|
19.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9728 — Altice/OMERS/Allianz/Covage)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 347/10)
1.
Fit-8 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Altice France S.A. (Franza), ikkontrollata minn Altice Europe N.V. (“Altice”), |
|
— |
OMERS Infrastructure European Holdings B.V. (in-Netherlands), ikkontrollata minn OMERS Administration Corporation (“OMERS”), |
|
— |
Allianz Infrastructure Luxembourg II S.à r.l. (il-Lussemburgu), li tappartjeni għall-grupp Allianz (“Allianz”), |
|
— |
Covage S.A.S. (“Covage”, Franza), ikkontrollata bi sħab minn Cube Infrastructure u Partners Group. |
Altice, OMERS u Allianz jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Covage kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija li għadha kemm inħolqot li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Altice: attivitajiet ta’ telekomunikazzjonijiet, kontenut, media, divertiment u reklamar. Fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, Altice hija prinċipalment attiva fis-swieq bl-ingrossa u bl-imnut għat-telefonija fissa u mobbli għall-klijenti residenzjali u mhux residenzjali. Altice toffri wkoll, permezz tas-sussidjarja tagħha SFR FTTH (flimkien ma’ Allianz u OMERS), l-implimentazzjoni, it-tħaddim, il-kummerċjalizzazzjoni, il-finanzjament u l-manutenzjoni tan-networks tal-fibra ottika fi Franza. |
|
— |
OMERS: amministratur ta’ fondi tal-pensjoni tal-impjegati muniċipali ta’ Ontario (Ontario Municipal Employees Retirement System Primary Pension Plan), |
|
— |
Allianz: grupp industrijali u tas-servizzi internazzjonali li jipprovdi assikurazzjoni u ġestjoni tal-assi għall-klijenti individwi u negozji; |
|
— |
Covage: attivitajiet għat-tfassil, il-finanzjament, l-installazzjoni u t-tħaddim ta’ networks ta’ telekomunikazzjonijiet broadband fi Franza (prinċipalment il-fibra ottika) u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet esklużivament fis-swieq bl-ingrossa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.9728 — Altice/OMERS/Allianz/Covage
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).