|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2974 |
21.5.2025 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuna waħda soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/969, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/968 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
(C/2025/2974)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/969 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/968 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dik il-persuna għandha tiġi inkluża fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 u fir-Regolament (UE) 2024/2642 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' din il-persuna jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi msemmija hawn fuq.
Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dik il-persuna għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/2642, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi friżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuna kkonċernata tista' tressaq talba lill-Kunsill qabel l-4 ta' Ġunju 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex terġa' titqies id-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej.
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Barra minn hekk, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.
(2) ĠU L, 2025/969, 21.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/969/oj.
(3) ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2642/oj.
(4) ĠU L, 2025/968, 21.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/968/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2974/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)