31997R1428



Official Journal L 196 , 24/07/1997 P. 0039 - 0040


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru. 1428/97

tat-23 ta’ Lulju 1997

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 2037/93 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti agrikulturali u prodotti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru. 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1068/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2037/93 tas-27 ta’ Lulju 1993 jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel [3] jipprovdi għal miżuri sabiex jinforma lill-pubbliku bid-definizzjoni ta’ ‘DPO’, ‘IGP’, ‘id-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini’ u ‘l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti’ fil-lingwi tal-Komunità; billi l-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri, bl-implimentazzjoni ta’ kampanja ta’ informazzjoni Kommunitarja diretta lejn il-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi fil-Komunità, uriet il-ħtieġa u l-effettività partikolarment ta’ simbolu tal-Komunità sabiex tikkomunika l-messaġġ mixtieq;

Billi dan is-simbolu tal-Komunità għandu għalhekk ikun l-aqwa mod biex jinforma lill-konsumaturi bl-eżistenza tad-DPO u IGP, u biex jinkoraġġixxi lill-produtturi biex jużaw l-iskema Komunitarja u distributuri li jpoġġu fuq is-suq il-prodotti in kwistjoni; billi dan jidħol fl-iskop ta’ l-objettivi stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u jkun jirrispondi għall-istennija ta’ l-Istati Membri u ta' l-operaturi ekonomiċi;

Billi simbolu Komunitarju għandu għalhekk jinħoloq sabiex l-ismijiet irreġistrati taħt ir-Regolament (KEE) Nru. 2081/92 ikunu jikkwalifikaw; billi dan is-simbolu jista’ jidher biss fuq il-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel li jkunu konformi ma’ dak ir-Regolament u li huma awtorizzati li jkollhom l-espressjonijiet jew l-abbrevjazzjonijiet ‘DPO’, ‘IGP’, ‘id-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini, ‘l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti’ jew l-espressjonijiet tradizzjonali nazzjonali ekwivalenti; billi dawn jistgħu jintużaw mingħajr is-simbolu;

Billi, minħabba l-impatt pożittiv u utili tal-miżuri informattivi introdotti biex ixerrdu t-tagħrif tar-Regolament (KEE) Nru. 2081/92 u l-abbrevjazzjonijiet u l-espressjonijiet li hemm provvediment dwarhom, il-limitu ta’ żmien stabbilit fir-Regolament (KEE) Nru. 2037/93 għandu jkun imtawwal b’erba’ snin sabiex l-effettività tagħhom tkun tista’ tiġi mtawla u miżjuda;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-Indiċi Ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru. 2037/93 qiegħed jiġi hawn mibdul kif ġej:

1. Il-paragrafu segwenti huwa miżjud ma’ l-Artikolu 5:

"Dan il-limitu ta’ ħames snin żmien li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu preċedenti huwa b'hekk estiż b’erba’ snin."

2. L-Artikolu 5a li ġej huwa miżjud:

"L- Artikolu 5a

1. L-ismijiet irreġistrati bħala denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini (DPO) jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IGP) jistgħu jkollhom magħhom simbolu Komunitarju li għandu jkun iddeterminat bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru. 2081/92.

2. Is-simbolu tal-Komunità jista’ jidher biss fuq prodotti li jkunu konformi mar-Regolament (KEE) Nru. 2081/92.

3. "DPO", "IGP", "denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini", "indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u l-espressjonijiet ekwivalenti nazzjonali jistgħu jintużaw mingħajr is-simbolu tal-Komunità."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Lulju 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10.

[3] ĠU L 185, tat-28.7.1993, p. 5.

--------------------------------------------------