|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3091 |
3.5.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11537 – Enbridge / MPLX / ISQ / WPC)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/3091)
1.
Fit-23 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Enbridge Inc. (“Enbridge”, il-Kanada), |
|
— |
MPLX Delaware Basin LLC (“MPLX”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Marathon Petroleum Corporation (l-Istati Uniti), |
|
— |
I Squared Capital Advisors (l-Istati Uniti), LLC (“ISQ”, l-Istati Uniti), |
|
— |
WPC Parent, LLC (“WPC”, l-Istati Uniti). |
Enbridge, MPLX u ISQ jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ WPC.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Enbridge hija kumpanija tal-infrastruttura tal-enerġija attiva primarjament fit-trasport, il-ħżin u d-distribuzzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali fl-Amerika ta’ Fuq u fl-enerġiji rinnovabbli fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa, |
|
— |
MPLX tippossjedi u topera infrastruttura tal-enerġija midstream u assi loġistiċi u tipprovdi servizzi ta’ distribuzzjoni tal-fjuwils, |
|
— |
ISQ hija ditta ta’ ekwità privata li tiffoka fuq l-enerġija, l-utilitajiet, it-telekomunikazzjoni, il-kura tas-saħħa u t-trasport fl-Amerika ta’ Fuq, l-Ewropa, u ekonomiji oħra fid-dinja. |
3.
WPC se jkollha ċerti pipelines tal-gass naturali u assi oħra li jinsabu f’Texas, l-Istati Uniti, u se tkun attiva fis-swieq għat-trażmissjoni u l-ħżin tal-gass naturali f’Texas, l-Istati Uniti.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11537 – Enbridge / MPLX / ISQ / WPC
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3091/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)