|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/849 |
7.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/849
tas-6 ta’ Mejju 2025
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sottomissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni għal-lista tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali ċċertifikati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5d(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (il-“qafas”) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 910/2014 hu komponent kruċjali fl-istabbiliment ta’ ekosistema tal-identità diġitali sigura u interoperabbli madwar l-Unjoni. Bil-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali (il-“kartieri”) bħala l-pedament tal-qafas, il-qafas hu maħsub biex jiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini, tar-residenti u tan-negozji għas-servizzi online fl-Istati Membri, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) japplikaw għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi, tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u żżomm lista – b’format li jinqara mill-magni – tal-informazzjoni sottomessa mill-Istati Membri dwar il-kartieri ċċertifikati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-formati u l-proċeduri biex l-Istati Membri jissottomettu u jaġġornaw l-informazzjoni meħtieġa għall-Kummissjoni u għall-Grupp ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali Ewropea stabbilit skont l-Artikolu 46e(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 (il-“Grupp ta’ Kooperazzjoni”). Meta jitqies li l-informazzjoni sottomessa hija maħsuba biex tintuża mill-Kummissjoni, mill-Grupp ta’ Kooperazzjoni u mill-pubbliku ġenerali, l-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu l-informazzjoni mqar bl-Ingliż għax din tiffaċilita l-aċċessibbiltà, il-valutazzjoni u l-komprensjoni wiesgħa tagħha u fl-istess ħin ittejjeb il-kooperazzjoni. |
|
(4) |
L-informazzjoni dwar il-kartieri ċċertifikati li l-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu hi essenzjali biex ikunu żgurati l-fiduċja, it-trasparenza u l-armonizzazzjoni fl-ekosistema kollha tal-kartieri, u biex titrawwem il-fiduċja fost l-utenti tal-kartieri, il-fornituri tal-kartieri u l-awtoritajiet regolatorji. Għalhekk, din jenħtieġ li tinkludi deskrizzjoni ta’ soluzzjoni tal-kartiera u l-iskema tal-identifikazzjoni elettronika li skontha tingħata s-soluzzjoni tal-kartiera. Din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinkludi dettalji dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għas-soluzzjoni tal-kartiera u l-iskema tal-identifikazzjoni elettronika, dwar ir-reġim superviżorju applikabbli, dwar ir-reġim tar-responsabbiltà fir-rigward tal-parti fornitur tas-soluzzjoni tal-kartiera, dwar l-arranġamenti għas-sospensjoni jew għar-revoka tal-iskema tal-identifikazzjoni elettronika, dwar is-soluzzjoni tal-kartiera pprovduta skontha jew dwar kwalunkwe partijiet kompromessi, u dwar iċ-ċertifikat u r-rapport tal-valutazzjoni taċ-ċertifikazzjoni rigward l-għoti u t-tħaddim tas-soluzzjonijiet tal-kartiera u tal-iskemi tal-identifikazzjoni elettronika li jingħataw skonthom. L-informazzjoni jenħtieġ li tkun biżżejjed biex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi, tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u żżomm lista – b’format li jinqara mill-magni – tal-kartieri ċċertifikati. Il-mezz elettroniku sigur użat għas-sottomissjoni tal-informazzjoni relatata mal-kartieri ċċertifikati jenħtieġ li jevita sottomissjonijiet duplikati bl-istess informazzjoni mingħand l-Istati Membri. |
|
(5) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u ta l-opinjoni tiegħu fil-31 ta’ Jannar 2025. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-formati u l-proċeduri fir-rigward tas-sottomissjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni għal-lista tal-kartieri ċċertifikati skont l-Artikolu 5d tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, li trid tiġi aġġornata b’mod regolari biex tinżamm konformi mal-iżviluppi teknoloġiċi u fl-istandards u mal-ħidma mwettqa abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/946 (5), u b’mod partikolari l-Arkitettura u l-Qafas ta’ Referenza.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“soluzzjoni tal-kartiera” tfisser taħlita ta’ software, hardware, servizzi, u konfigurazzjonijiet, inkluż l-istanzi tal-kartiera, applikazzjoni kriptografika sigura waħda jew aktar tal-kartieri, u apparat kriptografiku sigur wieħed jew aktar tal-kartieri; |
|
(2) |
“istanza tal-kartiera” tfisser l-applikazzjoni installata u kkonfigurata fuq l-apparat jew l-ambjent ta’ utent tal-kartiera, li hu parti minn unità tal-kartiera, u li l-utent tal-kartiera juża biex jinteraġixxi mal-unità tal-kartiera; |
|
(3) |
“unità tal-kartiera” tfisser konfigurazzjoni unika ta’ soluzzjoni tal-kartieri li tinkludi l-istanzi tal-kartiera, l-applikazzjonijiet kriptografiċi siguri tal-kartieri u l-apparati kriptografiċi siguri tal-kartieri pprovduti minn fornitur tal-kartieri lil utent individwali tal-kartiera; |
|
(4) |
“fornitur tal-kartieri” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi soluzzjonijiet tal-kartieri; |
|
(5) |
“utent tal-kartiera” tfisser utent li jkollu l-kontroll tal-unità tal-kartiera; |
|
(6) |
“applikazzjoni kriptografika sigura tal-kartieri” tfisser applikazzjoni li timmaniġġja l-assi kritiċi billi tkun marbuta mal-funzjonijiet kriptografiċi u mhux kriptografiċi pprovduti mill-apparat kriptografiku sigur tal-kartieri, u tużahom; |
|
(7) |
“apparat kriptografiku sigur tal-kartieri” tfisser apparat reżistenti għat-tbagħbis li jipprovdi ambjent li jkun marbut ma’ applikazzjoni kriptografika sigura tal-kartieri, u li jintuża minnha, biex jipproteġi l-assi kritiċi u jipprovdi funzjonijiet kriptografiċi għall-eżekuzzjoni sigura tal-operazzjonijiet kritiċi; |
|
(8) |
“assi kritiċi” tfisser assi fi ħdan jew b’rabta ma’ unità tal-kartiera li jkollhom importanza tant straordinarja li meta jiġu kompromessi d-disponibbiltà, il-kunfidenzjalità jew l-integrità tagħhom, dan iħalli effett debilitanti serju ħafna fuq il-kapaċità li wieħed jiddependi fuq dik l-unità tal-kartiera; |
|
(9) |
“fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tal-persuna” tfisser persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex toħroġ u tirrevoka d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna u biex tiżgura li d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna ta’ utent tkun marbuta b’mod kriptografiku ma’ unità tal-kartiera. |
Artikolu 3
Format, proċedura għas-sottomissjonijiet u informazzjoni li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni permezz ta’ mezz elettroniku sigur pprovdut mill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 imqar bl-Ingliż.
3. Meta jkun hemm xi bidliet fl-informazzjoni sottomessa, inkluż bidliet fl-istatus taċ-ċertifikazzjoni tal-kartieri, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-informazzjoni aġġornata permezz tal-mezz imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(3) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(5) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/946 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar Sett ta’ Għodod komuni tal-Unjoni għal approċċ ikkoordinat lejn Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L 210, 14.6.2021, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2021/946/oj).
ANNESS
Informazzjoni li jridu jissottomettu l-Istati Membri
|
1. |
L-għan tas-sottomissjoni, indikat bħala wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Informazzjoni li trid tiġi sottomessa dwar kartiera pprovduta u ċċertifikata:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/849/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)