|
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/18 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10784 – BAIN CAPITAL / BPEA / CITIUSTECH)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 271/13)
1.
Fis-6 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bain Capital Investors L.L.C. (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Baring Private Equity Asia (“BPEA”, Hong Kong u Singapore), |
|
— |
CitiusTech Healthcare B.V. (“CitiusTech”, in-Netherlands), inkluża s-sussidjarja tagħha CitiusTech Healthcare Technology Private Limited u s-sussidjarji tagħha (“CT India”) (b’mod konġunt “oġġett tal-operazzjoni”). |
Bain Capital u BPEA se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-oġġett tal-operazzjoni (“it-Tranżazzjoni”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Bain Capital: ditta ta’ investimenti ta’ ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji f’għadd ta’ industriji, inkluż dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, tal-prodotti bl-imnut u għall-konsumatur, tal-komunikazzjonijiet, servizzi finanzjarji u industrijali/manifattura, |
|
— |
għal BPEA: ditta tas-swieq privati pan-Asjatiċi. Il-grupp BPEA jiġġestixxi programm ta’ investiment ta’ ekwità privata, li jisponsorja l-akkwiżizzjonijiet u jipprovdi kapital għat-tkabbir lil kumpaniji għall-espansjoni jew l-akkwisti b’fokus partikolari fuq ir-reġjun tal-Asja tal-Paċifiku, kif ukoll fondi ddedikati ffukati fuq proprjetà immobbli privata u kreditu privat, |
|
— |
oġġett tal-operazzjoni: CitiusTech hija kumpanija azzjonarja b’interess ta’ madwar 80 % f’CT India, li hija fornitur ta’ servizzi u soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-kura tas-saħħa b’sede fl-Indja. CT India tipprovdi inġinerija tas-software tal-kura tas-saħħa, servizzi professjonali tal-kura tas-saħħa, awtomatizzazzjoni tat-test ta’ garanzija tal-kwalità fil-qasam tal-kura tas-saħħa, konsulenza tat-teknoloġija b’rabta mal-kura tas-saħħa, BI (business intelligence) u analiżi fil-qasam tal-kura tas-saħħa u servizzi ta’ esternalizzazzjoni tan-negozju u tal-proċessi fil-qasam tal-kura tas-saħħa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10784 – BAIN CAPITAL / BPEA / CITIUSTECH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).