European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3643

3.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11988 – AAS / SINOPEC / FPCL / GULEI II JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/3643)

1.   

Fil-25 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Aramco Asia Singapore PTE. Ltd. (“AAS”, Singapore), affiljata kollha kemm hi ta’ Saudi Aramco (l-Arabja Sawdija),

—

China Petroleum & Chemical Corporation (“Sinopec”, iċ-Ċina),

—

Fujian Petrochemical Company Limited (“FPCL”, iċ-Ċina), ikkontrollata b’mod konġunt minn Sinopec u Fujian Energy Petrochemical Group Co (“FEPG”, iċ-Ċina).

AAS, Sinopec u FPCL se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta Gulei II JV maħluqa ġdida.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

L-AAS isservi bħala ċ-ċentru tal-Asja għall-attivitajiet tat-teżor ta’ Saudi Aramco, is-servizzi tal-IT, l-akkwist tat-talenti kif ukoll ċentru reġjonali u portal għar-reġjuni tax-Xlokk tal-Asja u l-Oċeanja għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-LPG, il-ktajjen tal-provvista u l-akkwist tal-materjal u l-ġestjoni tal-kwalità. Saudi Aramco hija primarjament involuta fil-prospettar, l-esplorazzjoni, it-tħaffir u l-estrazzjoni ta’ sustanzi idrokarboniċi u fl-ipproċessar, il-manifattura, ir-raffinar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi. L-Aramco Sawdi jopera prinċipalment fl-Arabja Sawdija, fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Amerika ta’ Fuq,

—

Sinopec huwa grupp petroliferu u petrokimiku bil-kwartieri ġenerali f’Beijing, attiv f’firxa wiesgħa ħafna ta’ oqsma inklużi l-industriji tal-enerġija upstream, midstream u downstream, kif ukoll fil-produzzjoni, il-bejgħ, il-ħżin u t-trasport ta’ prodotti petrokimiċi,

—

FPCL hija primarjament involuta fir-raffinar taż-żejt, il-produzzjoni petrokimika, u l-manifattura kimika. FEPG hija intrapriża tal-Istat ibbażata fil-Provinċja ta’ Fujian, iċ-Ċina, primarjament iffukata fuq l-investiment u l-ġestjoni tal-assi fl-industrija petrokimika.

3.   

Gulei II JV se tiżviluppa proġett ta’ raffinar u petrokimiku integrat f’żona ġdida f’Gulei Park, li mistenni jimmanifattura u jbigħ esklużivament lill-klijenti f’Gulei Park fiċ-Ċina prodotti raffinati bħal nafta, gass likwifikat miż-żejt, kubrit, żejt tal-fjuwil tqil u fjuwil tal-avjazzjoni, u prodotti kimiċi bħal ksilini mħallta, parassilin, ortossilen, benżen, aċetat tal-vinil tal-etilen, polietilen, monomeru tal-aċetat tal-vinil, ottanol, akrilonitril, butadjen, metil-terz-butil-etere, C5, C9 +, akrilat tal-butil u ammonja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11988 – AAS / SINOPEC / FPCL / GULEI II JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3643/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)