Official Journal L 048 , 21/02/1973 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0096
Greek special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0045
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0096
IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 486/73 TAL-KUMMISSJONI tat-13 ta' Frar, 1973 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1004/71 dwar l-iffissar ta' imposti fuq żejt taż-żebbuġa mhux raffinat IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru, 1966 dwar it-twaqqif ta' organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1547/72[2], u partikolarment Artikolu 13(4) ta' dan; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 162/66/KEE[3] tas-27 ta' Ottubru, 1966 dwar kummerċ fiż-żjut u x-xaħmijiet bejn il-Komunità u l-Greċja, u partikolarment Artikoli 3(4) u 9 ta' dan; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1004/71[4] ta' l-14 ta' Mejju, 1971 dwar l-iffissar ta' imposti fuq żejt taż-żebbuġa mhux raffinat jipprovdi fost oħrajn li imposti ta' importazzjoni jkunu ffissati ta' spiss kemm dan ikun meħtieġ għall-istabbilità tas-suq tal-Komunità u b'mod li jkun assigurat li huma jistgħu jkunu applikati għal mill-inqas darba fil-ġimgħa; Billi jekk ikunu applikati imposti ta' esportazzjoni ma jkunx meħtieġ li jkunu ffissati l-imposti ta' importazzjoni fl-intervalli kif imsemmija aktar 'il fuq; billi, f'dan il-każ l-ebda imposta ta' importazzjoni ma għandha jkun iffissata għal dak iż-żmien li fih jgħoddu imposta ta' esportazzjoni; Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-Opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaż-Żjut u x-Xaħmijiet; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1004/71 jitbiddel b'dan li ġej: "1. L-imposti li jirreferi għalihom Artikolu 13 tar-Regolament 136/66 u Artikolu 2 tar-Regolament Nru 162/66/KEE jkunu ffissati ta' spiss kemm ikun meħtieġ għall-istabbilità tas-suq tal-Komunità u b'mod li jkun żgurat li jistgħu jkunu applikati għal mill-inqas darba f'ġimgħa. Iżda, fejn huma applikati imposti ta' esportazzjoni kif hemm provdut għalihom f'Artikolu 18 tar-Regolament Nru 136/66/KEE, sakemm dawn huma fis-seħħ, l-imposti li għalihom jirreferi s-subparagrafu preċedenti ma għandhomx għalfejn ikunu ffissati fl-intervalli dikjarati." Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Frar, 1973. Għall-Kummissjoni Il-President François-Xavier ORTOLI Proofread by Stephen Zammit [1] ĠU Ċ 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 165, tal-21.7.1972, p. 1. [3] ĠU Ċ 197, tad-29.10.1966, p. 3393/66. [4] ĠU L 109, tal-15.5.1971, p. 17.