|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3003 |
27.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12007 — STONE POINT / GTCR / ULTIMUS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/3003)
1.
Fid-19 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Stone Point Capital LLC (“Stone Point”, l-Istati Uniti), |
|
— |
GTCR LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti), li bħalissa għandha kontroll esklużiv ta’ Ultimus Group LLC (“Ultimus”, l-Istati Uniti). |
Stone Point u GTCR se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Ultimus.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Stone Point hija ditta tal-investiment ibbażata fl-Istati Uniti, li timmira lejn investimenti f’kumpaniji fl-industrija globali tas-servizzi finanzjarji u setturi relatati. Id-ditta tinvesti f’għadd ta’ klassijiet ta’ assi alternattivi, inkluża l-ekwità privata permezz tal-Fondi Trident ewlenin tagħha. Stone Point timmaniġġja wkoll fondi ta’ kreditu likwidi u privati u kontijiet ġestiti, |
|
— |
GTCR hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata bil-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti. GTCR tiffoka fuq l-investiment f’kumpaniji li qed jikbru fl-industriji tas-Servizzi u t-Teknoloġija Finanzjarji, il-Kura tas-Saħħa, it-Teknoloġija, il-Media u t-Telekomunikazzjoni, u s-l-industriji tas-Servizzi tal-Konsumatur. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Ultimus huma dawn li ġejjin:Ultimus huwa fornitur indipendenti ta’ amministrazzjoni tal-fondi bbażat fl-Istati Uniti, li joffri amministrazzjoni ta’ fondi ta’ servizz sħiħ, kontabbiltà tal-fondi, aġent tat-trasferiment, middle office u soluzzjonijiet ta’ servizzjar tal-investituri u appoġġ għal fondi rreġistrati, fondi privati u pjanijiet pubbliċi.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12007 — STONE POINT / GTCR / ULTIMUS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (the “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3003/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)