<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑481/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0481</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2101">EU:C:2014:2101</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20140717">17.7.2014</DATE> — KAWŻA C‑481/13</P><P>QURBANI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Genève tat-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE> dwar l-istatus tar-refuġjati</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 31</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ Stat terz li daħal fi Stat Membru wara li għadda minn Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Użu ta’ servizzi ta’ traffikant ta’ bnedmin</KEYWORD><KEYWORD>Dħul irregolari u residenza irregolari</KEYWORD><KEYWORD>Preżentazzjoni ta’ passaport iffalsifikat</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑481/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Bamberg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20130829">29 ta’ Awwissu 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20130909">9 ta’ Settembru 2013</DATE>, fi proċedura kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Mohammad Ferooz Qurbani,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, M. Safjan, J. Malenovský, A. Prechal u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Qurbani, minn M. Koch, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-iStaatsanwaltschaft Würzburg, minn D. Geuder, Leitender Oberstaatsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u A. Wiedmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u J. Langer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Bogensberger u M. Condou-Durande, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar l-istatus tar-refuġjati, iffirmata fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE> u li daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="19540422">22 ta’ April 1954</DATE> [<HT TYPE="ITALIC">United Nations Treaty Series</HT>, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Konvenzjoni ta’ Genève<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>], kif ikkompletata bil-Protokoll dwar l-istatus tar-refuġjati tal-<DATE ISO="19670131">31 ta’ Jannar 1967</DATE>, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19671004">4 ta’ Ottubru 1967</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fl-ambitu ta’ proċedura kriminali mibdija kontra M. F. Qurbani għal falsifikazzjoni ta’ dokumenti, dħul irregolari, residenza irregolari u residenza irregolari mingħajr passaport.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><P>Il-konvenzjoni ta’ Genève</P><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Refuġjati f’sitwazzjoni irregolari fil-pajjiż ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Kontraenti ma għandhomx japplikaw sanzjonijiet kriminali, minħabba dħul irregolari jew residenza irregolari, fil-konfront ta’ refuġjati li, ġejjin direttament mit-territorju fejn ħajjithom jew il-libertà tagħhom kienet mhedda fis-sens previst mill-Artikolu 1, jidħlu jew ikunu fit-territorju tagħhom mingħajr awtorizzazzjoni, kemm-il darba dawn jippreżentaw ruħhom mingħajr dewmien quddiem l-awtoritajiet u jagħtu raġunijiet validi għad-dħul irregolari jew għall-preżenza irregolari tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Kontraenti ma għandhomx japplikaw għall-movimenti ta’ dawn ir-refuġjati restrizzjonijiet għajr dawk li huma neċessarji; dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu applikati biss sakemm l-istatus ta’ dawn ir-refuġjati fil-pajjiż ospitanti jiġi rregolarizzat jew sakemm dawn jiksbu l-ammissjoni tagħhom f’pajjiż ieħor. Għal finijiet ta’ din l-ammissjoni tal-aħħar, l-Istati Kontraenti għandhom jagħtu lil dawn ir-refuġjati żmien raġonevoli u l-faċilitajiet kollha neċessarji.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><P>Id-Direttiva 2004/83/KE</P><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni apolidi bħala refuġjati jew bħala persuni li għal raġunijiet oħra jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni li tingħata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96 u Rettifika, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 204, p. 24</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="014.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istat mogħti lil refuġjat minn korp governattiv, amministrattiv, ġudizzjarju jew kważi ġudizzjarju, meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikun hemm bażi raġonevoli sabiex jitqies jew titqies bħala periklu għas-sigurtà tal-Istat Membru li fih huwa jew hija huma preżenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huwa jew hija, wara li nstabu ħatja minn ġudizzju finali ta’ delitt partikolarment serju, jikkostitwixxu perikolu għall-komunità ta’ dak l-Istat Membru.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="014.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>F’sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux stat lil refuġjat, fejn din id-deċiżjoni ma tkunx għadha ttieħdet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Persuni li għalihom japplikaw paragrafi 4 jew 5 huma intitolati għal drittijiet iddikjarati jew simili għal dawk iddikjarati fl-Artikoli 3, 4, 16, 22, 31 u 32 u 33 tal-Konvenzjoni ta’ Genève sakemm u sa fejn huma preżenti fl-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 267(1) tal-Kodiċi Penali (Strafgesetzbuch) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kull min, bil-ħsieb li jqarraq b’ħadd ieħor f’relazzjonijiet ġuridiċi, joħloq titolu falz, jiffalsifika titolu ġenwin jew juża titolu falz jew iffalsifikat jeħel il-piena li ċċaħħad il-libertà ta’ mhux iktar minn ħames snin jew multa.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>M. F. Qurbani huwa ċittadin Afgan li, wara li għamel użu mis-servizzi ta’ traffikant ta’ bnedmin, daħal fil-Greċja wara li għadda mill-Iran u mit-Turkija.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100817">17 ta’ Awwissu 2010</DATE>, huwa telaq mill-Greċja b’titjira għal München (il-Ġermanja), bl-użu ta’ passaport Pakistani ffalsifikat li huwa kiseb mingħand traffikant ta’ bnedmin ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-ajruport ta’ München, M. F. Qurbani ġie arrestat peress li l-awtoritajiet inkarigati bl-operazzjonijiet ta’ kontroll indunaw li l-passaport li huwa ppreżenta kien iffalsifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>M. F. Qurbani indika mill-ewwel li huwa xtaq jitlob il-benefiċċju tal-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100818">18 ta’ Awwissu 2010</DATE>, M. F. Qurbani tressaq quddiem il-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge (Uffiċċju Federali tal-Migrazzjoni u tar-Refuġjati, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Bundesamt<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), fejn ressaq talba formali f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni mgħoddija mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-proċedura dwar din l-applikazzjoni għall-ażil għadha pendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20110411">11 ta’ April 2011</DATE>, l-iStaatsanwaltschaft Würzburg (Ministeru Pubbliku ta’ Würzburg) talab lill-Amtsgericht, skont proċedura semplifikata, l-adozzjoni ta’ digriet kriminali kontra M. F. Qurbani għal dħul irregolari, residenza irregolari, residenza irregolari mingħajr passaport u kif ukoll għal falsifikazzjoni ta’ dokumenti. Id-digriet kriminali li ngħata mill-Amtsgericht ġie kkontestat minn M. F. Qurbani quddiem din l-istess qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20130204">4 ta’ Frar 2013</DATE>, l-Amtsgericht Würzburg (Qorti Reġjonali ta’ Würzburg) illiberat lil M. F. Qurbani minn dawn il-kapi tal-akkuża kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, id-dritt għall-ażil, stipulat fil-Kostituzzjoni Ġermaniża, jipprekludi l-kundanna ta’ M. F. Qurbani għal residenza irregolari u residenza irregolari mingħajr passaport, filwaqt li l-eżenzjoni mill-piena prevista fl-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève tapplika għad-delitti ta’ dħul irregolari u ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-iStaatsanwaltschaft Würzburg appella permezz ta’ proċedura ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> quddiem l-Oberlandesgericht Bamberg (Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Bamberg), billi invoka, essenzjalment, in-nuqqas ta’ applikabbiltà, f’dan il-każ, tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève, peress li M. F.<?PAGE NO="4"?> Qurbani ma daħalx fit-territorju Ġermaniż direttament, mill-Istat ta’ persekuzzjoni, iżda wara li għadda minn Stat Membru ieħor li ma kienx dak tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, f’dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika. Barra minn hekk, dan l-artikolu jirrigwarda biss id-dħul irregolari u ma jistax iċaħħad lill-awtoritajiet Ġermaniżi mill-possibbiltà li jissanzjonaw delitti li huma marbuta ma’ dan id-dħul.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Bamberg, li għandha dubji fir-rigward tal-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1)</NO.P><TXT>L-eżenzjoni personali tal-pieni stabbilita fl-Artikolu 31 tal-[Konvenzjoni ta’ Genève] tinkludi wkoll, lil hinn mill-kliem tagħha, il-falsifikazzjoni tad-dokumenti li tkun seħħet permezz tal-preżentazzjoni ta’ passaport falz lil uffiċjal tal-pulizija, fid-dħul bl-ajru fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, meta l-passaport falz ma huwiex fil-fatt neċessarju għall-applikazzjoni tal-ażil f’dan l-Istat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-rikors għas-servizzi ta’ kuntrabandisti jeskludi l-invokazzjoni tal-Artikolu 31 tal-[Konvenzjoni ta’ Genève]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 31 tal-[Konvenzjoni ta’ Genève], li tikkonsisti fl-oriġini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>diretta<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tal-persuna kkonċernata minn territorju fejn il-ħajja jew il-libertà tagħha kienu mhedda, għandha tiġi interpretata fis-sens li din il-kundizzjoni hija wkoll sodisfatta meta l-persuna kkonċernata tkun l-ewwel nett daħlet fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (f’dan il-każ, [ir-Repubblika Ellenika]) minn fejn tali persuna ssoktat bil-vjaġġ tagħha lejn Stat Membru ieħor (f’dan il-każ, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja) li fih hija titlob l-ażil?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li persuna tista’, minn naħa waħda, tiġi ssanzjonata kriminalment, fl-Istat Membru fejn hija titlob l-ażil, għal delitti marbuta mad-dħul irregolari tagħha fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, bħalma huma b’mod partikolari d-dħul irregolari permezz ta’ traffikanti ta’ bnedmin u l-użu ta’ dokument ta’ identifikazzjoni ffalsifikat u, min-naħa l-oħra, tinvoka l-eżenzjoni mill-piena prevista f’dan l-artikolu, peress li din l-istess persuna tkun daħlet fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru billi għaddiet minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li din it-talba għal deċiżjoni preliminari tqajjem il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Ġermaniż u dak Olandiż u kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea jeċċepixxu n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari bħala tali, li huma intiżi sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta direttament l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitfakkar li, fid-dawl tal-fatt li l-Konvenzjoni ta’ Genève ma tinkludix klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar tista’ tagħti l-interpretazzjonijiet mitluba tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni, f’dan il-każ tal-Artikolu 31 tagħha, biss kemm-il darba tali eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha jaqa’ taħt l-Artikolu 267 TFUE (sentenza TNT Express Nederland, C‑533/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:243">EU:C:2010:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, is-setgħa li tagħti interpretazzjonijiet f’deċiżjoni preliminari, bħalma hija dik li toħroġ mill-artikolu hawn fuq indikat, testendi biss għar-regoli li jifformaw parti mid-dritt tal-Unjoni (sentenza TNT Express Nederland, C‑533/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:243">EU:C:2010:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ ftehimiet internazzjonali, huwa stabbilit li dawk konklużi mill-Unjoni Ewropea jifformaw parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u jistgħu għalhekk ikunu s-suġġett ta’ talba għal deċiżjoni preliminari. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex, bħala prinċipju, ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta, fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari, ftehimiet internazzjonali konklużi bejn Stati Membri u Stati terzi (sentenza TNT Express Nederland, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:243">EU:C:2010:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 60 u 61 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa biss meta u sa fejn l-Unjoni tkun assumiet il-kompetenzi preċedentement eżerċitati mill-Istati Membri fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ konvenzjoni internazzjonali mhux konkluża mill-Unjoni u meta, konsegwentement, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni jkollhom l-effett li jorbtu lill-Unjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta tali konvenzjoni (sentenza TNT Express Nederland, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:243">EU:C:2010:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, minkejja li fil-kuntest tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ ażil Ewropea komuni, ġew ċertament adottati diversi testi tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Genève, huwa paċifiku li l-Istati Membri żammew ċerti kompetenzi li jaqgħu taħt dan il-qasam, b’mod partikolari fir-rigward tas-suġġett kopert mill-Artikolu 31 ta’ din il-konvenzjoni. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma jistax ikollha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta direttament l-Artikolu 31 ta’ din il-konvenzjoni, u lanqas kull artikolu ieħor tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Artikolu 78 TFUE jispeċifika li l-politika komuni fil-qasam tal-ażil għandha tkun konformi mal-Konvenzjoni ta’ Genève u li l-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jenfasizza li d-dritt għall-ażil huwa ggarantit b’osservanza ta’ din il-konvenzjoni u tal-Protokoll dwar l-istatus tar-refuġjati tal-<DATE ISO="19670131">31 ta’ Jannar 1967</DATE> ma huwiex ta’ natura li jqiegħed f’dubju l-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li saret fil-punt preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif diġà ġie ġġudikat fil-punt 71 tas-sentenza B u D (C‑57/09 et C‑101/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:661">EU:C:2010:661</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), minkejja li ċertament l-Unjoni għandha interess evidenti li, sabiex tevita diverġenzi ta’ interpretazzjoni fil-futur, id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali li ġew riprodotti mid-dritt nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni jkollhom interpretazzjoni uniformi, ikunu liema jkunu ċ-ċirkustanzi li fihom dawn huma mitluba li jiġu applikati, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève ma ġiex riprodott f’test tad-dritt tal-Unjoni, billi diversi dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt jirreferu għal dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrileva, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li l-Artikolu 14(6) tad-Direttiva 2004/83 jirreferi għall-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, minkejja li fis-sentenzi Bolbol (C‑31/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:351">EU:C:2010:351</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u kif ukoll Abed El Karem El Kott <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑364/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:826">EU:C:2012:826</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament irrikonoxxiet li kellha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Genève li għalihom id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kien jirreferi, għandu jiġi kkonstatat li, din it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi ebda riferiment għal regola tad-dritt tal-Unjoni li tirreferi għall-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève u, b’mod partikolari, ebda riferiment għall-Artikolu 14(6) tad-Direttiva 2004/83. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li din it-talba ma tinkludi ebda element li jippermetti li jiġi preżunt li din id-dispożizzjoni tal-aħħar hija rilevanti fl-ambitu tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi kollha jirriżulta li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève ma hijiex stabbilita f’din il-kawża.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi mressqa għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Bamberg.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi mressqa għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Bamberg (il-Ġermanja), b’deċiżjoni tad-<DATE ISO="20130829">29 ta’ Awwissu 2013</DATE> fil-Kawża C-481/13.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>