ma jiħdux sehem f’awditu statutorju ta’ kwalunkwe entità awditjata partikolari jew b’xi mod ieħor jinfluwenzaw l-eżitu tagħha jekk huma:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>kellhom impjieg, relazzjoni ta’ negozju jew relazzjoni oħra ma’ dik l-entità li tkun ġiet awditjata matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 li tista’ tikkawża, ġew ġeneralment tiġi pperċepita bħala li tikkawża, konflitt ta’ interess.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni jew il-kumpanniji msemmijin fil-paragrafu 2 m’għandhomx jitolbu jew jaċċettaw rigali jew favuri ta’ flus u mhux ta’ flus mingħand l-entità awditjata jew kwalunkwe entità marbuta ma’ entità awditjata ħlief f’każ li parti terza oġġettiva, raġonevoli u infurmata tqis il-valur tagħhom bħala trivjali jew irrilevanti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 22a tad-Direttiva 2006/43, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Impjieg minn entitajiet awditjati ta’ persuni li kienu awdituri statutorji jew ta’ impjegati ta’ awdituri statutorji jew ditta tal-awditjar<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, inkluż ukoll fil-Kapitolu IV ta’ din id-direttiva, jinkludi l-paragrafu 1 li huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew sieħeb ewlieni fl-awditjar li jwettaq awditu statutorju f’isem ditta tal-awditjar, qabel ma jkun għadda perijodu ta’ mill-inqas sena, jew, fil-każ ta’ awditu statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, perijodu ta’ sentejn minn meta huwa jkun waqaf jaqdi rwol ta’ awditur statutorju jew sieħeb ewlieni fl-awditjar b’rabta mal-inkarigu tal-awditjar:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ma jiħux pożizzjoni ewlenija ta’ tmexxija fi ħdan l-entità awditjata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fejn applikabbli, ma jsirx membru tal-kumitat tal-awditjar tal-entità awditjata jew, fejn dan il-kumitat ma jkunx jeżisti, tal-korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti għal kumitat tal-awditjar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>isir membru mhux eżekuttiv tal-korp amministrattiv jew membru tal-korp superviżorju tal-entità awditjata.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Inkluż fil-Kapitolu V tal-imsemmija direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Standards tal-verifika u rappurtar dwar il-verifika<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, l-Artikolu 28 tagħha, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Rappurtar tal-awditjar<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awditur(i) statutorju(i) jew id-ditta/i tal-awditjar għandha tippreżenta r-riżultati tal-awditu statutorju f’rapport tal-awditjar. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-rapport tal-awditjar għandu jsir bil-miktub u għandu:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jinkludi opinjoni tal-awditjar, li għandha tkun mhux kwalifikata, jew kwalifikata jew opinjoni negattiva u li għandha tindika b’mod ċar l-opinjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew tal-ditta/i tal-awditjar dwar:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta f’konformità mal-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju, […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 6 sa 8 u 10 tad-Direttiva 2014/56, li emendat id-Direttiva 2006/43, huma ffomulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>(1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva [2006/43] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-persuni li jwettqu awditi statutorji, ir-regoli dwar l-indipendenza, l-oġġettività u l-etika professjonali li japplikaw għal dawk il-persuni, u l-qafas għas-superviżjoni pubblika tagħhom. Madankollu, jeħtieġ li dawk ir-regoli jiġu armonizzati ulterjorment fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun jista’ jkun hemm aktar iktar trasparenza u previdibilità tar-rekwiżiti li japplikaw għal tali persuni u sabiex titjieb l-indipendenza u l-oġġettività fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Huwa partikolarment rilevanti li tissaħħaħ l-indipendenza bħala element essenzjali meta jsiru l-awditi statutorji. Sabiex tiżdied l-indipendenza tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar mill-entità awditjata meta jkunu qed iwettqu awditi statutorji, awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, u kwalunkwe persuna fiżika f’pożizzjoni li tista’ tinfluwenza b’mod dirett jew indirett l-eżitu tal-awditu statutorju għandha tkun indipendenti mill-entità awditjata u ma għandhiex tkun involuta fil-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-entità awditjata. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar għandhom ikunu indipendenti għal kollox meta jwettqu awditu statutorju minn entitajiet awditjati, u l-konflitti ta’ interess jiġu evitati. Sabiex tiġi ddeterminata l-indipendenza tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar, irid jitqies il-kunċett ta’ netwerk li fih jaħdmu l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar. Ir-rekwiżit ta’ indipendenza għandu għall-inqas jiġi sodisfatt matul il-perijodu kopert mir-rapport ta’ awditjar, inkluż kemm il-perijodu kopert mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jkunu ser jiġu awditjati kif ukoll il-perijodu li matulu jsir l-awditu statutorju.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>L-awdituri statutorji, ditti tal-awditjar u l-impjegati tagħhom għandhom b’mod partikolari jibqgħu lura milli jwettqu l-awditu statutorju ta’ entità jekk għandhom interess kummerċjali jew interess finanzjarju fiha u milli jinnegozjaw l-istrumenti finanzjarji maħruġin, iggarantiti jew appoġġati b’xi mod ieħor minn entità awditjata, għajr holdings fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tibqa’ lura milli tipparteċipa fil-proċessi interni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-entità awditjata. L-awdituri statutorji, ditti tal-awditjar u l-impjegati tagħhom li jkunu involuti direttament fl-inkarigu ta’ awditu statutorju m’għandhomx jitħallew jassumu dmirijiet fl-entità awditjata fuq livell maniġerjali jew ta’ bord, qabel ma jkun għadda perijodu ta’ żmien xieraq minn tmiem l-inkarigu ta’ awditjar.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="6"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Organizzazzjoni interna adegwata tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar għandha tgħin biex tipprevjeni kwalunkwe theddid għall-indipendenza tagħhom. B’hekk, is-sidien jew l-azzjonisti ta’ ditta tal-awditjar, kif ukoll dawk li jamministrawha, m’għandhomx jintervjenu fit-twettiq ta’ awditu statutorju b’xi mod li jista’ jhedded l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur li jwettaq l-awditu statutorju f’isem id-ditta tal-awditjar. Barra minn hekk, awdituri statutorji u ditta tal-awditjar għandhom jistabbilixxu politiki u proċeduri interni xierqa fir-rigward tal-impjegati u persuni oħrajn involuti fl-attività ta’ awditu statutorju fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom sabiex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi statutorji tagħhom. B’mod partikolari, dawk il-politiki u proċeduri għandhom ifittxu li jipprevjenu u jindirizzaw kwalunkwe theddid għall-indipendenza u jgħinu jiżguraw il-kwalità, l-integrità u r-reqqa tal-awditu statutorju. Dawk il-politiki u proċeduri għandhom ikunu proporzjonati fid-dawl tal-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Finlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Ingaġġ ta’ awditur statutorju minn entità awditjata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, l-Artikolu 11 tal-Kapitolu 4 tat-tilintarkastuslaki (1141/2015) (il-Liġi dwar l-Awditu tal-Kontijiet (1141/2015)), tat‑<DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE> huwa stess bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Dispożizzjonijiet oħra dwar l-awditur statutorju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Awditur statutorju jew is-sieħeb ewlieni fl-awditjar li jwettaq awditu statutorju tal-kontijiet f’isem kumpannija tal-awditu ma jistax jieħu l-pożizzjonijiet elenkati sussegwentement, qabel ma tgħaddi mill-inqas sena mill-awditu statutorju msemmi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>pożizzjoni ta’ tmexxija importanti fi ħdan l-entità awditjata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>membru tal-kumitat ta’ awditu tal-entità awditjata jew tal-korp li jeżerċita funzjonijiet ta’ kumitat ta’ awditu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>membru mhux eżekuttiv tal-korp amministrattiv jew membru tal-korp ta’ superviżjoni tal-entità awditjata.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-perijodu ta’ sena previst fl-ewwel paragrafu għandu jkun ta’ sentejn meta l-entità awditjata tkun entità ta’ interess pubbliku.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Multa u determinazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, l-Artikolu 5 tal-Kapitolu 10 ta’ din il-liġi, huwa stess bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Sanzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-kumitat ta’ awditu jista’ jimponi multa meta awditur statutorju jikser it-terminu previst fl-Artikolu 11 tal-Kapitolu 4 ta’ din l-istess liġi fir-rigward tal-ingaġġ ta’ awditur statutorju minn entità awditjata.</ALINEA><ALINEA>L-ammont massimu tal-multa imposta minħabba ksur tat-terminu previst fl-Artikolu 11 tal-Kapitolu 4 huwa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>.</ALINEA><ALINEA>Il-multa għandha titħallas lill-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ddeterminata s-sanzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, l-Artikolu 7 ta’ dan il-Kapitolu 10 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Sabiex tiġi ddeterminata s-sanzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni iċ-ċirkustanzi kollha rilevanti. Dawn huma:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-gravità u t-tul tal-ksur;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali wettaq, mis-sena 2014 u sat‑<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, bħala sieħeb ewlieni fl-awditjar, l-awditu statutorju tal-kontijiet ta’ X Oyj (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kumpannija awditjata<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) f’isem kumpannija tal-awditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180205">5 ta’ Frar 2018</DATE>, l-imsemmi rikorrent lesta, f’din il-kapaċità, l-awditu statutorju tal-kontijiet ta’ din il-kumpannija għas-sena finanzjarja 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kkonkluda kuntratt ta’ xogħol mal-imsemmija kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20180717">17 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-kumpannija awditjata ħabbret, f’komunikazzjoni tal-Borża, li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien inħatar fil-pożizzjoni ta’ Direttur Finanzjarju kif ukoll bħala membru tal-grupp ta’ tmexxija u li huwa kien ser jibda jaqdi l-funzjonijiet tiegħu matul ix-xahar ta’ Frar 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180831">31 ta’ Awwissu 2018</DATE>, l-imsemmi rikorrent waqaf jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fi ħdan il-kumpannija tal-awditu li kienet timpjegah. F’dikjarazzjoni ppreżentata fl-istess jum minn dan tal-aħħar lill-Korp ta’ Supervizjoni tal-Awdituri, il-kumpannija awditjata kkonfermat bil-miktub li huwa ma kienx ser jeżerċita funzjonijiet importanti relatati mat-tmexxija, mal-finanzi jew mal-komunikazzjoni ta’ data ta’ din il-kumpannija sal-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ awditu relatat mas-sena finanzjarja 2018.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>), l-awtorità nazzjonali kompetenti imponiet fuq ir-rikorrent fil-kawża prinċipali multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>, minħabba li dan tal-aħħar ma kienx osserva l-perijodu msejjaħ ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>stennija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, ta’ sentejn, previst fl-Artikolu 11 tal-Kapitolu 4 tal-Liġi dwar l-Awditu tal-Kontijiet, fir-rigward tal-entitajiet ta’ interess pubbliku. Din l-awtorità qieset li dan il-perijodu kellu jiġi kkalkolat mid-data li fiha huwa kien temm il-funzjonijiet tiegħu fi ħdan il-kumpannija tal-awditu bħala sieħeb ewlieni fl-awditjar fil-kuntest tal-inkarigu ta’ awditu statutorju tal-kontijiet tal-kumpannija awditjata, jiġifieri t‑<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>. Issa, l-imsemmi rikorrent ħa, sa minn dakinhar stess, pożizzjoni ta’ tmexxija importanti, f’dan il-każ dik ta’ Direttur Finanzjarju, fi ħdan din il-kumpannija, b’riżultat tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20181214">14 ta’ Diċembru 2018</DATE>, kumpannija oħra tal-awditu ġiet irreġistrata fir-Reġistru Kummerċjali bħala entità responsabbli għall-awditu statutorju tal-kontijiet tal-kumpannija awditjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara t-tlestija, fil‑<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE>, tal-awditu statutorju tal-kontijiet ta’ din tal-aħħar minn din il-kumpannija l-oħra tal-awditu għas-sena finanzjarja 2018, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali beda jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fi ħdanha bħala Direttur Finanzjarju u membru tal-Bord tad-Diretturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors quddiem il-Helsingin hallinto‑oikeus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Ħelsinki, il-Finlandja) intiż għat-tnaqqis ta’ mill-inqas nofs il-multa imposta fuqu permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jsostni li d-deċiżjoni kontenzjuża hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-gravità u tat-tul tal-ksur, peress li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[jieħu] pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, imsemmija fl-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43, neċessarjament tirreferi għal sitwazzjoni li fiha l-persuna kkonċernata effettivament daħlet fil-kariga. Fil-fatt, sakemm dan ma jkunx il-każ, din tal-aħħar, għalkemm tista’ tħossha marbuta moralment mal-kumpannija li ingaġġata, ma tibbenefikax minn pożizzjoni reali fiha u ma jkollhiex influwenza fuq it-tmexxija tan-negozju tagħha. Issa, element ċentrali tal-evalwazzjoni li għandha ssir fir-rigward tal-indipendenza huwa l-kapaċità tal-persuna kkonċernata li tinfluwenza l-kontijiet annwali tal-persuna l-ġdida li timpjegaha. Minn dan jirriżulta li, f’dan il-każ, il-pożizzjoni kkonċernata għandha titqies li hija meħuda mill-imsemmi rikorrent b’effett mid-dħul fil-kariga tiegħu fil-kumpannija awditjata bħala Direttur Finanzjarju, fix-xahar ta’ Frar 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jenfasizza li ċ-ċirkustanzi jistgħu jinbidlu qabel id-dħul effettiv fil-kariga. B’hekk, f’dan il-każ, fid-dawl tal-fatt li kumpannija oħra tal-awditu kienet responsabbli mill-awditu statutorju tal-kontijiet tal-kumpannija awditjata għas-sena finanzjarja 2018, għandu jitqies li l-perijodu ta’ stennija beda jiddekorri mid-data tat-tlestija, fil‑<DATE ISO="20180205">5 ta’ Frar 2018</DATE>, tal-awditu statutorju ta’ din il-kumpannija, li huwa kien responsabbli minnu għas-sena finanzjarja 2017. Jekk il-perijodu ta’ stennija kien stabbilit fir-rigward tal-indipendenza effettiva, dan kien għaldaqstant ikun, f’dan il-każ, sena sħiħa, filwaqt li, skont perspettiva strettament formali, dan il-perijodu kien ta’ madwar seba’ xhur, bejn it‑<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, id-data tal-iffirmar tal-kuntratt ta’ xogħol mal-kumpannija awditjata, u l‑<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE>, id-data tat-tlestija tal-awditu statutorju tal-kontijiet ta’ din il-kumpannija għas-sena finanzjarja 2018.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali josserva li l-informazzjoni dwar l-ingaġġ tiegħu kienet ġiet innotifikata b’mod trasparenti, sabiex ikun ċar għall-oqsma esterni li s-sitwazzjoni kienet ġiet evalwata bir-reqqa u li kienu ttieħdu miżuri ta’ prekawzjoni. B’hekk, minħabba l-bidla fir-rigward tal-kumpannija tal-awditu responsabbli mill-awditu statutorju tal-kontijiet tal-kumpannija awditjata għas-sena finanzjarja 2018, huwa ma sabx ruħu fis-sitwazzjoni li kien impjegat minn din il-kumpannija, filwaqt li l-kumpannija tal-awditu li kienet impjegatu kienet għandha twettaq l-awditu tal-kontijiet tagħha. L-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Kapitolu 10 tal-Liġi dwar l-Awditu tal-Kontijiet għandha għalhekk tkun suġġetta għall-kundizzjoni li r-relazzjoni ta’ awditu tkompli wara l-ingaġġ tas-sieħeb ewlieni fl-awditjar mill-kumpannija awditjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-awtorità nazzjonali kompetenti ssostni li hija ħadet inkunsiderazzjoni, fid-deċiżjoni kontenzjuża, iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 7 tal-Kapitolu 10 tal-Liġi dwar l-Awditu tal-Kontijiet dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ċertament, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>jieħu l-pożizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-Artikolu 11 tal-Kapitolu 4 ta’ din il-liġi, tista’ tiġi interpretata bħala li tirreferi kemm għall-iffirmar tal-kuntratt ta’ xogħol relatat mal-pożizzjoni inkwistjoni kif ukoll għad-dħul effettiv fil-kariga. Huwa wkoll minnu li ċ-ċirkustanzi jistgħu jevolvu bejn dawn iż-żewġ avvenimenti. Issa, ma huwiex iġġustifikat li jiġi ssanzjonat fatt li għadu ma seħħx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, diversi fatturi jimmilitaw favur l-ewwel waħda minn dawn l-interpretazzjonijiet. B’mod partikolari, peress li l-perijodu ta’ stennija huwa intiż li jiggarantixxi l-indipendenza ta’ awditur statutorju, il-fatturi esterni u l-apparenzi għandhom jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni. Issa, il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta din ġiet żvelata fis-swieq, tikkostitwixxi ċirkustanza perċettibbli minn terzi, li tinfluwenza direttament l-aġir kif ukoll l-attitudni tal-persuna ingaġġata, tal-persuna li timpjegaha u tal-atturi kkonċernati. Awditur statutorju li jkun ikkonkluda tali kuntratt ta’ xogħol ikun, minħabba dan il-fatt, marbut mal-persuna l-ġdida li timpjegah, fis-sens li huwa jkun marbut b’ċerta lealtà fil-konfront tagħha u jkollu jaġixxi skont l-interessi ta’ din tal-aħħar, saħansitra qabel id-dħul effettiv fil-kariga tiegħu. Awditur statutorju ingaġġat f’pożizzjoni ta’ tmexxija f’entità awditjata jieqaf għalhekk milli jkun indipendenti mill-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ xogħol. Min-naħa l-oħra, id-data tad-dħul fis-servizz effettiv ma hijiex determinanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-eżitu tat-tilwima fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda l-punt dwar jekk l-awtorità nazzjonali kompetenti setgħetx timponi fuq ir-rikorrent fil-kawża prinċipali multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-perijodu ta’ stennija previst fl-Artikolu 11 tal-Kapitolu 4 tal-Liġi dwar l-Awditu tal-Kontijiet, jiddependi mill-mod li bih jiġi kkalkolat it-tul ta’ dan il-perijodu ta’ stennija. Fil-fatt, sabiex tingħata deċiżjoni, skont l-Artikolu 7 tal-Kapitolu 10 ta’ din il-liġi, dwar il-gravità u t-tul tal-ksur li bih hija akkużata l-persuna kkonċernata, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat il-mument li minnu hija għandha titqies li ħadet, fis-sens tal-Artikolu 11 tal-Kapitolu 4 tal-imsemmija liġi, li jimplimenta fid-dritt nazzjonali l-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 2006/43, pożizzjoni ta’ tmexxija importanti fi ħdan il-kumpannija awditjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Helsingin hallinto‑oikeus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Ħelsinki), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva [2006/43] għandu jiġi interpretat fis-sens li sieħeb ewlieni fl-awditjar jokkupa [jieħu] pożizzjoni bil-mod imsemmi f’din id-dispożizzjoni meta dan jikkonkludi l-kuntratt ta’ xogħol relatat ma’ din il-pożizzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, l-Artikolu 22a(1) [ta’ din id-direttiva] għandu jiġi interpretat fis-sens li sieħeb ewlieni fl-awditjar jokkupa pożizzjoni bil-mod imsemmi f’din id-dispożizzjoni meta dan jibda jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fi ħdan il-pożizzjoni inkwistjoni?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43 għandux jiġi interpretat fis-sens li awditur statutorju, bħal sieħeb ewlieni fl-awditjar innominat minn kumpannija tal-awditu fil-kuntest ta’ inkarigu ta’ awditu statutorju tal-kontijiet, għandu jitqies bħala li jieħu pożizzjoni ta’ tmexxija importanti f’entità awditjata, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hekk kif jikkonkludi ma’ din tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol relatat ma’ din il-pożizzjoni jew biss mill-mument li fih huwa jibda jeżerċita effettivament il-funzjonijiet tiegħu fl-imsemmija pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 2006/43 jistabbilixxi, meta awditur statutorju jew sieħeb ewlieni fl-awditjar, li jwettaq awditu statutorju tal-kontijiet f’isem kumpannija tal-awditu, jiġi ingaġġat minn entità awditjata, perijodu minimu ta’ stennija ta’, skont il-każ, sena jew, jekk jiġi ingaġġat minn entità ta’ interess pubbliku, sentejn, li jibda jiddekorri mit-tmiem tal-funzjonijiet tiegħu bħala awditur statutorju jew sieħeb ewlieni fl-awditjar fil-kuntest tal-inkarigu ta’ awditu statutorju tal-kontijiet, perijodu li matulu, skont l-Artikolu 22a(1)(a) ta’ din id-direttiva, huwa pprojbit li tali awditur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[jieħu]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> pożizzjoni ta’ tmexxija importanti fi ħdan l-entità awditjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Mill-elementi pprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li d-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja jqumu fil-kuntest ta’ tilwima li fiha r-rikorrent fil-kawża prinċipali, għalkemm ma jikkontestax li kiser il-perijodu ta’ stennija ta’ sentejn, applikabbli f’dan il-każ, irid madankollu jikseb tnaqqis fil-multa li ġiet imposta fuqu mill-awtorità nazzjonali kompetenti b’riżultat ta’ dan il-ksur, minħabba li huwa kien ikkonkluda ma’ kumpannija, fl-istess jum tat-tmiem tal-funzjonijiet tiegħu bħala sieħeb ewlieni fl-awditjar fil-kuntest tal-inkarigu ta’ awditu statutorju tal-kontijiet ta’ din il-kumpannija, kuntratt ta’ xogħol li bis-saħħa tiegħu huwa nħatar Direttur Finanzjarju u membru tal-grupp ta’ tmexxija tagħha. Skont din l-awtorità, huwa irrilevanti, f’dan ir-rigward, li r-rikorrent fil-kawża prinċipali effettivament daħal fil-kariga biss f’data sussegwenti, ftit iktar minn sitt xhur wara l-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt ta’ xogħol u madwar sena wara t-tlestija tal-aħħar awditu statutorju tal-kontijiet tal-imsemmija kumpannija li huwa kien wettaq għal din il-kumpannija tal-awditu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, permezz tad-domandi tagħha, din il-qorti, hekk kif hija tenfasizza b’mod espliċitu fid-deċiżjoni tar-rinviju, trid biss tiddetermina, peress li l-ksur tal-perijodu ta’ stennija rilevanti ma huwiex ikkontestat, il-gravità u t-tul ta’ dan il-ksur, billi tfittex li tippreċiża l-portata tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>[jieħu] pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, użata fl-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43, sabiex jiġi ddefinit il-mument li fih dan il-ksur għandu jitqies li twettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi interpretata dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hemm lok li ma jittiħdux inkunsiderazzjoni biss kliemha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha din tagħmel parti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Jobcenter Krefeld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:794">EU:C:2020:794</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-formulazzjoni tal-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43, għandu jiġi kkonstatat li l-verbi użati f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-dispożizzjoni, bħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>nastoupit<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fil-verżjoni Ċeka, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>übernimmt<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fil-verżjoni Ġermaniża, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>occuper<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fil-verżjoni Franċiża u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>prevzeti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fil-verżjoni Slovena, jistgħu jissuġġerixxu li l-imsemmija dispożizzjoni teżiġi li l-persuna kkonċernata tkun qiegħda tipprepara sabiex teżerċita jew qiegħda teżerċita effettivament il-funzjonijiet tagħha f’din il-pożizzjoni fi ħdan l-entità awditjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-istess dispożizzjoni jindikaw pjuttost li jista’ jkun biżżejjed, għall-applikazzjoni tagħha, li l-persuna kkonċernata taċċetta l-imsemmija pożizzjoni billi tassumi l-impenn li teżerċitaha, b’tali mod li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol tkun tikkostitwixxi l-mument rilevanti li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward. Tali interpretazzjoni tirriżulta, b’mod partikolari, mill-verbi użati fil-verżjonijiet Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>asuma<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>), Taljana (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>accettare<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>), Olandiża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>aanvaardt<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>) u Pollakka (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>zajęli<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, interpretazzjoni purament litterali tal-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43, ibbażata fuq it-test ta’ verżjoni lingwistika waħda jew iktar, bl-esklużjoni tal-oħrajn, ma tistax tipprevali. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala l-bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas ma tista’ tingħata prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, peress li d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi kollha tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Combinova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑476/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:802">EU:C:2020:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tad-diskrepanza li teżisti bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43, għandhom jiġu eżaminati l-kuntest li taħtu taqa’ din id-dispożizzjoni kif ukoll l-għanijiet li din trid tilħaq u l-leġiżlazzjoni li din tagħmel parti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li din id-direttiva hija intiża, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha, moqri fid-dawl tal-premessi 5, 9, 8, 11 u 13 tagħha, li tilħaq armonizzazzjoni għolja tar-rekwiżiti fil-qasam tal-awditjar statutorju tal-kontijiet, billi timponi, b’mod partikolari, fuq l-awdituri statutorji standards ta’ etika għoljin, b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-integrità tagħhom, l-indipendenza tagħhom u l-oġġettività tagħhom, sabiex tigi ggarantita, fl-interess kemm tal-entitajiet awditjati kif ukoll ta’ terzi, il-kwalità tal-awditi u għaldaqstant sabiex jingħata kontribut għall-funzjonament tajjeb tas-swieq, billi jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jagħtu stampa veritiera ta’ dawn l-entitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Artikolu 22a tad-Direttiva 2006/43, inkluż fiha permezz tad-Direttiva 2014/56, jaqa’ taħt dan l-għan, peress li din id-dispożizzjoni, hekk kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-premessa 1 ta’ din l-aħħar direttiva, tagħmel parti minn numru ta’ regoli introdotti mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 2006/43, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Etika professjonali, indipendenza, oġġettività, konfidenzjalità u<?PAGE NO="11"?> segretezza professjonali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, li jinkludi l-Artikoli 22 sa 24 tagħha, sabiex tissaħħaħ, permezz ta’ armonizzazzjoni iktar fil-fond, b’mod partikolari, l-indipendenza tal-awdituri statutorji fit-twettiq tal-inkarigu tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-premessi 6 sa 8 u 10 tad-Direttiva 2014/56, dawn ir-regoli huma intiżi, essenzjalment, minn naħa, sabiex jiġi żgurat li l-awdituri statutorji ma jkunux involuti fil-proċess deċiżjonali intern tal-entitajiet awditjati u sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interessi, b’mod partikolari, billi jiġi eskluż l-awditu ta’ entitajiet li magħhom dawn l-awdituri huma marbuta permezz ta’ interess ekonomiku jew finanzjarju, kif ukoll, min-naħa l-oħra, sabiex jipproteġuhom mill-intervent tal-proprjetarji, tal-azzjonisti jew tad-diretturi tal-kumpannija tal-awditu li timpjegahom, u dan sabiex jiġu ggarantiti, billi tiġi prekluża kull interferenza li tista’ tinfluwenza, direttament jew indirettament, l-eżitu tal-awditu tagħhom, hekk kif ippreżentat fir-rapport ta’ awditu previst fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2006/43, il-kwalità kif ukoll l-integrità tiegħu u, għaldaqstant, l-affidabbiltà tiegħu, b’mod konformi mal-għan li din id-direttiva trid tilħaq, imfakkar fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, għall-entità awditjata u għal terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-rekwiżit ta’ indipendenza għandu mhux biss aspett intern, inkwantu dan huwa intiż li jiggarantixxi lill-entità awditjata l-affidabbiltà tal-awditu mwettaq mill-awditur statutorju responsabbli minnu, iżda wkoll aspett estern, inkwantu dan huwa intiż li jippreżerva l-fiduċja ta’ terzi, bħall-kredituri u l-investituri, fl-affidabbiltà ta’ dan l-awditu. Dan l-aspett estern huwa iktar u iktar importanti peress li din il-fiduċja hija kruċjali sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-valur tal-ishma tas-soċji u tal-azzjonisti u, għaldaqstant, il-funzjonament tajjeb tas-swieq kollha kemm huma għall-investituri. L-awditi statutorji tal-kontijiet għandhom għalhekk mhux biss ikunu affidabbli, iżda għandhom ukoll jiġu pperċepiti bħala tali minn terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Huwa f’din il-perspettiva doppja, interna u esterna, li l-leġiżlatur tal-Unjoni, hekk kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-premessa 8 tad-Direttiva 2014/56, ipprojbixxa lil awditur statutorju milli jieħu funzjonijiet fil-livell tat-tmexxija jew tal-korp amministrattiv ta’ entità awditjata, mhux biss matul il-perijodu kopert mir-rapport ta’ awditu, iżda wkoll, hekk kif jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 2006/43, matul perijodu adatt wara t-tmiem tal-funzjonijiet tiegħu ta’ awditur statutorju jew ta’ sieħeb ewlieni fl-awditjar fil-kuntest ta’ inkarigu ta’ awditu statutorju tal-kontijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punti 52 sa 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali projbizzjoni hija intiża għalhekk li telimina, sa fejn huwa possibbli, l-inċentiv, għal awditur statutorju, li jippjana jew li jikkonkludi l-ingaġġ tiegħu minn entità awditjata matul il-perijodu li matulu huwa jkun wettaq l-awditu statutorju tal-kontijiet tagħha kif ukoll matul perijodu sussegwenti speċifiku. B’mod partikolari, permezz ta’ din il-projbizzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni jrid jevita li tali awditur ikollu t-tentazzjoni li jiffavorixxi l-interessi tiegħu stess, attwali jew potenzjali, billi joħroġ rapport ta’ awditu kompjaċenti fir-rigward ta’ tali entità, li din tal-aħħar tippremja fi żmien qasir jew medju permezz tal-offerta ta’ pożizzjoni ta’ tmexxija importanti fi ħdanha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-eżistenza stess ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn awditur statutorju u entità awditjata, jew saħansitra l-bidu ta’ negozjati għal dan il-għan, jistgħu mhux biss jagħtu lok għal kunflitt ta’ interessi, iżda barra minn hekk jagħtu l-apparenza ta’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif sostniet ġustament il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, fid-dawl tal-obbligi ta’ lealtà u ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> li jirriżultaw minn tali relazzjoni kuntrattwali kif ukoll tal-prossimità li din tidher li tistabbilixxi bejn il-partijiet fiha, din ir-relazzjoni hija ta’ natura li tiġi pperċepita minn terzi bħala li tista’ tinfluwenza jew tkun influwenzat l-awditu tal-entità awditjata mwettaq mill-awditur statutorju kkonċernat u, għaldaqstant, li taffettwa l-fiduċja ta’ dawn it-terzi fl-affidabbiltà tar-riżultat ta’ dan l-awditu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għandu jiġi enfasizzat, f’dan ir-rigward, li, anki meta awditur statutorju jkun temm il-funzjonijiet tiegħu jew dawk ta’ sieħeb ewlieni fl-awditjar fil-kuntest ta’ inkarigu ta’ awditu statutorju tal-kontijiet ta’ entità partikolari, in-negozjar jew il-konklużjoni ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn tali awditur u din l-entità jistgħu jkunu biżżejjed sabiex jiddaħħal retrospettivament dubju f’moħħ terzi fir-rigward tal-kwalità u tal-integrità tal-awditu mwettaq qabel it-tmiem ta’ tali funzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-importanza li l-perċezzjoni ta’ terzi għandha fir-rigward tal-indipendenza ta’ awditur statutorju, dan għandu jitqies bħala li jieħu pożizzjoni fi ħdan entità awditjata, fis-sens tal-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43, sa mill-konklużjoni ta’ relazzjoni kuntrattwali bejniethom, anki jekk tali awditur ikun għadu ma jeżerċitax effettivament il-funzjonijiet tiegħu f’din il-pożizzjoni f’din l-entità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2006/43, li huma speċifikament intiżi li jiddefinixxu l-limiti tal-indipendenza tal-awdituri statutorji, li flimkien magħhom għandha tiġi ddeterminata l-portata tal-Artikolu 22a(1) ta’ din id-direttiva, peress li, hekk kif jirriżulta diġà mill-punt 40 ta’ din is-sentenza, dawn id-dispożizzjonijiet kollha ġew adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex tissaħħaħ din l-indipendenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 22(1), l-Istati Membri, sabiex jiżguraw li awditur statutorju ma jkunx involut fl-proċess deċiżjonali ta’ entità awditjata, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex tiġi evitata l-okkorrenza, bejn dan l-awditur u tali entità, ta’ kull kunflitt ta’ interessi li jista’ jirriżulta, b’mod partikolari, minn relazzjoni finanzjarja, personali, kummerċjali jew ta’ impjieg, kemm jekk diretta kif ukoll jekk indiretta, eżistenti jew potenzjali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>li abbażi [tagħha] parti terza oġġettiva, raġonevoli u informata […] tikkonkludi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li l-indipendenza tal-imsemmi awditur hija kompromessa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Bl-istess mod, skont l-Artikolu 22(4)(c), l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw li l-awdituri statutorji ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f’awditu statutorju tal-kontijiet ta’ entità awditjata jekk huma kienu marbuta ma’ din tal-aħħar, matul il-perijodu ta’ awditu tal-kontijiet, permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol, relazzjoni ta’ negozju jew kull tip ta’ relazzjoni oħra <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>li tista’ tikkawża, ġew ġeneralment tiġi pperċepita bħala li tikkawża, konflitt ta’ interess<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Bl-istess mod, mill-Artikolu 22 (5) jirriżulta li awditur statutorju ma jistax jitlob jew jaċċetta rigali jew favuri mingħand l-entità awditjata meta l-valur tagħhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>[jitqies]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> minn terz oġġettiv, raġonevoli u informat bħala sinjifikattiv jew mhux negliġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 69 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta b’mod ċar li, skont il-leġiżlatur tal-Unjoni, relazzjoni li tista’ toħloq kunflitt ta’ interessi, attwali jew potenzjali, hija daqstant ta’ natura li tippreġudika l-affidabbiltà tar-riżultat ta’ awditu statutorju tal-kontijiet daqs relazzjoni li tista’ raġonevolment tiġi pperċepita minn terzi bħala l-kawża possibbli ta’ tali kunflitt ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li awditur statutorju, bħal sieħeb ewlieni fl-awditjar innominat minn kumpannija tal-awditu fil-kuntest ta’ inkarigu ta’ awditu statutorju tal-kontijiet, għandu jitqies bħala li jieħu pożizzjoni ta’ tmexxija importanti f’entità awditjata, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hekk kif jikkonkludi ma’ din tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol relatat ma’ din il-pożizzjoni, anki jekk huwa ma jkunx għadu beda jeżerċita effettivament il-funzjonijiet tiegħu fl-imsemmija pożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 22a(1)(a) tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20060517">17 ta’ Mejju 2006</DATE> dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li awditur statutorju, bħal sieħeb ewlieni fl-awditjar innominat minn kumpannija tal-awditu fil-kuntest ta’ inkarigu ta’ awditu statutorju tal-kontijiet, għandu jitqies bħala li jieħu pożizzjoni ta’ tmexxija importanti f’entità awditjata, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hekk kif jikkonkludi ma’ din tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol relatat ma’ din il-pożizzjoni, anki jekk huwa ma jkunx għadu beda jeżerċita effettivament il-funzjonijiet tiegħu fl-imsemmija pożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>