|
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/64 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10183 — AustralianSuper/CPPIB/Transurban/Transurban Chesapeake)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 71/10)
1.
Fit-22 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AustralianSuper Pty Ltd bħala fiduċjarja ta’ AustralianSuper (“AustralianSuper”, l-Awstralja), |
|
— |
Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada), |
|
— |
Transurban International Ltd (“Transurban”, l-Awstralja), |
|
— |
Transurban Chesapeake LLC (“Transurban Chesapeake”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Transurban. |
AustralianSuper, CPPIB u TranSUrban jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Transurban Chesapeake kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AustralianSuper: L-akbar superannwazzjoni tal-industrija u l-fond tal-pensjoni tal-Awstralja. Bil-kwartieri ġenerali f’Melbourne, hija investiet primarjament fl-Awstralja iżda f’dawn l-aħħar snin espandiet l-attivitajiet ta’ investiment globali tagħha, |
|
— |
CPPIB: hija organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-investimenti li tinvesti l-fondi ttrasferiti lilha permezz tal-Canada Pension Plan. CPPIB tinvesti prinċipalment f’ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, proprjetà immobbli, infrastruttura u investimenti b’introjtu fiss f’livell globali, |
|
— |
Transurban: kumpanija ta’ operatur tat-toroq b’pedaġġ li tiġġestixxi u tiżviluppa networks tat-toroq urbani b’pedaġġ fl-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerka. Hija elenkata fil-Borża tat-Titoli Awstraljana, |
|
— |
Transurban Chesapeake: kumpanija involuta fl-iżvilupp, il-manutenzjoni, it-tħaddim u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ toroq b’pedaġġ fiż-żona akbar ta’ Washington D.C., tal-Istati Uniti tal-Amerka. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10183 — AustralianSuper/CPPIB/Transurban/Transurban Chesapeake
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).